Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birżebbuġa — Triq tal-Ġebel - xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 771 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol fi Triq tal-Ġebel f'Birżebbuġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, Triq il-Ġebel hija triq rurali li tifforma parti mill-applikazzjoni ta’ Transport Malta li ġiet sottomessa għall-fondi Ewropej fuq toroq rurali u li tinstab fi stadju ta’ proċess biex eventwalment jibdew il-preparamenti għax-xogħlijiet meħtieġa.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — position of Trust

Question

Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (BORG, IAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti kollha tax-xogħol tal-persons of trust u tal-positions of trust ġew fi tmiemhom hekk kif ġiet fi tmiemha l-leġizlatura li għaddiet u bħal issa għaddej il-proċess biex jigu stabbiliti kuntratti tax-xogħol ġodda.

Awtorità tal-Ippjanar – azzjoni biex titneħħa struttura tal-ħadid u electronic billboard

Question

Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni għalfejn l-Awtorità tal-Ippjanar naqset milli tieħu azzjoni diretta biex titneħħa struttura tal-ħadid u electronic billboard li jinsabu installati quddiem kumpless li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u dan minkejja li l-istess Awtorità tal-Ippjanar ċaħdet applikazzjoni biex dan l-iżvilupp illegali jiġi sanzjonat u ħarġet avviż ta' infurzar li għandu n-numru ta' referenza EC/00340/13?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Heritage Buses

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-Gvern, tramite Transport Malta, li jingħataw liċenzji lil dawk li qed jissejħu Heritage Buses? Hemm ħsieb ta’ kemm se jingħataw minn dawn il-liċenzji lil Heritage Buses? Jista’ jgħid jekk sarx xi studju dwar il-ħtieġa ta' dawn il-liċenzji u jista’ jgħid jekk tali studju indikax kemm hemm bżonn minn dawn l-liċenzji għas-suq Malti u Għawdxi? Jekk se tingħata konċessjoni għal tali liċenzji, jista’ jgħid għal kemm-il sena se tkun din il-konċessjoni? Jekk se tingħata liċenzja lil dawn il-Heritage Buses, dawk il-buses li kienu ħadu s-somma biex jirtiraw mil-linja, se jkunu qed jintalbu biex jagħtu s-somma lura, f'każ li jingħataw l-liċenzja biex joperaw mill-ġdid?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Trasport Pubbliku — trips nieqsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li nhar it-3 ta' Ġunju kien hemm 121 trip nieqsa tal-karozzi tal-linja mir-rotot madwar Malta? Jista’ jikkonferma jekk kienx hemm 11-il karozza tal-linja li kellhom joperaw bla arja kundizzjonata? Jista’ jgħid ukoll jekk hux minnu li kien hemm każi fejn passiġġiera niżlu minn fuq dawn il-karozzi tal-linja? X'passi se jittieħdu fil-konfront tal-operatur fuq dawn in-nuqqasijiet fis-servizz tat-trasport pubbliku?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Trasport, Infrasturttura u Proġetti Kapitali — sponsorships

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' sponsorships li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema sponsorshipsqiegħed jirreferi.

St. Andrews – traffic lights mitfija

Question

Jista’ l-Ministru jara li t-traffic lights li ġew installati fit-triq prinċipali ta’ St. Andrews jibdew jinxtegħlu, peress li qed jesponu lill-pedestrian u lis-sewwieq għal periklu bla bżonn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-traffic lights msemmija kienu temporanjament bil-ħsara għal perjodu ta’ ftit sigħat nhar is-6 ta’ Lulju. Din il-ħsara ġiet indirizzata u dawn il-lights reġgħu ġew mixugħla.

Awtorità tal-Artijiet – Senior Manager – żieda fis-salarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda fis-salarji ta’ dawk kollha li nħatru Senior Managers fl-Awtorità tal-Artijiet meta kkumparat mas-salarju li kellhom qabel? Jista’ jagħti dan għal kull każ rispettivament?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Swieqi — Wied Għomor u Wied id-Dis - livell ta' protezzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema livell ta’ protezzjoni hemm għal Wied Għomor u Wied id-Dis fis-Swieqi? Hemm xi pjanijiet ta’ tibdil hekk kif qiegħda fin-North Harbour Local Plan? Dan qed jirrefletti fil-GeoServer? U jekk din hija ODZ, allura jista’ jgħid jekk dan kollu huwiex żball, u hemmx xi korrezzjoni fil-ġejjieni?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Triq il-Qajjenza — xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 558 u ċjoè: Jista' l-Ministru jagħti data meta x-xogħol fuq Triq il-Qajjenza ser ikun komplut?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-kuntratt iffirmat, il-kuntrattur għandu jlesti x-xogħlijiet fuq triq il-Qajjenza sal-aħħar ta’ Novembru 2017. Ix-xogħlijiet tal-finishes li huma fl-inkarigu tal-Public Works jibdew wara u mistennija jkunu lesti fi zmien ħmistax-il ġimgħa.

Żurrieq — Vjal ix-Xarolla - Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 557 u ċjoè: Jista' l-Ministru jagħti data meta ser ikun lest ix-xogħol fuq Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-kuntratt iffirmat, il-kuntrattur għandu jlesti x-xogħlijiet fuq Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq sal-aħħar t’Awwissu 2017.

Birżebbuġa, Żurrieq, Ħal Safi, Qrendi, Imqabba, Ħal Kirkop u Ħal Farruġ – toroq rurali — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema huma t-toroq rurali li hemm ippjanat li jsiru matul dawn it-tnax-il xahar li ġejjin fil-lokalitajiet ta' Birżebbuġa, Żurrieq, Ħal Safi, Qrendi, Mqabba, Ħal Kirkop u Ħal Farruġ?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.