Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13425 u jagħti rendikont dettaljat tal-progress li sar fil-Park tal-Majjistral?
Jista' jinvestiga u jirraporta dwar ilmenti f’sezzjonijiet tal-istampa li ċerti rappreżentanti tal-għaqdiet mhux governamentali ġieli qed jiġu ffaċċjati minn deċiżjonijiet amministrattivi meħudin miċ-Chairperson f’mod arbitrarju?
X’passi konkreti ttieħdu biex jiġi implimentat il-pjan biex fil-park nazzjonali ma jidħlux vetturi bla ebda kontroll? X’passi qed jittieħdu biex is-sit ma jibqax jintuża għar-rimi tal-iskart u jkollu jitnaddaf regolarment?
Kemm qed jkollhom say effettiv r-rappreżentanti tal-għaqdiet ambjentali fl-immaniġjar tas-sit?
X’inhi il-pożizzjoni attwali tal-kaċċa f’dan is-sit? Ġiet solvuta u jekk iva, kif?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13437 u jgħid jekk qattx saru xi studji indipendenti u professjonali biex jiġi żgurat jekk l-inċineratur tal-Marsa ħoloqx health hazards għan-nies tal-madwar inkluz l-impjegati? Qatt waslu xi rapport lil WasteServ dwar l-effetti li l-fumes jista' jkollhom fuq in-nies msemmija? Jekk iva, x’passi ttieħdu u f’liema stadju ddaħħal il-Ministeru għall-Politika Soċjali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi minn qabel ma l-impjant beda jopera sar risk assessment biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm periklu għall-ħaddiema kif ukoll għan-nies tal-madwar. Fejn ġie identifikat li jista jkun hemm periklu, ittieħdu l-miżuri kollha sabiex dan jonqos jew jiġi eliminat. Wara li l-impjant beda jopera, saru diversi testijet, fosthom, testijiet fuq il-kwantita u l-kwalita ta’ emissjonijiet miċ-ċumnija, risk assessment dwar riskji bijoloġiċi, analiżi tal-livell ta’ ħsejjes ġġenerati mill-impjant, analiżi ambjentali ġo l-impjant, studju fuq l-irwejjaħ u risk audits.
Barra minn hekk l-impjegati li jaħdmu go l-impjant huma mgħammra bi lbies protettiv biex jipproteġu lilhom nfushom.
Ftit tax-xhur ilu kienu waslu xi lmenti lill-WasteServ minn għand xi impjegati li jaħdmu fi stabilliment viċin, pero gie ikkonfermat li l-emmissjonijiet kollha kienu dejjem skond il-limiti stipulati fil-permess tal-operat (IPPC). Il-WasteServ ikkummissjonat studju dwar l-livell tal-irwejjaħ u studju dwar x’effett jista’ jkollhom fuq in-nies tal-madwar inkluz impjegati. Dan l-istudju qed jigi finaliżżat.
Fl-edba stadju ma nħass li kellu jiddaħħal il-Ministeru għall-Politika Socjali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13440 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk qattx kien hemm xi pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li talbu kjarifiċi jew tagħrif dwar l-operat tal-inċineratur tal-Marsa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Intrepellant li m'għandi l-ebda informazzjoni dwar talbiet minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea għal kjarifiki fuq l-inċeneratur.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13442 u jikkonferma x’passi konkreti qed jittieħdu dwar traceability ta’ animal by products fil-biċċerija li mhumiex adegwati għall-konsum uman biex jiġi żgurat li ma jerġgħux jidħlu fil-food chain?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninxtieq ninforma lill-onorevoli interpellant li animal by-products ġenerati mill-biċċerija, bħal dawk kollha prodotti minn stabbilimenti oħra jiġu, miktubin fuq document, Consignment Note, li fih erba’ kopji. Fiha jkun hemm dettalji kollha ta’ dan l-‘iskart’ bħal: min fejn hu ġej, min huwa l-produttur ta’ dan l-iskart, il-kwantita’ li huwa prodott, etc. Din il-Consignment Note tmur l-inċeneratur fejn fuqha jitniżżlu wkoll dettalji fejn ikkonfermaw li l-kwantitajiet li telqu mill-biċċerija jikkorrispondu mal-kwantitajiet li waslu l-inċeneratur. L-inċeneratur jibgħat rendikont tal-materjal li jinħaraq biex jiġi verifikat li nħarqu.
Dettalji fuq dawn il-Cosignment Notes jinżammu mill-inċeneratur u mill-operatur u dawn id-dettalji jiġu eżaminati minn żmien għal żmien mill-uffiċjal tad-dipartiment tar-regolament veterinarju. Barra minn hekk, li l-partijiet tal-karkassi u karkassi sħaħ ikkundanati mill-biċċerija dikjarati li mhumiex adegwati għall-konsum uman, jiġu miżbugħa b’kulur ċelesti jgħajjat minn fuq s’isfel sabiex ma’ l-ewwel daqqa t’għajn wieħed ikun jaf li huma mhumiex tajbin għall-konsum.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13441 li oriġinrajament kienet lill-Ministeru għall-Politka Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk qattx saru xi studji professjonali u indipendenti biex jiġi verifikat il-fatt li ħafna drabi clinical waste qed jiġi trasportat biss ftit metri il-bogħod miċ-civil abbatoir biswit il-biċċerija tal-Marsa minħabba l-inċineratur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istudji meħtiega saru kollha qabel ma ħareg il-permess ta' l-operat. L-iskart mill-isptarijiet jigi trasportat f’containers li huma ADR approved. Dawn jiggarantixxu sigurta fit-triq waqt it-traġit.
Peress li ftit tas-snin ilu, area abbandunata f'Bormla inbidlet fi Ġnien Cottoner, liema ġnien jagħti dehra mill-isbah lil dawn l-akwati, jista' l-Ministru jgħid meta ser nibdew nieħdu ħsiebu dan il-ġnien li sar mimli ħaxix kbir ħażin, u sar kwazi inaċċessibbli għan-nies?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar irregolaritajiet li l-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2008 sab li twettqu, meta l-Ministeru tal-Affarijiet rurali u tal-ambjent li kien immexxi minnu ħallas €760,000 għal numru ta' servizzi u konsulenzi minkejja li ma kienu ffirmati l-ebda kuntratti ma’ min irċeva dawn il-ħlasijiet, waqt li ħallas ukoll €270,000 fuq numru ta' kuntratti minkejja li dawn l-istess kuntratti kienu ilhom li għalqu għal numru ta' snin ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar irregolaritajiet li l-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2008 sab li twettqu, meta fl-2007 il-Ministeru tal-Affarijiet Rurali u tal-Ambjent ma ħareġ ebda riċevuta tal-VAT għal numru ta’ ħlasijiet li flimkien kienu jaqbżu s-€60,000 u baqa` ma sar l-ebda rapport, kif fil-fatt kien obbligat li jsir, lid-divizjoni tal-VAT?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
persuni intitolati għall-għajnuna tal-ikel mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jindika jekk il-persuni intitolati għall-għajnuna tal-ikel mill-Unjoni Ewropea humiex qed jiġu avżati bl-eligibilità tagħhom? X'kontroll qed jagħmel il-Gvern biex wieħed jaċċerta ruħu li l-ikel tal-Unjoni Ewropea jingħata lil min ħaqqu?
Kemm ingħata ikel tal-Unjoni Ewropea raħal b'raħal fl-aħħar sena? Kemm minn dawk li ngħataw qegħdin fuq l-għajnuna soċjali u kemm minnhom mhumiex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Peress li l-Gvern għadu kemm ħabbar li qed jikkonsidra li jagħti d-dritt lil min għandu flat biex jistalla l-pannelli solari fuq il-bejt, jista' l-Ministru jispjega eżattament x'għandu f'moħħu? X'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk is-sidien tal-ogħla bejt li sal-lum igawdu l-full ownership and use tal-bejt? Dawn se jkunu suġġetti li, bl-opra tal-liġi, jippermettu l-istallazzjoni tal-pannelli solari tas-sidien tal-flats fuq il-bejt li sal-lum hu kollu tagħhom bl-istess mod li jissapportaw it-tankijiet tal-ilma u l-antennae? X'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk is-sidien tal-penthouses li fil-kuntratt tax-xiri għandhom klawsola espressa li ma jista' jeħel xejn fuq l-arja tal-penthouse għajr tank tal-ilma u antennae tas-sidien tal-maisonettes ta' taħt? X'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk is-sidien tal-penthouses li għandhom fil-kuntratt tax-xiri addirittura klawsola espressa li fuq l-arja tal-penthouses ma jistgħux jitwaħħlu pannelli solari tas-sidien tal-flats/maisonettes ta' taħt? Se jkun hemm intervent tal-liġi biex jirregola dan kollu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-onorevoli interpellant li id-dettalji għadhom qed jitfasslu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tilwim industrijali li ġew reġistrati mal-Gvern Malti matul l-2009? Kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew riżolti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ tilwim industrijali li ġew reġistrati mal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali matul l-2009 kien ta’ erbgħa (4). Tlieta minnhom ġew riżolti filwaqt li waħda minnhom għada pendenti, iżda ma hemm l-ebda azzjoni industrijali fis-seħħ.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13977 u jgħid x’sar u kemm intnefqu flus kull sena mill-1999 sal-2009 għat-titjib tas-sistemi tal-ġbir ta’ l-ilma tax-xita għall-użu fl-agrikoltura f’Malta u f’Għawdex separatament?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — green jobs
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex jiġu promossi l-green jobs?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellent illi l-Gvern ilu li poġġa l-ambjent bħala wieħed mill-pilastri ewlenin tal-politika tiegħu. Matul iż-zmien, ittieħdu numru sostanzjali ta’ miżuri li mhux biss għinu fit-tħaris tal-ambjent iżda inċentivaw il-ħolqien ta’ mpjiegi ġodda wkoll. Fost il-miżuri li ttieħdu nsemmi:
1. It-tfassil u implimentazzjoni ta’ strateġiji għall-enerġija, pjan ta’ azzjoni dwar l-użu effiċenti tal-enerġija, għall-immaniġġjar tal-iskart solidu, għal kontra t-tibdil fil-klima u għall-iżvilupp rurali;
2. Ir-riforma estensiva fl-immaniġġjar tal-iskart u t-twettieq ta’ diversi proġetti fl-istess qasam flimkien mal-introduzzjoni ta’ skemi li jirkupraw l-iskart isseparat għall-iskop ta’ riċiklaġġ. Iddaħħlu teknoloġiji f’pajjiżna fejn mill-iskart nagħmlu riżorsa sew fl-irkuprar ta’ materjal għar-riciklaġġ u sew fl-irkuprar ta’ enerġija mill-iskart;
3. L-introduzzjoni ta’ diversi inċentivi għall-istallazzjoni ta’ apparat li ma jaħlix u/jew li juża/jiġġenera enerġija nadifa;
4. L-introduzzjoni ta’ diversi inċentivi sabiex tiddaħħal aktar effiċjenza fl-użu tal-enerġija anki fuq livell domestiku;
5. Inċentivi għax-xiri ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku;
6. Id-dħul ta’ regolamentazzjoni ambjentali għall-bini ġdid jew li qed jiġi rinovat;
7. Id-dħul b’mod gradwali ta’ prodotti u servizzi li m’għandhomx impatti negattivi fuq l-ambjent;
8. Programm estensiv ta’ investiment sabiex jagħmel minn Għawdex Gżira ekoloġika
9. Finanzjament ta’ teknoloġiji aktar nodfa u effiċenti għall-industria taħt l-iskemi mħaddma mill-Malta Enterprise;
10. Finanzjament ta’ proġetti li jissalvagwardaw l-ambjent taht fondi tal-Unjoni Ewropea inkluz fondi ghall-iżvilupp rurali ħalli l-biedja u l-irziezet tagħna jinkwinaw anqas u anqas l-ambjent;
11. Finanzjament ħalli s-sajjieda Maltin jimmodernizza l-flotta tas-sajd ħalli tinkwina anqas fuq l-ambjent;
12. Kif tħabbar fl-aħħar baġit, kien hemm żieda sostanzjali għar-riċerka u din għandha tgħin ħalli industriji u teknoloġiji ġodda jiġu riċerkati aktar u addattati għal pajjiżna;
13. Finanzjament ħalli jiġu restawrati 6km ta’ swar bil-għan li jiġi prestinat l-ambjent u ssalvagwardjat il-wirt storiku;
14. Finanzjament ħalli jiġi kkontrollat l-għarar ħalli titnaqqs il-ħsara ambjentali u jiġu ssalvagwardjati l-familji Maltin.
Dawn l-inizjattivi u għajnuniet ħolqu firxa wiesgħa ta’ ‘
green jobs
’ sew fi ħdan il-Gvern u sew fil-privat. Minkejja dan ix-xogħol u l-inizjattivi kollha l-Gvern iħoss ukoll illi wasal iż-żmien li niffukow iżjed fuq l-iżvilupp tal-industrija ambjentali f’pajjiżna. Kif ħabbart fl-aħħar
budget
, il-Gvern se jħejji studji u strateġiji apposta sabiex jintlaħaq dan il-għan.
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 14641 li saret lill-Minsitru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jekk il-fuel li jittella' Għawdex għall-fini ta' bunkering huwiex qed jitla' permezz ta' trakkijiet u braken liċenzjati?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-qraba ta' nies li mietu humiex qegħdin jiġu mistoqsija jekk iridux jitħawwlu siġar għall-memorial? Jekk dan hu minnu, liema dipartiment qiegħed jistaqsi lil dawn il-qraba? X'rispons hemm? Minn liema distretti hemm l-iżjed rispons? Kemm-il siġra ġiet imħawla fl-2009?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Kampanja 34U tinkorpora ukoll l-iskema “Tree For Life” li hija skema voluntarja u li fiha il-pubbliku in ġenerali qed jigi imħeggeg iħawwel siġra kull meta tiġi nieqsa persuna.
Permezz ta' din l-iskema wieħed ikun qed joħloq tifkira ħajja ta' persuni għeżież billi nagħtu ħajja ġdida bit- tħawwil ta' siġra bħala tifkira dejjiema.Il-Kampanja 34U tinkorpora ukoll l-iskema “Tree For Life” li hija skema voluntarja u li fiha il-pubbliku in ġenerali qed jigi imħeggeg iħawwel siġra kull meta tiġi nieqsa persuna.
Permezz ta' din l-iskema wieħed ikun qed joħloq tifkira ħajja ta' persuni għeżież billi nagħtu ħajja ġdida bit- tħawwil ta' siġra bħala tifkira dejjiema.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha tkun għolja l-apramorta fuq gallariji, bjut u postijiet oħra minn fejn wieħed jista' jaqa' għoli ta' aktar minn żewġ metri? Jista' jikkonferma jekk l-apramorta tridx tkun waħda permanenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa intitolat għall-European Union Aid? Xi prodotti qed jingħataw? Kull meta jingħataw? Dawn il-prodotti jingħataw lil kull lokal l-istess? X'kienu l-prodotti li ngħataw matul is-sena 2009, xahar b'xahar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninstab infurmat li sabiex wieħed ikun intitolat għall-European Union Aid, persuna trid taqa’ taħt waħda jew aktar minn dawn il-kategoriji:
- Persuni li m’għandhomx il-possibiltá li jmantnu lilhom infushom u/jew jaqgħu taħt il-livell ta’ għixien bażiku;
- Persuni li joqgħodu f’istituzzjonijiet mhux governattivi bla ħlas bħal orfanotrofji, shelters, eċċ
- Persuni li jirċievu assistenza mhux kontributorja tas-sigurtà soċjali li jinkludu, assistenza għall-qagħad, diżabilità u benefiċċji mediċi.
Dawn il-persuni għandhom jippreżentaw ċertifikat maħruġ mid-Dipartiment responsabbli mis-Servizzi Soċjali lill-Kappillan jew lill-Organizzazzjoni responsabbli mit-tqassim ta’ dan l-ikel sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw.
Din is-sena Malta ngħatat ċereali (li għad iridu jiġu pproċessati) u fondi sabiex jinxtraw ċereali jew ross mis-suq. Huwa previst li bħala parti mill-Food Aid Plan 2010 il-beneficarji ser jingħataw għaġin, ross u gallettini.
Mis-sena 2009 l-Agenzija tal-Pagamenti ħadet l-inizjattiva sabiex l-ikel jiġi pprovdut fuq bażi regolari. Għalhekk l-Agenzija responsabbli mit-tqassim f’Malta għamlet arranġamenti sabiex il-parroċċi u organizzazzjonijiet oħra jkunu jistgħu jiġbru l-prodotti tal-ikel kull xahar. Dan l-arranġament mistenni jitkompla anke matul l-2010.
Dawn l-Agenziji kienu jinkuldu: Malta Hospice Movement, Dar Merħba Bik, Dar Don Bosco, Good Shepherd, Sisters of Charity (B'Bugia), Kulleġġ ta-Kappillani, Jesuits' Refugee Centre, Kunvent ta' Santa Tereża (B'Kara u Bormla), Caritas, Malta Cancer Foundation, Richmond Foundation, Dar Suriet il-Bniedem, Angela House, Ursoline Creche, Laboratorju tal-Paċi, Kommunita Santa Marija (Ħal Farruġ), Istitut ta' Fra Diegu, Dar il-Wens.
L-ammont ta’ prodotti li jingħataw lil kull lokalita’ hija bbażata fuq it-talba li jagħmlu l-parroċċi u l-organizzazzjonijiet lill-organizzazzjoni responsabbli mit-tqassim.
Matul l-2009, il-prodotti li tqassmu huwa kif jidher hawn taħt:
Frar: Zokkor
Awissu: Zokkor, Ħalib; Ħalib Skimmed; Yogurt; Irkotta; Ġamm
Settembru: Zokkor, Ħalib; Ħalib Skimmed; Yogurt; Irkotta; Ġamm
Ottubru: Zokkor, Ħalib; Ħalib Skimmed; Yogurt; Irkotta; Ġamm
Novembru: Ħalib; Ħalib Skimmed; Yogurt; Irkotta; Ġamm; Ross
Diċembru: Ġamm, Ross; Għaġin
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sabiex fir-razzett li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ma jibqgħux jiġu mrobbija annimali mhux skond il-liġi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ufficjali mit-taqsima tar-regolament Veterinarju u tas-Sezzjoni tat-Trattament Xieraq ta' l-annimali kienu għamlu spezzjoni flimkien mal-Pulizija (ALE) fuq is-sit in kwistjoni. Minn fuq dan il-post ittieħdu l-majjali li kienu qed jitrabbew illegalment. Dan is-sid ittella l-Qorti fejn kien akkużat biż-żamma u trobbija ta' annimali bla permess u kien qed izomm annimali reġistrati fuq sid ieħor go dan il-post. Il-Maġistrat ta s-sentenza fejn waħħal lis-sid multa ta’ Euro 4,000 u taħ żmien ġimgħa biex ineħħi l-kumplament ta' l-annimali minn hemmhekk. Din is-sentenza ingħatat fit- 3 ta’ Frar 2010. Minn spezzjoni oħra li saret mis-Sezzjoni tat-Trattament Xieraq ta' l-annimali ftit jiem wara li ngħatat is-sentenza kien ikkonfermat li tneħħew l-annimali li kienu qed jitrabbew illegalment.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx l-intenzjoni li tiġi mibnija area ta' rikreazzjoni u ċioe bandli fl-area tal-Qajjenza peress li t-tfal tal-akwata ma għandhomx post fejn jirrekreaw ruħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Kumitati dwar it-tibdil tal-klima — esperti tekniċi
Question
Billi meta tħabbar il-Kumitat dwar it-Tibdil tal-Klima li ġie appuntat mill-Ministru f'Ġunju 2008 kien issemma li l-kumitat kellu jiġi megħjun minn żewġ esperti tekniċi li kellhom jiġu pprovduti mill-Ministeru tal-Ambjent tal-Ġermanja, jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn l-esperti u fiex kien jikkonsisti x-xogħol tagħhom? Ix-xogħol tagħhom sar bi ħlas jew bħala parti mill-koperazzjoni bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li b’kooperazzjoni mal-Ambaxxata Ġermaniża kien ġie organizzat f’Malta workshop ta’ ġurnata fejn attendew il-Membri tal-Kumitat għat-Tibdil fil-Klima u esperti tekniċi Ġermanizi mill-Ministeru tal-Ambjent tal-Ġermanja.
Il-
workshop
serva biex żewġ esperti Ġermanizi, qasmu mal-Kumitat għat-Tibdil fil-Klima l-esperjenżi tagħhom fil-Ġermanja, fit-tfassil ta’ strateġija simili.
Peress il-
worksho
p
ġie organizzat fuq il-bażi ta’ kooperazjoni bilaterali bejn Malta u l-Ġermanja ma kien hemm l-ebda ħlas involut.