Ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Gwardja tal-Kosta Libjana
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jordna inkjesta fuq il-ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Gwardja tal-Kosta Libjana kif indikata mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-inkjesta pubblika fuq l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia?
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12203, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm fadal persuni li għamlu l-aħħar eżami għal Assistant Principal u li għaddew iżda għadhom ma ġewx imsejħa biex jingħataw l-appointment f'din il-kariga? Jista' jgħid jekk sa meta ser jiskadi l-validità ta' dan l-eżami, jekk hemmx il-ħsieb li dawk li għaddew jingħataw l-appointment li ħadmu għalih u għaddew minn eżami għalih?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 12203, ninsab informat li l-ingaġġ isir skont HR Plan, u dan ikun jirrifletti l-esiġenza tas-servizz.
Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-fondi li kien hemm fil-fond għall-kontribuzzjonijiet tal-Programm taċ-Ċittadinanza b'Investiment fis-sena 2018, kemm kien l-ammont ta' flus li ngħataw minn dan il-fond lill-Għaqdiet Mhux Governattivi? Liema huma l-Għaqdiet li ngħataw dawn il-flus u kemm ingħataw flus?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li ma ngħataw l-ebda fondi mill-fond għall-kontribuzzjonijiet tal-Programm taċ-Ċittadinanza b'Investiment lill-Għaqdiet Mhux Governattivi fis-sena 2018.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – użu ta’ trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru hux qed jagħti xi tip ta’ inċentiv għall-ħaddiema tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħtu, biex jinkoraġġixxu lill-istess ħaddiema biex jużaw it-trasport tal-massa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ġie kkummissjonat studju xjentifiku li, permezz tiegħu, kien mifhum liema mezzi ta’ trasport jintużaw l-aktar mill-ħaddiema biex jaslu għax-xogħol.
Għaldaqstant tnieda l-ħsieb li jitfasslu u jiġu proposti numru ta’ miżuri li jħajru lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku jagħmlu użu minn trasport alternattiv, inkluż fi proġetti-pilota jew PPPs. Dan hu wkoll f’sintonija mal-pjani tal-Gvern li fil-ġejjieni jsir użu aktar wiesa’ mit-trasport pubbliku fil-faxex kollha tas-soċjetà.
Dawn l-inizjattivi għandhom jifformaw parti minn pjan wieħed ħolistiku ta’ trasport sostenibbli
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13175 u jgħid jekk minn issa huwiex lest jiddikjara li qed jassumi r-responsabilità legali u politika għal kull nullita li ser temani fis-sentenzi tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta' Ġudikatura Kriminali u mill-Qorti tal-Appell Kriminali f'kull każ fejn il-Prosekuzzjoni takkuża, wara t-28 ta' Jannar 2020, lill-imputat bi ksur tal-Liġi/Regolamenti li joħorġu mill-Environment Protection Act (bħal, eżempju, is-Subsidiary Legislation 549.42) li jindikaw lill-Ministru għall-Ambjent bħala l-Ministru responsabbli minn tali Liġi/Regolamenti u mhux lill-Ministru għal Għawdex kif inhu l-każ bid-deċiżjoni tal-Prim Ministru?
Response (ABELA, ROBERT)
Ma għandi xejn x’nżid mat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 13175.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5999 u 12109 u jispjega lill-Parlament kemm kien hemm individwi b'anqas minn ħames snin servizz mas-Servizz Pubbliku u li xorta ngħataw il-promozzjoni ta' senior operative?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema dati l-predeċessur tiegħu żar il-Montenegro bħala Prim Ministru bejn l-2013 u Diċembru 2019? F’kull żjara, minn min kien akkumpanjat u jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Programm Uffiċjali ta’ kull żjara?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari nru 29670 tal-leġiżlatura 12 u nru 13201 ta din l-leġiżlatura.
Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra, stqarrijiet għal-stampa in konessjoni ma dawn iż-żjajjar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Konsulenza, Ħatra jew Ingaġġ ta' Individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13302 u jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-individwu li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament, kien inħatar fil-pożizzjoni ta’ Project Manager (Equal) għall-Proġett Equal: A Gender-Sensitive Parliament: Advancing Women’s Engagement in Maltese Political Structures, fl-Uffiċċju tas-Segretarjat Permanent (Servizzi Finanzjarji u Identita’) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, b’effett mill-15 t’ April 2019, fuq assignment ta’ erbgħa u għoxrin (24) xahar. Huwa kien irriżenja min din il-pożizzjoni fit- 23 ta’ Lulju 2019.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12604 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Infiq fuq safar, vjaġġi u lukandi
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12847, jista’ l-Prim Ministru jwieġeb dik il-parti tad-domanda fejn tlabt il-break down tas-somma minfuqa f’safar f’dak il-perjodu? Jista’ l-Prim Ministru jelenka liema flus intefqu fuq liema lukandi, ikliet, hospitality, titjiriet? F’kull każ jista’ jgħid min kienu l-persuni li nefqu dawn il-flus?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fuq dan is-safar, ntefqet is-somma ta €117,250.86 fuq biljetti tal-ajru,€3,447.36 fuq akkomodazzjoni, €2,844.50 ospitalita u €2,556.65 spejjez oħra. Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l- individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament, ma jipprovdix konsulenza f’kwalsiasi entita fid-dekasteri tiegħi.
Jista' l-Prim Ministru jindika jekk hemmx tkaxkir tas-saqajn minn xi entità tal-Gvern fil-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament wara li nhar it-12 ta' Ottubru 2019 kellhom jiġu evakwati mill-appartament indikat wara li xogħol ta' kostruzzjoni li kien qed isir biswit l-istess blokka kkawża ħsara strutturali f'wieħed mill-appoġġi / ħajt fl-istess appartament fejn huma kienu jabitaw u għalkemm saru numru ta' spezzjonijiet, u anke daħlet il-pulizija u l-każ spiċċa quddiem il-Qorti, sal-lum din il-familja għadha ma tistax tmur lura f'darha?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn issa huwiex lest jiddikjara li qed jassumi r-responsabilità legali u politika għal kull nullita li ser temani fis-sentenzi tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta' Ġudikatura Kriminali u mill-Qorti tal-Appell Kriminali f'kull każ fejn il-Prosekuzzjoni takkuża, wara t-28 ta' Jannar 2020, lill-imputat bi ksur tal-Liġi/Regolamenti li joħorġu mill-Environment Protection Act (bħal, eżempju, is-Subsidiary Legislation 549.42) li jindikaw lill-Ministru għall-Ambjent bħala l-Ministru responsabbli minn tali Liġi/Regolamenti u mhux lill-Ministru għal Għawdex kif inhu l-każ bid-deċiżjoni tal-Prim Ministru?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – tkeċċija ta’ impjegati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12700 u jgħid jekk dak irrapportat fl-artiklu li jinsab fuq il-link https://timesofmalta.com/articles/view/most-opm-officials-linked-to-keith-schembri-told-to-leave.766188 huwiex minnu u ċjoè li tkeċċew impjegati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li kienu assoċjati mal-individwu msemmi fl-artiklu, u jekk iva jgħid min huma u liema kariga kienu jokkupaw?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12701 u jgħid kemm-il impjegat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li kien impjegat f’dak l-uffiċċju sal-1 ta’ Diċembru 2019 ma għadux impjegat f’dak l-uffiċċju llum? Jista’ jindika min minnhom kien impjegat tal-gvern u min kien fuq ħatra ta’ position of trust?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' spezzjonijiet (ammont ta' 900 spezzjoni) għamel referenza għalihom waqt l-intervent tiegħu fil-Parlament nhar it-Tlieta 3 ta' Marzu meta kien qiegħed jitkellem fuq it-traġedja li seħħet f'Santa Venera fil-jum ta' qabel? Jista’ jgħid liema aġenzija, dipartiment jew entità governattiva kienu responsabbli minn dawn l-ispezzjonijiet, meta saru (data ta' kull spezzjoni) u fejn saru (lokalità b'lokalità)?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-referenza kienet għal spezzjonijiet, li kont mgħarraf dwarhom, fuq siti varji ta’ kostruzzjoni li kien hawn jew għad hawn fil-pajjiż. Għat-tagħrif ulterjuri li qed jitlob, nitolbu jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministru konċernat
Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12586 u jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn id-direct orders ingħataw skont l- Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
(Korrezzjoni: Ara PL4982 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 336 nhar l-Erbgħa 27 ta' Mejju 2020)