Tobba li jkun għadhom kemm iggradwaw — każ ta' tabib
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 19790, fejn ġie mistqar illi fl-ebda perjodu t-tobba m'huma obbligati li jagħtu s-servizz tagħhom fl-isptar tal-gvern wara li jiggradwaw, jista' l-Ministru jaċċerta li tabib wara li jirrigwarda mhuwiex u ma kienx obbligat fil-perjodu msemmi jiġifieri 1994 sal-2009, iservi fl-isptar tal-poplu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mill-1987 ‘l hawn dejjem kienet teżisti l-possibilità li tobba jagħzlu li ma jservux fl-isptar tal-Gvern wara li jiggradwaw.
Iżda, sabiex tobba jkunu jistgħu jipprattikaw il-professjoni medika f’Malta mingħajr superviżjoni, huma jeħtieġu liċenzja permanenti (
warrant
).
Din il-liċenzja tingħata mill-President tar-Repubblika fuq parir tal-Kunsill Mediku, liema parir jinħareġ wara li t-tobba jkunu servew b’suċċess għal sentejn wara l-gradwazzjoni bħala tobba fi sptar tal-gvern jew f’xi sptar iehor rikonoxxut mill-Kunsill Mediku u wara li jkunu ġew reġistrati fir-Reġistru tal-Kunsill Mediku.
Dawn kienu il–provedimenti tal-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l- Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu maghħa kif emendata fl-1987 sal-2003 u li baqgħu l-istess fl-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa mill-2003 ‘il quddiem.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-każijiet matul l-2010, li fihom l-Health and Safety Authority talbet li jitneħħew mis-suq prodotti lokali jew mixtrija minn barra? Liema kienu l-prodotti li tneħħew mis-suq, minn liema pajjiż kienu ġejjin u f'liema perjodu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika t-tip ta’ prodotti li qed jirreferi għalihom fil-Mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' trabi li twieldu fl-isptarijiet Maltin matul din is-sena, sa Settembru? Kemm minn dawn it-trabi twieldu lil ommijiet single? Kemm kien in-numru ta' tali ommijiet minn kull lokalità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal jistennew li jiġu assessjati miċ-Child Development Advisory Unit? Jista' jgħid kemm-il xahar huwa stmat li qed ikollu jistenna kull tifel u tifla biex jiġu assessjati miċ-Child Development Advisory Unit?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-lista ta’ stennija tat-tfal biex jiġu assessjati mid-diversi servizzi taċ-Child Development Advisory Unit huwa kif ġej:
· Mill-aspett mediku ma hemmx
waiting list
biex it-tfal jigu assessjati.
· Fl-iSpeech Language Department ma hemmx waiting list biex it-tfal jiġu assessjati.
·
Physiotherapy
: Sat-13 ta’ Ottubru 2010 il-lista’ ta’ stennija kienet 5.
· Psikologu: Bħalissa hemm 566 każ ta’ tfal jistennew
assessment
psikoloġiku bħala parti mill-
assessment
komprensiv u multi-dixxiplinarju li jseħħ ġewwa ċ-
Child Development Assessment Unit
fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa.
·
Occupational Therapy
: bħalissa hemm 597 tfal jistennew biex ikunu assessjati.
Dwar servizzi li għalihom hemm lista ta’ stennija, iż-żmien li huwa stmat li qed ikollu jistenna kull tifel u tifla biex jiġu assessjati mis-servizzi taċ-
Child Development Advisory Unit
huwa kif ġej:
·
Occupational Therapy
o It-tfal ta’ bejn l-età tat-twelid sa tliet snin idumu bejn xahar u tliet xhur biex jiġu assessjati minn
Occupational Therapist
.
o It-tfal ta’ bejn l-età ta’ 4 u 14-il sena idumu bejn 6 xhur u tmintax il-xahar biex jiġu assessjat minn
Occupational Therapist
.
· Psikoloġija - Il-lista ta’ stennija tinqasam fi tnejn:
o Għal tfal imwielda fl-2006 u iżgħar, l-appuntamenti kollha ġew ifissati għas-sitt xhur li ġejjin. Dawn jammontaw għal 189 każ.
Ghal tfal li twieldu fl-2005 u ikbar hemm lista ta’ stennija ta’ sena u disa’ xhur. F’din il-kategorija hemm b’kollox total ta’ 377.
Japprezza l-Ministru li d-dewmien esaġerat li qed ikollhom jistennew it-tfal biex jiġu assessjati miċ-Child Development Advisory Unit (CDAU) qed iħassar il-ġid li joħroġ minn intervent bikri meħtieġ u allura qed jitfa' lura lit-tfal li għandhom bżonn tali intervent malajr kemm jista' jkun?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mill-aspett mediku ma hemm l-ebda dewmien biex it-tfal li jiġu riferuti fiċ-Child Development Assessment Unit jiġu assessjati.
Il-każijiet li jiġu riferuti għas-servizz ta’
Occupational Therapy
jingħata lil tfal ta’ età żgħira (bejn it-twelid u 3 snin). Għalhekk dawn huma meqjusa bħala każijiet ta’ prijorità sabiex dawn it-tfal ikunu jistgħu jibbenefikaw minn intervent bikri. Dawn normalment idumu bejn xahar u tlett xhur biex jiġu assessjati. F’kazijiet partikolari bħal per eżempju tfal b’kundizzjonijiet newroloġiċi jew tfal minn Mater Dei Wards speċjalment dawk tal-NPICU (
Neonatal Paedaitric Intensive Care Unit
) jingħataw appuntament immedjat.
Fil-
Physiotherapy
, wara li t-tfal jiġu assessjati, l-intervent għall-kura mehtieġa jingħata skont il-bżonn, kemm hemm bżonn, u malajr kemm jista jkun.
Is-servizz tal-i
Speech-Language Department,
jingħata mill-
iSpeech Language Pathologists
fil-Komunità u ma hemm l-ebda dewmien jew stennija.
Il-każijiet li jigu assessjati mill-aspett psikoloġiku jinqasmu f’dawk li jkun se ssirlhom
case conference
, (ta’ ħames snin jew inqas) u dawk li ma tkunx se ssirlhom
case conference
. Fiż-żewġ każijiet qiegħed isir sforz sabiex ġaladarba l-
assessment
jkun sar, ir-rapport jingħata fi żmien l-aktar qasir possibli u allura il-ġenituri jkunu f’qagħda li jużaw l-informazzjoni provduta mir-rapport għal skopijiet ta’
early intervention
jew interventi oħrajn skolastiċi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex sodisfatt bix-xogħol li qed jagħmel iċ-Child Development Advisory Unit (CDAU) meta n-nies li jaħdmu hemm mhux qed jaħdmu flimkien b'mod inter-dixxiplinarju u allura kull wieħed qed jaħdem għal rasu u l-assessjar ma jsirx b'mod serju u komprensiv biżżejjed u spiss ikun ibbażat fuq sejbiet preliminari li mhux dejjem ikunu preċizi u allura joħolqu problemi ġodda għat-tfal?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li t-team tac-Child Developmernt Advisory Unit huwa multi-dixxiplinarju għaliex huwa magħmul minn professjonisti minn dixxiplini differenti fil-qasam tas-saħħa. Is-servizzi li jingħataw mid-diversi professjonisti jikkomplimentaw lil xulxin u m’huwiex il-każ li kulħadd qiegħed jaħdem għal rasu.
Child Development Advisory Unit — learning disability
Question
Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod it-tim mediku taċ-Child Development Advisory Unit qed jasal għall-konkluzjonijiet tiegħu li tifel jew tifla għandhom learning disability? Jista' jgħid kemm qed idumu jistennew it-tfal li wara li jassessjahom it-tim mediku jiġu riferuti għall-assessjar ieħor mingħand nies differenti li għandhom listi twal ta' tfal jistennew li jiġu assessjati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-Child Development Advisory Unit għandux biżżejjed nies biex jiqsar iż-żmien li t-tfal qed ikollhom jistennew biex jiġu assessjati? Kemm għandu nies nieqsa f'kull qasam iċ-Child Development Adivsory Unit biex jaħdem b'mod effettiv u effiċjenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mill-aspett mediku ma hemm l-ebda nuqqas ta’ staff u ma hemm l-ebda waiting list.
Fid-Dipartiment ta’ l-
Occupational Therapy
hemm bżonn ta’ 12-il terapista oħra, u mill-inqas 2
paramedic aides
oħra biex is-servizz ikun aktar effiċjenti.
Fid-Dipartiment tal-Fiżjoterapija u tal-iSpeech Language Pathology, hemm biżżejjed ħaddiema fiċ-Child Development Advisory Unit u fil-komunità biex jingħata servizz lit-tfal li jiġu referuti
Bħalissa ġewwa s-sezzjoni tas-Servizzi Psikoloġiċi fi ħdan is-Child Development Advisory Unit għad hemm nuqqas ta’ Psikoloġi biex ilaħħqu mad-domanda qawwija għal dan is-servizz. Hemm bżonn tal-inqas żewġ Psikologi oħra
full-time
. Dawn jistgħu jkunu
Child and Developmental Psychologists
u mhux bilfors
Clinical
jew
Counselling Psychologists
. B’dan il-mod ikunu jistgħu jsiru ukoll
follow-ups
kif ukoll xogħol ta’ c
ounselling
mal-ġenituri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' persuni li daħlu l-Isptar Mater Dei fuq vjolenza domestika matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? X'etajiet kellhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH) u l-Electronic Case Summary, ma rriżultax li kien hemm każijiet ta' persuni li ddaħlu l-Isptar Mater Dei minħabba fi vjolenza domestika matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010.
Ta’ min wieħed ikun jaf li jista’ jkun hemm każijiet fejn ikun hemm suspett ta’ vjolenza domestika pero’ il-każ ikun għadu qed jiġi investigat u għalhekk ma jkunx irreġistrat. Kif ukoll minħabba li n-natura ta’ dawn l-inċidenti hija waħda daqshekk sensittiva, din l- informazzjoni tista’ ma tkunx imniżżla fl-
Electronic Case Summary.
Infurmat li jkun hemm ukoll każijiet ta’ persuni li allegatament ikunu sofrew minn vjolenza domestika u jingħataw il-kura fid-Dipartiment tal-Emerġenza mingħajr ma jkollhom bżonn jiddaħħlu l-isptar bħala
inpatients
.
tobba u infermiera aggrediti fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux rapporti ta’ tobba u infermiera li ġew aggrediti waqt ix-xogħol tagħhom fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena? X’passi ttieħdu f’kull każ? Kemm kienu r-rapporti s-sena li għaddiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' twelid fl-Isptar Mater Dei matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? Kemm minnhom kienu ommijiet xebbiet u x'etajiet kellhom dawn l-ommijiet rispettivament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet fuq xorb eċċessiv reġistrati li daħlu l-Isptar Mater Dei matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? X'etajiet kellhom? Kemm kien in-numru ta' każijiet ta' overdose reġistrati li daħlu l-Sptar Mater Dei matul l-ewwel disa' xhur 2010? X'etajiet kellhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' vjolenza u/jew abbuzi sesswali fuq minorenni reġistrati li daħlu l-Isptar Mater Dei matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? X'etajiet kellhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH) u l-Electronic Case Summary, irriżulta li kien hemm każ ta' persuna minorenni li ddaħlet l-Isptar Mater Dei minħabba fi vjolenza domestika matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010.
Ta’ min wieħed ikun jaf li jista’jkun hemm każijiet fejn ikun hemm suspett ta’ vjolenza u/jew abbuż sesswali fuq minorenni pero’ il-każ ikun għadu qed jiġi investigat u għalhekk ma jkunx irreġistrat. Kif ukoll minħabba li n-natura ta’ dawn l-inċidenti hija waħda daqshekk sensittiva, din l- informazzjoni tista’ ma tkunx imniżżla fl-
Electronic Case Summary.
Għaldaqstant, minn informazzjoni miġbura mid-Dipartiment tas-
Social Work
fl-Isptar Mater Dei, jirriżulta li kien hemm 55-il persuna taħt is-sittax-il sena li ġiet irreferuta lil dan id-Dipartiment din is-sena fuq problemi soċjali u/jew ta’abbuż.
Aparti minn dawn, minn informazzjoni miġbura mid-Dipartiment tal-Ostetrija u Ġinekoloġija kien hemm ukoll ħames każijiet ta’ minorenni taħt is-sittax-il sena li ġew investigati għal allegat abbuż sesswali, però ma ddaħħlux bħala
inpatients
fl-Isptar Mater Dei.
Sptar Mater Dei — rapporti ta' Avvelinament fl-ikel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet fuq avvelinament fl-ikel reġistrati li daħlu fl-Isptar Mater Dei matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? X'etajiet kellhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH) u l-Electronic Case Summary, in-numru ta’ pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei kawża ta’ avvelenament fl-ikel (food poisoning) fl-ewwel disa’ xhur ta’din is-sena, u l-etajiet tagħhom huma hekk:
Eta’
Numru ta’pazjenti li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei (Jannar – Settembru 2010)
<15
22
15-24
11
25-34
1
35-44
1
45-54
4
55-64
4
65-74
7
75-84
4
85-94
1
Total
55
Fit-terminu “
food poisoning
” huma inklużi wkoll infezzjonijiet tas-sistema gastroenteroloġika kkawżati minn
viruses
li jistgħu jkunu trasmessi mill-ikel (ICD-10 codes: A00-A09 u T61-T62).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol reġistrati li daħlu fl-Isptar Mater Dei matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? X'etajiet kellhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma tistax tinagħta informazzjoni dwar in in-numru ta' każijiet ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol reġistrati li ddaħlu fl-Isptar Mater Dei matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010.
Wieħed għandu jkun imgħarraf li fl-
Electronic Case Summary/
Hospital Activity Analysis System
jiġi mniżżel biss dak li l-pazjent ikun qed ibati bih b’konsegwenza tal-inċident bla ma jkun hemm referenza għall-fatt li dan l-inċident ikun seħħ fuq il-post tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' persuni li sofrew inċidenti tat-traffiku reġistrati li daħlu l-Isptar Mater Dei matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? X'etajiet kellhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH), in-numru ta’ pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei kawża ta’ inċidenti tat-traffiku fl-ewwel disa’ xhur ta’din is-sena, u l-etajiet tagħhom juwa hekk:
Eta’
Numru ta’pazjenti li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei (Jannar – Settembru 2010)
<15
22
15-24
64
25-34
45
35-44
39
45-54
32
55-64
21
65-74
10
75-84
12
85-94
3
Total
248
Tajjeb wieħed jgħid li f’ċertu każijiet fl-
Electronic Case Summary
jiġi mniżżel biss dak li l-pazjent ikun qed ibati bih b’konsegwenza tal-inċident bla ma jkun hemm referenza għall-fatt li jkun seħħ inċident.
Dipartiment tal-Kura tal-Anzjani — social assistants minn part-time għal full-time
Question
Jista' l-Minsitru jgħid kemm-il part-time social assistant fid-Dipartiment tal-Kura tal-Anzjani jaħdem aktar minn 35 siegħa fil-ġimgħa? Kemm minnhom urew ix-xewqa li jibdew jaħdmu full-time? Saru trattattivi mat-trade unions dwar dan? Fiex waslu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ebda Part-Time Social Assistant fid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ma jaħdem iktar minn ħamsa u tletin siegħa fil-ġimgħa.
Sitt mija u tletin (630)
Part-Time Social Assistants
li jaħdmu mad-Dipartiment tal-Kura tal-Anzjani applikaw sabiex jaħdmu bħala
Social Assistants
full-time
.
Wara diversi laqgħat u trattattivi mat-
trade unions
, id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ kien ħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet għal
Social Assistants
fi Frar ta’ din is-sena. Bħal issa il-Bord ta’ l-Għażla għaddej bil-proċess li jevalwa l-applikazzjonijiet biex jibdew isiru l-
interviews
.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20072 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlmantari 17996 dwar mediċini out of stock, jista' l-Ministru jara jekk tistax tingħata din l-istess informazzjoni minn April sa Settembru 2010? Jista' jgħid kemm hu kkalkulat li kienu jiswew dawn il-mediċini li kieku ġew provduti lill-pazjent għal tant jiem skont il-perjodu out of stock għal kull medicina għal kulmin baqa' mingħajrha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-gvern illum għall-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek li ġiet temporanjament sospiża biex propju ssir analiżi tagħha? Jekk il-pjan tlesta, jista’ l-Ministru jgħid hux se tkompli, f’liema lokalitajiet, meta u kemm-il spiżerija u pazjenti se jkunu koperti? Fejn s’issa qed taħdem u kemm hemm spiżeriji u pazjenti involuti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jindaga jekk huwiex minnu li fil-Floriana Home hemm lift importanti għall-użu tal-anzjani li ilu iktar minn sena bil-ħsara u għalkemm hemm lift ieħor, dan huwa żgħir wisq u min jimxi bil-walking aid jew wheelchair ibati biex jagħmel użu minnu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li wara li saru x-xogħolijiet meħtieġa fuq il-ħsarat li kellu l-panoramic lift tad-Dar tal-Anzjani tal-Floriana, dan il-lift reġa’ beda jaħdem u jintuża mir-residenti fid-29 t’ Ottubru, 2010.