Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #9206 Sitting 207 2019-03-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema jieħdu l-fuel allowance

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema li jieħdu l-fuel allowance fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sena b’sena u xahar b’xahar minn Marzu 2013 sal-lum? Tista’ tgħid x'inhu l-grad tagħhom u x'tip ta' xogħol jagħmlu u taħt liema direttorat jaqgħu? X’inhi r-raġuni li jieħdu l-fuel allowance u min approva l-fuel allowance? Kemm kienet l-ispiża minn kull direttorat fuq fuel allowance sena b’sena u xahar b’xahar minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #9292 Sitting 207 2019-03-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — miri tal-Horizon 2020

Question

Il-miri tal-Horizon 2020 huma li: a) tal-inqas 40% tal-persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni jkunu nisa; b) tal-inqas 50% tal-persuni f’ advisory groups ikunu nisa; u c) jiżdied in-numru ta’ nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta’ deskrizzjoni a bażi tal-ġeneru. Għaldaqstant tista’ l-Ministru tgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri;u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tagħha sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistqosija parlamentari 9279.
Leg 13 PQ #8736 Sitting 206 2019-03-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdexċ – nefqa fuq reklamar fil-media

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtha f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #9152 Sitting 206 2019-03-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Imħażen għall-Karrijiet tal-Karnival f’Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar x’sar s’issa u x’inhu ppjanat li jsir biex jinbnew imħażen għad-dilettanti li jagħmlu l-karrijiet tal-Karnival ġewwa Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret laqgħa tramite l-Uffiċċju tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex biex tinġabar l-informazzjoni dwar il-bżonnijiet tas-settur.
Leg 13 PQ #9153 Sitting 206 2019-03-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – SME Park

Question

Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-SME Park li hu ppjanat li jsir mill-Ministeru għal Għawdex? Tista’ l-Ministru tgħid fejn hu ppjanat li jsir u fiex jikkonsisti u Site Plan tal-area kif ukoll il-PA number għal dan il-proġett u kemm hu ppjanat li jiġi jiswa dan il-proġett u kif ser jiġi ffinanzjat?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 8600.
Leg 13 PQ #9154 Sitting 206 2019-03-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija – Multi Modal Hub — tenders

Question

Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-Multi Modal Hub fix-Xewkija Għawdex? Tista’ tgħid jekk it-tenders ħarġux u jekk ġewx awarded u jekk sarux applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u jekk ħarġux il-permessi kollha meħtieġa u meta ħarġu u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-permess kif ukoll il-pjanti relatati ma’ dan il-progett? Tista’ tgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ skavar u jekk le meta hu ppjanat li jibda x-xogħol ta’ skavar?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender għall-bini tal-Multi Modal Hub fix-Xewkija ġie ppublikat u l-offerent preferut ġie magħżul. Saret applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar bin-numru PA/01606/2019. Ix-xogħol li beda bħalissa huwa skont is-Subsidiary Legislation 552.08-Class 13i. Il-pjanti jistgħu jiġu mniżżla minn din il-link: https://1drv.ms/f/s!AoOONNs5vEDcp-IvQRT3DiFbz0T6gQ
Leg 13 PQ #9155 Sitting 206 2019-03-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Night Shelter il-ġdid

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk in-Night Shelter il-ġdid (Ċentru Ġesù Nazzarenu) ġewwa x-Xagħra Għawdex li ġie inawgurat minnha f'Ottubru 2018 u li kellu jiġi mmexxi mill-Ministeru għal Għawdex hux jintuża u jekk iva kemm kien hemm anzjani jużaw dan il-post xahar b’xahar minn meta ġie inawgurat sal-lum? Tista' tgħid kemm hemm impjegati fl-istess Night Shelter u minn min qed jitħallsu u xi grad għandhom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninfroma lill-Onor. Interpellant li minn Ottubru 2018 baqa’ għaddej xogħol li kien għad fadal biex il-post ikun lest jakkomoda b’mod dinjituż u xieraq lil dawk li jeħtieġuh. Bħalissa qed isiru l-assesment tal-applikanti. Malli dan l-istadju jiġi eżawrit, jibda jingħata s-servizz.
Leg 13 PQ #8997 Sitting 205 2019-03-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal

Question

Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra fuq l-aħħar żviluppi dwar il-bini ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal li l-Gvern Laburista ħareġ Espressjoni ta’ Interess għalihom eżatt wara li tela’ fil-Gvern f’Marzu 2013 u dan peress li issa għaddew aktar minn ħames snin minn dakinhar u ma ssemma xejn iżjed dwarhom? Tista’ tgħid jekk dawn il-proġetti hux ser isiru u jekk l-Espressjoni ta’ Interess li kienet inħarġet, għadhiex għaddejja jew jekk ġietx imwaqqfa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentrari 6965.
Leg 13 PQ #8998 Sitting 205 2019-03-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem Għawdex – Dar tal-Anzjani

Question

Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar id-Dar tal-Anzjani li qed tinbena f'Għajnsielem u x’inhu jsir bħalissa? Meta huwa maħsub li titlesta din id-dar? Tista' tgħid x’tenders ġodda ħarġu matul is-sena 2018 relatati ma’ dan il-proġett u x'tenders ġew ikkanċellati? Tista’ tgħid ukoll x'tenders hemm ippjanati li joħorġu matul is-sena 2019?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Matul l-2018 saru xogħlijiet strutturali skont il-permess il-ġdid PA 09521/17 u dan sabiex fid-dar strutturalment ġiet in konformità mal-istandards nazzjonali kif ukoll mad-Dementia Strategy u qed isir ir-restawr u tikħil tal-fond. It-tender għall-finishing, furnishing u operat jinsab il-procurment biex joħroġ u d-dar ser titmexxa fuq il-mudell ta’ Public Private Partnership.
Leg 13 PQ #9148 Sitting 205 2019-03-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija – Biċċerija – proċess ta’ tneħħija għal bini ta’ Qorti ġdida

Question

Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra fiex wasal il-proċess ta' tneħħija tal-biċċerija fix-Xewkija Għawdex minn fejn hi preżentement, peress li hu ppjanat li fiż-żona fejn hemm il-biċċerija, isir il-Qorti l-ġdida ta’ Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpllant li l-applikazzjoni tinsab quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.
Leg 13 PQ #9149 Sitting 205 2019-03-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija – periti mqabbda għad-disinn u l-proġett tal-Qorti l-ġdida

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min hu l-perit/kumpanija ta' periti inkarigati mid-disinn u mill-proġett tal-Qorti l-ġdida ġewwa x-Xewkija Għawdex? Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija u kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s’issa u x’tip ta’ xogħol sar fuq dan il-proġett, u kemm tħallas/tħallset s’issa? Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas? Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-Proġett tal-Qorti l-ġdida matul is-sena 2019?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien, il-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn numru ta’ konsulenti fuq id-diversi proġetti tiegħu. Dawn il-konsulenti huma kollha mqabbda skont proċeduri stabbiliti, u mħallsa skont rati fissi, l-istess bħalma kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti. Il-perit inkwistjoni inkarigat mill-proġett huwa l-Perit Claude Mallia.
Leg 13 PQ #9333 Sitting 205 2019-03-11 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – Taċ-Ċawla Housing Estate – stallazzjoni ta’ lifts

Question

B'referenza għall-appartamenti tal-Gvern fil-Qasam tad-Djar f'Taċ-Ċawla, Rabat Għawdex, u invista li numru sostanzjali ta’ residenti huma anzjani u anke hemm persuni b'diżabilità, tista' l-Minsitru tgħid jekk hux qed tikkonsidra li jiġu installati lifts f'dawn il-binjiet?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Jiżdied jingħad li l-proġett tal-blokka l-ġdida li ser jagħmel il-Ministeru għal Għawdex ser jinkludi fih ukoll lift għall-aktar aċċessibilità.
Leg 13 PQ #9334 Sitting 205 2019-03-11 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Pjan ħolistiku għal Kemmuna

Question

B'referenza għad-diskors tal-Baġit għas-sena 2016, fejn f’paġna 110 kien intqal li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, flimkien ma' aġenziji oħra bħal Ministeru ta' Għawdex, Transport Malta, Lands, MEPA u oħrajn, għandha l-intenzjoni "........ li tmur lil hinn mill-bajjiet u tipprepara viżjoni għal Kemmuna bħala Park ħolistiku u mhux il-bajjiet biss", tista' l-Ministru telenka x'azzjonijiet ittieħdu f'dan ir-rigward?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jitħejja Master Plan għall-immaniġġjar aħjar ta’ Kemmuna u li qed jiġi diskuss mal-ERA.
Leg 13 PQ #9335 Sitting 205 2019-03-11 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Airstrip itwal f’Għawdex – studju soċjoekonomiku u studju dwar l-impatt ambjentali

Question

B'referenza għad-diskors tal-Baġit għas-sena 2014, fejn f’paġna 31 kien intqal "Il-Gvern se jikkummissjona studju soċjoekonomiku u ieħor tekniku, flimkien ma' studju dwar l-impatt ambjentali, dwar l-effett ta' airstrip itwal f'Għawdex. Wara proċess ta' konsultazzjoni bbażat fuq il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dan l-iżvilupp, il-Gvern se jieħu deċiżjoni strateġika għall-futur", tista' l-Ministru tgħid jekk dawn iż-żewġ studji sarux u jekk fl-affermattiv, tista' tgħid x'kienu r-riżultati? Tista' tgħid jekk saritx il-konsultazzjoni li ssemmiet f'dan ir-rigward?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin studji fuq mudelli u xenarji differenti sabiex is-servizz tal-ħelikopter jerġa’ jibda jopera u jkun ekonomikament vijabli. Dan ġie mħabbar pubblikament waqt konferenza stampa ftit tal-jiem ilu.
Leg 13 PQ #9336 Sitting 205 2019-03-11 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Airstrip f’Għawdex – studju fuq il-proġett

Question

B'referenza għad-diskors tal-Baġit għas-sena 2015, fejn f’paġna 133, fost oħrajn intqal li "Qed isiru studji relattivi għall-proġett ta' rural/green airstrip f'Għawdex. Dan se jkun proġett li jagħmel lil Għawdex mhux biss eqreb lejn Malta imma wkoll eqreb lejn il-kumplament tar-Reġjun Mediterranju. Dalwqt tinbeda konsultazzjoni pubblika għal dan il-għan", tista' l-Ministru tgħid x'kienu r-riżultati ta' dawn l-istudji? Tista' tgħid x'kienu l-konklużjonijiet li ħarġu mill-konsultazzjoni pubblika?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif imħabbar fl-Istqarrija għall-Istampa Nru 190393, qed isir studju fuq Servizz ta’ Ħelikopter bejn iż-żewġ gżejjer biex jintgħażel l-aħjar mudell li fuqu jopera.
Leg 13 PQ #9337 Sitting 205 2019-03-11 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Studji fuq investiment potenzjali għal aċċess alternattiv

Question

B'referenza għad-diskors tal-Baġit għas-sena 2016, fejn f’paġna 152 paragrafu 9.3, intqal li "Sar progress sinifikanti fl-istudji fuq dan l-investiment potenzjali li jagħti aċċess alternattiv ma' Malta", tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar il-progress li qed jingħad li sar?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 9335 dwar l-iżviluppi li ġew imħabbra reċentament dwar il-konnettivita’ bl-ajru.
Leg 13 PQ #9338 Sitting 205 2019-03-11 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur Għawdex – Triq l-Imġarr — xogħlijiet

Question

B'referenza għal Triq l-Imġarr in-Nadur Għawdex, u li minn mistoqsijiet parlamentari preċedenti jirriżulta li s-Survey Report dwar il-ħsarat li hemm f'din it-triq ilu li tlesta ta' l-anqas mid-9 ta April 2018, tista' l-Ministru tgħid x-xogħol twettaq minn dakinhar ’il hawn?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Wara li tlesta s-survey report ħarġet negotating procedure biex jibdew ix-xogħlijiet minħabba periklu imminenti. Tqabbdu wkoll esperti fuq il-ġeo teknika li issa wkoll qed jikkonkludu l-eżerċizzju tagħhom biex ikun jista’ jiġi ffinalizzat id-disinn. Skont l-esperti t-terren huwa ta’ l-agħar tip li jeżisti f’pajjiżna u allura l-isfidi huma kbar.
Leg 13 PQ #8993 Sitting 204 2019-03-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex – bini ta’ car parks

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu d-diskussjonijiet u tgħid fejn huma ppjanati li jinbnew car parks fir-Rabat Għawdex biex tkun tista’ tittaffa l-problema tal-parkeġġ f’din il-lokalità?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin u l-Ministeru qed jistenna l-eżitu tal-proġett tal-Parkeġġ tal-Katidral.
Leg 13 PQ #9256 Sitting 204 2019-03-06 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li għandhom kundizzjonijiet u pagi differenti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9064, li kienet tirrigwardja impjegati Għawdxin li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol differenti minn impjegati Maltin, u fejn fit-tweġiba ntqal li l-mezz kif impjegati Għawdxin fis-settur pubbliku jiġu jaħdmu f’Għawdex hu billi l-Ministeru għal Għawdex jidħol fi ftehim mal-entitajiet biex ix-xogħol tagħhom isir f’Għawdex, u ntqal ukoll li hija dejjem għażla tal-impjegat jekk jiġix assorbiti mal-entità jew inkella jibqax mas-settur pubbliku, u peress li l-impjegati Għawdxin li jiġu trasferiti minn Malta għal Għawdex ma jagħżlux huma d-dipartiment li jkunu se jaħdmu miegħu f’Għawdex, imma jiġu assenjati skont il-vakanzi li jkun hemm f’Għawdex, u peress ukoll li l-impjegati, li hemm referenza għalihom fil-mistoqsija 9064, meta saret il-bidla minn Dipartiment tal-Gvern għal entità jew Awtorità, qatt ma ngħataw l-opportunità li jagħżlu jekk jibqgħux mas-settur pubbliku jew jiġu assorbiti mal-entità, tista’ l-Ministru tispjega l-fatt li dawn l-impjegati, bla ma għandhom l-ebda tort, qed jiġu mċaħħda minn pagi u kundizzjonijiet li għandhom ħaddiema sħabhom Maltin?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm dawn l-uffiċjali jagħmlu xogħol ta’ dawn l-entitajiet pubbliċi, ladarba huma kollha uffiċjali pubbliċi dawn dejjem tħalsu bir-rati tas-servizz pubbliku.
Leg 13 PQ #9320 Sitting 204 2019-03-06 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Estimi Finanzjarji Supplimentari 2018 – Personal Emoluments Item 12 — żieda

Question

B'referenza għall-Estimi Finanzjarji Supplimentari għas-sena 2018, fejn fuq il-Vot 39, Ministeru għal Għawdex, Personal Emoluments Item 12, ġew ivvutati €750,000 Ewro addizzjonali għal salarji u pagi, tista' l-Ministru tgħid x'kienu ċ-ċirkustanzi li wasslu biex ikun hemm bżonn ta’ din iż-żieda fl-Estimi approvati fuq din l-item għas-sena 2018?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żieda hija dovuta minħabba ħaddiema ġodda fil-Ministeru, transferimenti ta’ ħaddiema għall-Ministeru ta’ Għawdex, u promozzjonijiet dovuti.