Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5174 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentru tax-xogħol u taħriġ — korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ilhom bosta xhur ma jsriu korsijet ta' taħriġ fiċ-Ċentru tax-Xogħol u Taħriġ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ċentri tas-saħħa — spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża ta' kull ċentru tas-saħħa li għandu l-gvern? Kemm joffru servizzi differenti dawn iċ-ċentri, ċentru b'ċentru? Kemm marru pazjenti f'dawn iċ-ċentri bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007 ċentru b'ċentru? Kemm hemm tobba, nurses u staff ieħor f'kull ċentru tas-saħħa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li fid-Dipartiment tas-Saħħa Primarja ma teżistix sistema biex tiġi identifikata l-ispiża individwali ta' kull ċentru tas-saħħa. Ser inpoġġi żewġ tabelli fuq il-Mejda tal-Kamra li b'dettalji dwar is-servizzi offruti miċ-ċentri tas-saħħa u l-pazjenti li għamlu użu minn dawn is-servizzi u dettalji dwar l-istaff f'kull ċentru tas-saħħa.

Teatri tal-operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm teatri tal-operazzjonijiet fil-qasam tas-saħħa pubblika f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid kemm-il teatru jintuża kuljum u għal kemm ħin? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-tul ta' ħin li qed jintużaw dawn it-teatri jiżdied?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fl-iSptar Boffa hemm teatru wieħed li jintuża mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30 a.m. u s-1.30 p.m. u s-Sibt bejn it-8.00 a.m. u nofsinhar. Għalissa ma hemmx ħsieb li jiżdied it-tul ta’ħin għall-użu tat-teatru. Fl-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex hemm żewġ swali tal-operazzjonijiet. Dawn jintużaw kuljum waqt il-hin tax-xogħol tal-Konsulenti, u kull ħin ieħor tal-ġurnata meta jkun hemm bżonn ta’ operazzjonijiet urġenti. Fl-Isptar Mater Dei hemm 25 sala ta’ l-operazzjonijiet u sala għal-Labour Ward. Bħalissa qed jintużaw bejn 13 u 15 il-tejtru kuljum. Il-Labour Ward Theatre jintuża kuljum skond il-bżonn. Iżjed teatri jinfetħu malli jkun hemm il-personnel necessarju. Informat ukoll li t-tul ta’ ħin għall-użu ta’ dawn it-teatri jiddependi min-numru u tip ta’ interventi skond il-listi. Hemm numru ta’ listi li jispiċċaw bejn is-2.00 u t-3.00 p.m., filwaqt li medja ta’ ħames listi kuljum jispiccaw bejn il-5.00 u s-6.00 p.m.

Spiża ta' pagi lill-ħaddiema fl-isptarijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fl-isptarijiet tagħna sptar, sptar? F'liema gradi qegħdin? Kemm tiġi l-ispiża ta' kull sptar f'pagi lill-ħaddiema kollha minn dawk manwali sa dawk professjonali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4787 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Xewkija — Qasam Industrijali - Ħaddiema li jaħdmu ma' kumpanniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li jaħdmu ma’ kumpanniji li huma allokati fabbriki, uffiċini, ċentri ta’ servizzi, eċċ fil-qasam industrijali tax-Xewkija fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2007 kif ukoll fl-aħħar ta’ Marzu u Novembru ta’ din is-sena? Jista’ jagħti l-informazzjoni skond id-diversi tipi ta’ attività ekonomika u skond it-tip ta’ xogħol li jagħmlu?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat biex jiġbor l-informazzjoni mitluba u wara jerġa jirreferi l-Mistqosija lill-Ministeru tiegħi biex b'hekk inkunu nistgħu naħdmu fuq l-informazzjoni miġbura.
Leg 11 PQ #4979 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Day centres għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' day centres għall-anzjani li għandna madwar Malta u Għawdex? X'tip ta' għajnuna jagħti l-Gvern biex dawn id-day centres ikunu jistgħu jinżammu miftuħa?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4998 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Benefiċċju tal-mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'benefiċċji tal-mard matul is-sena 2008 xahar b'xahar skond il-lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #5001 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Benefiċċju taċ-Childrens' Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'benefiċċju taċ-Childrens' Allowance matul is-sena 2008 xahar b'xahar skond il-lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #4755 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

CDAU — operat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4373 u 3885 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazjoni,, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min jidħol fl-operat tal-CDAU?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li filwaqt li s-CDAU, li l-operat tiegħu jaqa’ taħt id-Diviżjoni tas-Saħħa, jipprovdi servizz mediku u ta’ rijabilitazzjoni għal tfal bi problemi ta’ żvilupp, is-servizz ta’ facilitator lil dawn it-tfal hija responsabbilità tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni. Skond ir-records tas-CDAU, il-każ li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant qatt ma ġie riferut lilu.

Programmi għal tfal li jkollhom very challenging behaviour

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-programmi/faċilitajiet li jitrattaw każijiet ta' tfal li jkollhom very challenging behaviour? Kemm hemm persuni nvoluti f'kull programm/faċilità u x'inhu l-budget allokat?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Aġenzija Sedqa u l-Aġenzija Appoġġ imexxu konġuntament il-programm Budz għal tfal b’very challenging behaviour. Il-programm Budz joffri għajnuna psiko-soċjali lil żgħażagħ ta’ bejn it-13 u t-18-il sena li juru sinjali ta’ mġieba li tista’ tqegħdilhom ħajjithom fil-periklu, bħalma huma l-aggressjoni, it-teħid tas-sustanzi, l-prostituzzjoni, d-delinkwenza u mġieba problematika oħra. Il-programm Budz jinvolvi l-parteċipazzjoni ta’ sitt ħaddiema professjonali li jagħtu madwar tmien siegħat xogħol fil-ġimgħa kull wieħed, u jaqdi l-bżonnijiet ta’ massimu ta’ tmien żgħażagħ ġo kull programm. Barraminhekk hemm ko-ordinatur/ko-ordinatriċi li tagħti 10 sigħat xogħol. Fil-budget li ġie maħdum mill-gvern għas-sena 2008 kienu ġew allokati €56,000 għal Youth Outreach Programmes (Vote 44, item 5476) li parti minnhom tmur għall-proġett Budz.
Leg 11 PQ #4963 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Pawl il-Baħar — persuni li jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li jirreġistraw għax-xogħol fl-uffiċċju distrettwali tal-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Minn fejn huma dawk li jirreġistraw għax-xogħol f'dan l-uffiċċju (naturalment skond il-karta tal-identità)?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ persuni li jirreġistraw għax-xogħol fl-uffiċċju distrettwali tal-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar huwa ta’ 335 sa’ l-aħħar ta’ Novembru 2008. Dawn il-persuni ġejjin mill-lokalitajiet tal-Mellieħa (48) u San Pawl il-Baħar (287).
Leg 11 PQ #4964 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Pawl il-Baħar — Single mothers li jirċievu ċ-childrens' allowance

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru t'ommijiet li joqogħu fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar u li jirċievu ċ-childrens' allowance? Kemm minn dawn huma single mothers skond l-informazzjoni li għandu d-dipartiment?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar li qegħdin jirċievu ic-Children Allowance huwa ta’ 1027. Minn dawn 18 huma rġiel u 1009 huma nisa. Informat ukoll li 95 minn dawn huma Single Mothers.
Leg 11 PQ #4965 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li għandhom xi forma ta' problema mentali

Question

Billi l-ġurnali rrapurtaw li 130,000 persuna fis-sena jkollhom xi forma ta' problema ta' saħħa mentali f'Malta, u dan ifisser li madwar 30% tal-poplu Malti jkollu xi forma ta' problema mentali kull sena, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif jitqabbel dan in-numru ma' dak li jiġri f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4967 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

tobba li jaħdmu fil-polikliniċi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tobba li jaħdmu fil-polikliniċi tal-gvern? Kif inhuma mqassma dawn it-tobba skond il-poliklinika li jaħdmu fiha?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4970 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Qawra — bini ta' blokk t'appartamenti tal-gvern

Question

Billi l-gvern bena blokk t'appartamenti preċiż ħdejn il-knisja tal-Qawra ddedikata lil Massimiljanu Kolbe, li iżda huwa diffiċli ħafna biex dawk li joqogħdu fil-flats indikati jaslu f'darhom, jista' l-Ministru jikkoordina ma' min hu responsabbli, l-Awtorità dwar it-Trasport u l-Korporazzjoni Enemalta, biex isiru toroq u jitwaħħlu l-bozoz neċessarji fil-post?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #4992 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Benefiċċji tal-Qgħad — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'benefiċċji tal-qgħad matul is-sena 2008, maqsuma xahar, xahar u skond il-lokalita'?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4996 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Benefiċċju tal-invalidità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'benefiċċji tal-invalidità matul is-sena 2008, xahar b'xahar skond il-lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Furjana — Dar il-Mistrieħ - Ħatra ta' Head of Home

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4415 u jara meta ser jinħatar head of home ġdid/a f'Dar il-Mistrieħ, il-Furjana?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-Head of Home ta' Dar il-Mistrieħ tal-Furjana ser jirtira fi Frar 2009. Informat ukoll li dalwaqt toħroġ applikazzjoni għall-post ta' Head of Home ġdid/ġdida.

Dewmien fil-ħlas tal-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4555 u jgħid għaliex meta persuna fost koppja miżżewġa tmut sakemm tinħadem il-pensjoni tal-persuna l-oħra, qed jgħaddu anke 3 xhur biex jiġu riveduti ċ-ċirkostanzi kollha bil-konsegwenza li jieqfu l-pagamenti b'diffikulta finanzjarja għall-benefiċċju/i?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pensjonijiet tar-Romol normalment jitħallsu fi żmien erba ġimgħat minn meta ssir it-talba. Fejn il-koppji miżżewġa ikunu residenti f’ xi dar għal anzjani tal-Istat jista jkun hemm xi dewmien sakemm tinġabar l-informazzjoni meħtieġa. F’dawn il-każi d-Diviżjoni ma tkunx tista’ tirrevedi l-pensjoni qabel ma tirċievi l-informazzjoni li tirrifletti it-tibdil fiċ-ċirkustanzi.