Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15840.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom:
i. ’l fuq minn 65 sena;
ii. ’l fuq minn 70 sena; u
iii. ’l fuq minn 80 sena?
Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament fil-Ministeru hawn wiehed l’fuq minn 70 sena part time bħala person of trust u tlieta fis-Segretarjat li huma fil-medda tal-etajiet imsemmija.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15254, jista' l-Ministru jgħid kemm mit-total ta' studenti li bdew jattendu l-iskejjel primarji fis-sena skolastika 2023-2024 għandhom xi diżabilità? Jista' jgħid ukoll kemm-il student kien hemm għal kull diżabilità u jipprovdi wkoll l-informazzjoni skola skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali informazzjoni hi ta’ natura privata u b’hekk mhux ser tiġi ppubblikata.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15255, jista' l-Ministru jgħid kemm mit-total ta' studenti li preżentement qegħdin jattendu l-iskejjel primarji fis-sena skolastika 2023-2024 għandhom xi diżabilità? Jista' jgħid ukoll kemm-il student hemm għal kull diżabilità u jipprovdi wkoll l-informazzjoni skola skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi ta’ natura privata u sensittiva u b’hekk il-Ministeru mhux ser jippubblika tali informazzjoni.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent hemm fil-Ministeru tiegħu u x’livell ta’ edukazzjoni u esperjenza għandhom, speċjalment fil-qasam li l-Ministeru jirrappreżenta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti ġew impjegati skont l-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
TCNs — Istituzzjonijiet edukattivi li joffru bridging-courses
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11897, peress li f'din it-tweġiba m'hemmx kemm jiswew il-bridging courses offruti mill-Università ta’ Malta u mill-MCAST, li huma tassew meħtieġa, jista’ l-Ministru jgħid kemm jiswew dawn il-korsijiet? Jista’jgħid jekk l-istudenti (immigranti) jingħatawx l-opportunità li jħallsu bin-nifs u jekk iva, kif?
Fid-dawl li persuni li jiġu Malta minn pajjiżi li qed jiżviluppaw ikollhom iħallsu eluf ta’ Ewro biex jaslu Malta, jista’ jgħid jekk hix ġustizzja soċjali li jkollhom iħallsu dawn l-eluf ta’ Ewro meta pajjiżna diġà għandu nuqqas kbir ta’ infermiera fis-servizzi tas-saħħa?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jikkunsidrax li jneħħi l-miżata jew jagħti xi tip ta’ scholarships, anke parzjalment imħallsa mill-Unjoni Ewropeja, biex persuni li ġew Malta minn pajjiżi li qed jiżviluppaw li jixtiequ jattendu l-bridging courses offruti mill-Università ta' Malta, ma jkollhomx għalfejn iħallsu miżati esaġerati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-istudenti li japplikaw għal dawn il-korsijiet ikunu diġà qed jaħdmu u ħafna minnhom, kif jiggradwaw, imorru jaħdmu barra minn pajjiżna.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni- Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11223 u 11224, dwar kemm ġew riferuti tfal għall-educational psychologists minn kull kulleġġ tul is-sena 2023, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-tfal, tlesta l-assessment tagħhom sa Diċembru 2023, minn kull kulleġġ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2023 kien hemm total ta’ 881 referrals u l-assessjar ta’ dawn ir-referrals hu wieħed kontinwu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11225 fejn ingħad li ser jiżdied in-numru ta’ psychology practitioners, jista’ l-Ministru jgħid b’kemm ser jiżdiedu l-psychology practitioners, kemm minnhom ser ikollhom Masters fil-psikoloġija u sa meta ser jiġu ngaġġati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li fl-aħħar sitt xhur is-Servizz Psikoloġiku għall-Iskejjel żdied b’ħames psychology practicioners. Infurmat ukoll li kollha għandhom Masters fil-psikoloġija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata ta’ assenteiżmu, f’kull kulleġġ, f’kull sena, fis-snin 2022 u 2023?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab rigward ir-rata ta’ assentiżmu tal-istudenti hawn taħt;
Kulleġġ
Assentiżmu 2021/2022
Assentiżmu 2022/2023
Għawdex
3.01%
3.94%
Maria Reġina
3.18%
4.30%
San Benedittu
2.52%
3.82%
Santa Klara
4.27%
5.81%
San Ġorġ Preca
5.88%
6.87%
San Injazju
2.17%
3.83%
Santa Margerita
3.49%
5.85%
San Nikola
2.22%
2/96%
Santa Tereża
2.85%
5.24%
San Tumas More
3.54%
5.30%
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15254 dwar studenti fl-iskejjel primarji, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jagħti informazzjoni dwar kemm kien it-total ta' studenti li bdew jattendu l-iskejjel primarji ġewwa Malta u Għawdex fis-sena skolastika 2023-2024, maqsuma skola skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Kulleġġ
Total ta’ studenti
Kulleġġ Għawdex
1,847
Maria Reġina
3,624
San Benedittu
2,389
Santa Klara
2,063
San Ġorġ Preca
1,527
San Injazju
2,335
Santa Margerita
1,483
San Nikola
1,690
Santa Tereża
1,925
San Tumas More
3,087
Migrant Learners’ Unit
28
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15255 dwar studenti fl-iskejjel primarji, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jagħti informazzjoni dwar kemm preżentement hu t-total ta' studenti li qegħdin jattendu l-iskejjel primarji ġewwa Malta u Għawdex, maqsuma skola skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Kulleġġ
Total ta’ studenti
Kulleġġ Għawdex
1,855
Maria Reġina
3,581
San Benedittu
2,376
Santa Klara
2,108
San Ġorġ Preca
1,528
San Injazju
2,365
Santa Margerita
1,476
San Nikola
1,692
Santa Tereża
1,963
San Tumas More
3,077
Migrant Learners’ Unit
99
Skejjel — evacuation chair għal persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel hemm evacuation chair li jista' jintuża minn persuni b'diżabilità f'każ li jkun hemm nirien fis-sular ta' fuq tal-istess skejjel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.