Birkirkara — kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18019 u 17893 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Birkirkara, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
Ħal Balzan — Kaxxi sofor u blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18020 u 17896 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Ħal Balzan, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
L-Ilklin — Kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18021 u 17897 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Iklin, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
Il-Mosta — kaxxi sofor u blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18022 u 17898 u jgħid;
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din l-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Mosta, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
Burmarrad – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18167 u 17900 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Burmarrad, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
Ħal Lija – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18168 u 17901 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Ħal Lija, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
Mosta -Triq San Pawl tal-Qlejgħa u Triq il-Kbira – xogħlijiet
Question
Rigward il-proġett li qed isir fil-Mosta, parti fi Triq San Pawl tal-Qlejgħa u parti fi Triq il-Kbira, jista’ l-Ministru jgħid:
1. X’inhi l-ispiża ta’ dan il-proġett?;
2. Fiex jikkonsisti dan il-proġett?; u
3. Kemm-il darba ser isir
water culvert
ġdid għall-ilma tax-xita, jista’ jgħid sa fejn ser ikun iwassal u jinġabar l-ilma tax-xita?
Response (BORG, IAN)
Dan il-proġett jibda miz-zona ta’ Triq il-Kunċizzjoni u jispiċċa ħdejn Pjazza San Leonardu u l-ispiża preliminari tammonta ghal €1,380,000. Kif diġà kelli l-okkażjoni nispjega meta weġibt mistoqsijiet parlamentari oħrajn li saru mill-istess Onorevoli membru, billi t-triq indikata kienet f’kundizzjoni ħażina ħafna bil-karreġġjati tal-karozzi saħansitra jvarjaw fil-wisgħa u fil-biċċa l-kbira tal-allinjament tat-triq lanqas biss hemm bankini, sar disinn ġdid bil-għan li l-karreġġjati jkunu standard u jinħolqu rotot kontinwi siguri għall-mixi bl-introduzzjoni ta’ bankini fuq iż-żewġ naħat. Għaldaqstant, permezz ta’ dan il-proġett, qed tingħata prijorità lil ħafna persuni li mill-Mosta u lokalitajiet oħrajn viċin imorru bil-mixi lejn l-inħawi ta’ Ta’ Qali.
Minbarra bini ta’ bankini u bini mill-ġdid tat-triq, ix-xogħol jinkludi wkoll tibdil tas-servizzi jew servizzi ġodda taħt l-art għall-ilma, drenaġġ u telekomunikazzjoni, kif ukoll sistema ġdida ta’ water culvert għall-ilma tax-xita. Filwaqt li beda x-xogħol fuq il-water culvert fil-limiti tal-proġett dan imbagħad se jiġi estiż sabiex finalment jitfa’ fil-wied.
Il-pjan minn Infrastructure Malta ma jinkludix biss din it-triq, iżda diversi toroq li hemm fl-inħawi ta’ Ta’ Qali u li fiż-żmien li ġej ukoll ser jitranġaw biex ikunu aktar siguri għal kull min jużahom, filwaqt li jagħtu aktar opportunitajiet għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi. Dan se jkun aktar importanti fid-dawl tal-fatt li fiż-żmien li ġej f’dawn l-inħawi ser ikollna Park Nazzjonali ġdid li qed jiġi żviluppat mill-Gvern f’Ta’ Qali wkoll.
It-triq imsemmija fiha wkoll siġar maturi li kienu prattikament fil-karreġġjata tal-karozzi u li permezz tad-disinn ġdid ser jiġu mħarsa u saħansitra se jinħolqu spazji għal aktar siġar. Fl-inħawi hemm postijiet alternattivi fejn jistgħu jiġu pparkjati vetturi u l-pjan ta’ titjib għal din iz-zona sar bi ftehim mal-Kunsill Lokali u mal-awtoritajiet kollha konċernati, bħala soluzzjoni sostenibbli biex aktar persuni jkunu jistgħu jgawdu dawn l-inħawi f’sigurtà, b’mod partikolari r-residenti Mostin, li bħalissa biex jaslu bil-mixi lejn il-ġonna u faċilitajiet oħrajn f’Ta’ Qali jridu jgħaddu minn toroq perikolużi li ma fihom ebda bankini jew infrastruttura oħra sigura għalihom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn karozzi li jaħdmu bl-elettriku f'Malta fl-aħħar tas-sena 2020? Kemm minnhom huma karozzi tal-passiġġieri u kemm huma ta' natura oħra?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor Interrpellanti jirreferi għal mistoqsija Parlamentari 17973 ta’ Seduta 417.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm jistma li hu l-perċentwal ta' bankini f'Għawdex li jissodisfaw totalment l-Access For All Guidelines? Jista' jagħti wkoll perċentwal għal kull lokalità f'Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ser idum ix-xogħol li huwa preżentement għaddej fi Triq Xrobb l-Għaġin, Marsaxlokk u kemm ser jiġi minfuq fiha?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.
Għawdex – high friction anti-skid surface treatment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta ilha mwaqqfa Infrastructure Malta, kemm-il metru ta’ high friction anti-skid surface treatment saru? Meta u fejn saru fuq it-toroq fil-gżira ta’ Għawdex? Kemm-il metru hu ppjanat li jsir high friction anti-skid surface treatment matul is-sena 2021 ġewwa l-gżira ta' Għawdex biex jonqsu r-riskji ta’ inċidenti u biex inaqqas ir-riskji ta' żlieq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18158, l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija għadha qed tinġabar. Il-mistoqsijiet dwar xogħlijiet fit-toroq ta’ Għawdex għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Public Service Obligation – operat tas-servizz tal-vapur bejn Malta u Għawdex
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17639, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Public Service Obligation li ngħatat fit-30 ta' Settembru 2011 sabiex jiġi operat is-servizz tal-vapur bejn Malta u Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirrefferi għal-mistoqsija Parlamentari 36221 tal-leġislatura 11, Seduta numru 502 tal-ewwel ta’ Ottubri 2012.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Bordijiet - attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17522 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi, iltaqgħu regolarment f’din il-leġiżlatura bil-maġġoranza tal-membri dejjem ikunu preżenti, tant li qatt ma kien hemm problemi biex jintlaħaq kworum.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk culverts li qed isiru fi Triq San Ġorġ Birżebbuġa biex tissolva l-problema li jitla’ l-baħar fit-triq, hux fil-fatt ser isolvu din il-problema jew le peress li l-invert levels (il-qiegħ) tal-culverts ser ikun l-istess għoli tal-livell tal-baħar bil-konsegwenza li meta jkun hemm il-frugħ (tide) dawn il-water culverts ser ikunu mimlija bl-ilma baħar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kemm il-culverts kif ukoll il-livelli ġodda tat-triq ġew iddisnjati biex meta jkun hemm il-frugħ, l-ilma baħar ma jfurx fit-triq.
Peress li ġejt avviċinat minn bosta residenti Mqabbin li x-xogħol ta' pavimentar fil-pjazza tal-istess raħal hemm partijiet minnu li diġà għandu l-madum jiċċaqlaq b'mod speċjali bejn Triq San Bażilju u Triq Santa Katerina, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol riparatorju ser isir u meta ser isir dan ix-xogħol riparatorju? Jista' jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol ta' pavimentar u xogħlijiet oħra anċillari li saru fil-pjazza tal-Mqabba u t-toroq tal-madwar u jekk dan ix-xogħol hux kopert b'performance guarantee u għal kemm tul hija valida din il-garanzija?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li hemm madum tal-lava li jeħtieġ li jerġa’ jitpoġġa fis-sit imsemmi mill-Onorevoli Interpellant kif ukoll fl-inħawi tal-“pedestrian crossing” li hemm bejn Triq il-Madonna tal-Ġilju u Triq Santa Katarina. Ix-xogħol riparatorju meħtieġ f’dawn il-partijiet tal-proġett ser isiru mill-kuntrattur, għas-spejjeż tiegħu, fil-ġranet li gejjin. Il-valur tal-kuntratt għal dan il-proġett kien ta’ 1,782,226.70 Euros (eskluż VAT). Ix -xogħol għadu mhux iċċertifikat kollu minħabba l-imsemmija snags, u l-valur finali tax-xogħol qed jiġi stabbilit bħalissa bit-tħejjija tal-Final Account tal-proġett.
Iva, il-kuntratt hu kopert b’Performance Guarantee (10% tal-valur tal-kuntratt). Din il-garanzija tkun irrilaxxata sa mhux aktar tard minn 30 ġurnata mill-ħruġ tal- Provisional Acceptance Certificate għal dan il-proġett, u f’dak l-istadju tidħol fis-seħħ iż-żamma ta’ 5% Retention Monies tal-valur tal-proġett, li jinżammu għal tul ta’ sentejn sakemm jinħareġ il-Final Acceptance Certificate.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li cycle lanes li kien hemm, hekk kif titla' minn Burmarrad tneħħew u minflok saret linja bajda biex tgħaddi b'rota u li l-ispazju mill-bankina sa din il-linja mhux ta' aktar min 75 ċentimetri, minbarra l-fatt li f'dan li spazju hemm diversi spralli b'periklu għal dawk kollha li jippruvaw jgħaddu bir-rota minn dan l-ispazju? Xi standards ġew applikati biex saret din is-'cycle lane' ġdida, jekk fil-fatt din tista' tiġi ikkunsidrata bhala 'cycle lane'?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan prinċipali ta’ dan l-investiment ta’ €3.5 miljun minn Infrastructure Malta huwa li jnaqqas ir-riskji t’aċċidenti tul din it-triq ta’ 2.5 kilometri u l-konnessjonijiet tagħha ma’ toroq arterjali, residenzjali u rurali fil-viċin. F’diversi partijiet mit-triq u fejn jaqsmu toroq oħrajn minn ġo fiha spiss kienu jseħħu aċċidenti u tul is-snin ġraw diversi ħabtiet li kelllhom konsegwenzi serji, l-iżjed minħabba nuqqas ta’ miżuri li jiskoraġġixxu s-sewqan eċċessiv u li vettura taqbeż oħra. Filwaqt li l-proġett ma kienx jinkludi twessigħ tat-triq biex isiru korsiji ġodda għall-vetturi, il-junctions kollha tul din ir-rotta nbnew mill-ġdid b’disinn għal aktar sigurezza.
Għal dan il-għan, il-proġett jinkludi l-iżvilupp ta’ diversi miżuri ta’ sigurezza fl-ispazju eżistenti tat-triq, bħalma huma crash barriers ġodda bejn il-korsiji f’direzzjonijiet opposti. Qabel it-triq ma kien fiha xejn biex jiġu evitati ħabtiet frontali bejn karozzi li jkunu ġejjin kontra xulxin. L-aġenzija għamlet crash barriers tal-konkos li huma ddisinjati apposta biex inaqqsu r-riskji li vettura tinqaleb jew li jseħħu ħabtiet frontali, u b’hekk jonqsu r-riskji ta’ ferimenti gravi u konsegwenzi oħra. Din is-sistema ta’ crash barriers ċertifikati bil-marka CE intużaw l-ewwel darba fi proġetti oħrajn li saru minn Infrastructure Malta fl-2019.
Infrastructure Malta ifformat ukoll roundabout ġdida għal konnessjonijiet aktar siguri ma’ Triq Tal-Ħmieri u Triq Għajn Rihana biex tiffaċilita l-aċċess b’mod aktar sigur anke lejn inħawi rurali fil-viċin. Minbarra li tiffaċilita b’aktar sigurezza l-konnessjonijiet mat-toroq li jmissu magħha, billi issa hemm il-crash barriers li ma jippermettux li vetturi jaqsmu minn naħa għal oħra tat-triq, ir-roundabout qed tgħin ukoll biex tagħti aċċess aħjar għad-djar, negozji, postijiet tax-xogħol, art agrikola u postijiet oħra li hemm matul l-istess triq. Fl-istess ħin, ir-roundabout innifisha sservi wkoll bħala miżura oħra li tkompli trażżan sewqan eċċessiv mill-vetturi meta jkunu qed joqorbu lejn dan is-salib it-toroq.
Il-proġett kollu kien iddisnjat skont speċifikazzjonijiet internazzjonali u jekk dawk li jkunu għaddejjin minn din it-triq isegwu d-direzzjonijiet tat-tabelli u jsuqu skont ir-regolamenti applikabbli, allura kif ġiet it-triq issa jkunu qed jiżguraw li jkollhom ferm inqas riskju ta’ xi ħabta jew aċċidenti oħra. Ir-roundabout innifisha għandha wkoll diversi miżuri ta’ sigurezza. Fil-fatt, qabel ma toqrob lejn ir-roundabout saru tabelli, sinjali mmarkati fuq l-asfalt, kif ukoll strippi ta’ tumbati baxxi (magħrufin bħala rumble strips) biex iġiegħlu lis-sewwieqa jindunaw li għandhom inaqqsu l-veloċità. Diversi partijiet minn din ir-rotta nksew ukoll b’materjal ta’ frizzjoni għolja (high friction) biex ikompli jnaqqas ir-riskji tal-iskiddjar, u b’hekk it-triq tkun aktar sigura anke għal vetturi kbar. B’hekk, illum it-triq hija ferm aktar sigura milli kienet sa ftit ġimgħat ilu, qabel beda dan il-proġett.
Infrastructure Malta talbet lill-kuntrattur sabiex il-linja tal-ġenb tat-triq titneħħa u minflok terġa’ ssir is-cycle lane bħalma kien hemm qabel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ġibjun li għadu kemm inbena fl-Imqabba ġiex jitlef l-ilma tax-xita li jinġabar ġo fih? Jekk dan ġie jitlef l-ilma, jista’ jgħid jekk ittieħdux il-prekawzjonijiet kollha biex ma tkunx imniġġża l-water table bl-ilma li jipperkola minn dan il-ġibjun għal ġol-blat? X'sistema ta' 'water filtering' ġiet adottata? Jista' jgħid kemm ġie jiswa dan il-proġett?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li l-ġibjun inbena bħala 'soakaway' biex jippermetti li l-ilma jkun jista’ jipperkola ‘l isfel fis-saffi tal-blat. Il-blat fil-post huwa tipikament intatt u ftit li xejn fih ‘fissures’, u għalhekk saru diversi 'boreholes' fil-qiegħ tal-ġibjun. Il-fond tal-'boreholes' huwa bejn wieħed u ieħor terz tad-distanza bejn il-livell tal-qiegħ tal-ġibjun u l-livell tal-water table, skont ir-rakkomandazzjoni mill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi. Dan isir apposta biex tassigura filtrazzjoni adegwata u biex l-ilma li jasal fil-water table jkun ippurifikat.
Barra minn hekk, il-ġibjun ser jimtela b'sistema ta' ġbir tal-ilma tax-xita diġà installata f'diversi toroq ġewwa l-Imqabba, li jibdew minn ħdejn il-Knisja Parrokjali. Din is-sistema hija magħmula minn 'gutters' u 'manholes' fejn l-ilma jibda jiġi ffiltrat permezz ta' sumps qabel ikompli ġol-pipijiet u finalment ġol-ġibjun. Hekk kif l-ilma jidħol ġol-ġibjun f'żewġ punti differenti, ser ikun qed jgħaddi minn 'sump' kbir biex jinġabar iktar ħmieġ li seta’ inqabad mal-ilma tax-xita miġbur.
Finalment, il-'boreholes' għandhom forma ta 'sump' ieħor mimli żrar imħallat ta' qisien differenti u protett b' 'geotextile' biex jassigura li jekk xi ħmieġ ma jinqabadx fl-ewwel u t-tieni stadju ta' filtrazzjoni, dan ma jibqax sejjer fil-'boreholes'. Dan huwa metodu ta' konstruzzjoni ta’ kif l-ilma tax-xita jiġi ffiltratt u jintuża biex iżid l-ilma tal-pjan. Din is-sistema tintuża f'diversi pajjiżi barra minn Malta u hija waħda mill-miżuri tal-metodi sostenibbli għall-ġbir tal-ilma tax-xita (Sustainable Urban Drainage System).
Huwa maħsub ukoll li parti mill-ilma li jinġabar f’dan il-ġibjun ser jintuża mill-bdiewa tal-inħawi għat-tisqija tal-għelieqi tagħhom. Fil-fatt ser tiġi installata sistema ta’ pompa u pajpijiet biex l-imsemmija bdiewa jkollhom aċċess għal dan l-ilma. L-arranġament biex il-bdiewa jkollhom dan l-aċċess ser jiġi kkordinat mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba.
Il-valur tal-kuntratt li ngħata biex jinbena dan il-ġibjun hu ta’ 1,502,748.13 Euros (eskluż VAT). Ix-xogħol għadu għaddej u l-valur finali tal-progett jiġi stabbilit meta jitlesta x-xogħol kollu.
Parkeġġ ta' ħdejn il-Freeport — sular għar-residenti ta' Birżebbuġa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-parkeġġ ta' maġenb il-Freeport, li żewġ sulari minnu ser ikunu jistgħu jintużaw mill-pubbliku, jistax ikollu sular minnhom riservat għar-residenti ta' Birżebbuġa bla ħlas?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.
Mezzi ta’ Trasport elettriċi, pubbliċi jew privati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17708 u jgħid kemm hemm mezzi ta' trasport elettriċi, pubbliċi jew privati, li jiċċirkolaw fit-toroq Maltin sal-jum li fih tiġi mwieġba din id-domanda? Peress li dawn il-mezzi jaħdmu b'mod silenzjuż, jista' jgħid xi prekawzjonijiet ħa jew qed jieħu biex dawn il-mezzi ta' trasport ma jkunux ta' xkiel jew periklu għall-persuni neqsin mid-dawl mexjin fit-triq minħabba li kif inhu ovvju ma jistgħux jisimgħu l-ħoss tagħhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa ‘ l-aħħar ta’ Novembru 2020 kien hawn dawn il-mezzi ta’ transport li jaħdmu bl-elettriku.
Għamla
Ammont
Vetturi li jahdmu bl-elettriku
3,099
Muturi li jahdmu bl-eletriku
421
Pedelecs
104
Escooter
182
Moped
811
Vetturi Plug In hybrid
683
Fir-rigward ta’ xi prekawzjonijiet li qegħdin jittieħdu sabiex dawn il-mezzi ta' trasport ma jkunux ta' xkiel jew periklu għall-persuni neqsin mid-dawl waqt li jkunu mexjin fit-triq jiena ninsab infurmat li hemm obbligu fuq il-manifatturi ta’ dawn it-tipi ta’ vetturi li jiġu mgħammra b’ħoss artifiċjali magħruf bħala Acoustic Vehicle Alert Systems (AVAS) u dan sa Lulju 2021. B’dan il-mezz il-vetturi jkunu jridu jagħmlu ħoss meta dawn it-tip ta’ vetturi jkunu qegħdin jinstaqu b’veloċita ta’ anqas min 20 km/h, jew meta tkun qiegħed tirriversja l-vettura.