Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14046 u jagħi breakdown staġun bi staġun ta' kemm kienet iċ-ċifra globali tal-fuel li ntuża fil-biċċerija matul l-2009 rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li matul l-2009 iċ-ċifri globali tal-fuel li ntuża fil-biċċerija staġun bi staġun kienu kif ġej:
Jannar –Marzu
€ 11,951
April – Ġunju
€ 12,401
Lulju – Settembru
€ 10,822
Ottubru – Diċembru
€ 18,090
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14302 u 14005 u jgħid kemm-il spezzjoni saret mit-tobba veterinarji fuq l-irziezet f'Malta u Għawdex separatament matul l-2009, rispettivament? F’kemm minn dawn l-ispezzjonijiet instab li kien hemm xi negliġenzi ta' moħqrija tal-annimali u/jew tjur? X'passi ttieħdu u kemm tressqu persuni l-Qorti u/jew weħlu multi abbażi tan-nuqqasijiet li kkommettew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li matul l-2009 saru numru ta’ spezzjonijiet skont kif ġej:
Irziezet tal-Baqar għall-ħalib :
· Għal raġunijiet ta’ saħħa:
Malta:
358
Għawdex:
210
· Għal raġunijiet ta’ Iġene tal-ħalib 120
· Għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-baqar: 169
Kontemporanjament saru wkoll spezzjonijiet dwar il-welfare tal-għoġġiela tal-ħalib.
Irziezet tal-Fniek u Slaughter House / antemortem: 11
Irziezet tat-Tiġieġ tal-bajd:
Malta:
44
Għawdex:
6
Kull produttur tat-tiġieġ tal-bajd tnaqqaslu n-numru ta’ tiġieġ li jista’ jżomm f’kull gaġġa biex numru tat-tiġieġ jkun skond il-kriterji. Barra minn hekk kull produttur permezz ta’ orrispondenza ġie mgħarraf bin-nuqqasijiet li nstabu fir-razzett, biex dawn jiġu ndirizzati. Saru wkoll spezzjonijiet oħra kull meta xi wieħed minn dawn il-produtturi xtaq ikabbar il-produzzjoni tiegħu.
Irziezet tal-Majjali
Matul is-sena 2009 saru 1174-il spezzjoni f’irziezet tal-majjali bl-iskop ta’ identifikazzjoni tal-majjali filwaqt li 17-il spezzjoni saru speċifikament dwar negliġenzi ta' moħqrija tal-annimali. Ma rriżultax li kien hemm irregolaritajiet kbar iżda 4 produtturi nħarġitilhom ittra biex jkunu indirizzati ċerti nuqqasijiet u jirregolaw irwieħhom mal-liġi.
Hemm numru ta’ każi l-qorti li jirrigwardaw żamma mhux xierqa ta’ żwiemel u annimali oħra tal-wens bħal klieb u qtates.
Boroż grizi għal skart li jinġabar nhar ta' Tlieta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex sodisfatt bir-rispons tan-nies li jużaw il-boroż griżi li huma magħrufin għall-iskart magħżul li jinġabar nhar ta' Tlieta? Kemm inġabar komplessivament fl-2009? Minn liema belt jew raħal inġabar l-aktar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, iva, nistab sodisfatt bir-rizultati miksuba sa llum għax fi żmien relattivament qasir minn meta mbeda dan il-ġbir u proċessar, kellna rispons qawwi mill-pubbliku. Matul l-2009 inġabar total ta' 6,703.76 tunnellati. Il-lokalità minn fejn matul l-2009 inġabret l-akbar ammont ta’ skart separat bil-borża l-griża kienet Birkirkara.
Dan ma jfissirx li ħa nieqfu hawn iżda għall-kuntrarju jħeġġiġni ħalli nkomplu nżidu aktar il-kontribut biex inħarsu dejjem aħjar l-ambjent taghna.
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant fir-reżistanza qawwija li kellna biex niżviluppaw l-impjant ta’ Sant’ Antnin. Iż-żmien wera li kellna raġun għax minkejja din ir-reżistenza, eventwalment stajna naraw l-impjant ta' Sant' Antnin jiffunzjona. Dan l-impjant wera kemm huwa essenzjali biex seta' jagħmilha possibbli li jkun ipproċessat dan it-tip ta’ skart u verament nistgħu nitkellmu dwar riċiklaġġ.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex l-ammonti ta' flus mogħtija lill-bdiewa taħt l-iskema Żona Żvantaġġjati għas-sena 2006 ġew mnaqqsa? Jista' jgħid għaliex ma ngħatatx spjegazzjoni dettaljata diretta fl-ittra mibgħuta lill-bdiewa għal xiex kien it-tnaqqis tal-flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Wara eżerċizzju ta’ verifika li sar mill-Kummissjoni Ewropea fuq l-iskema żona żvantaġġjati għas-sena 2006, il-Kummissjoni infurmat lill-Awtoritajiet Maltin li minħabba li l-interpretazzjoni tal-kriterji applikabbli ma kinitx eżattament korretta, il-bdiewa tħallsu aktar milli suppost. Konsegwenza ta’ dan, Malta kellha tirrepeti il-kontrolli skond interpretazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea fuq l-iskema ta’ żoni żvantaġġjati għas-sena 2006, terġa taħdem il-pagamenti u tirkupra id-differenza ta’ flejjes li tħalsu żejda.
Fl-ittra li ntbagħtet lill-bdiewa ma ngħatax id-dettal neċessarju, minħabba li kien diffiċli li wieħed jagħti r-raġuni individwali għalfejn tnaqqas il-pagament mingħajr ma jkun hemm dewmien sostanzjali sabiex ssir din il-korrezzjoni. Però fl-istess waqt il-bdiewa ngħataw il-possibiltà li jitolbu informazzjoni dettaljata dwar kif l-Aġenzjia għall-Pagamenti waslet għal konklużjoni li rriżultat fi tnaqqis mill-pagament f’din l-iskema. Diġà qed isiru preparamenti biex fil-ġimgħat li ġejjin il-bdiewa jingħatawlhom fuq bażi ndividwali aktar dettalji dwar ir-raġuni tat-tnaqqis u informazzjoni dwar l-għelieqi li fuqhom saret applikazzjoni skorretta.
Fondi tal-Unjoni Ewropea — għajnuna lir-raħħala u bdiewa
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-għajnuna mill-fondi tal-Unjoni Ewropea li ingħatat lill-bdiewa u lir-raħħala għas-sena 2006 qiegħda terġa' tintalab mid-dipartiment?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-ewwel parti tat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15189
Partijiet tal-Imdina li qegħdin iċedu minħabba raġunijiet ġeoloġiċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema partijiet tal-Imdina qed iċedu minħabba raġunijiet ġeoloġiċi u x'qed jagħmel il-Gvern biex jara li dawn ma jibqgħux iċedu bir-rata li qed iċedu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninstab infurmat li fl-Mdina hemm tliet postijiet li ġew identifikati fejn hemm problemi ta’ natura ġeoloġika:
· iż-żona ta’ taħt il-Palazz ta’ Vilhena
· il-Bastjun ta’ Despuig u
· l-Magazine Curtain.
Bħalissa għaddej xogħol ta’ konsolidament fis-swar ta’ taħt il-Palazz ta’ Vilhena; liema xogħol qed isir permezz ta’ ko-finanzjament mill-fondi ERDF 2007-2013. Preżentement qed isiru l-investigazzjonijiet fuq iż-żewġ żoni l-oħra biex iwasslu ghat-tfassil ta’ proġetti ta’ tisħiħ li huma pjanati li jittwettqu bejn l-2011 u l-2012.
Ta’ min ifakkar ukoll li fl-2009 intemm proġett pilota ta’ konsolidament tas-swar taħt Misraħ il Kunsill liema progett sar b’ko-finanzjament mill- EEA.
Jista' l-Ministru jispjega l-istruttura organizzattiva tal-entità governattiva (jew entitajiet jekk hemm iktar minn waħda) li qed tieħu ħsieb ir-restawr tal-fortifikazzjonijiet, bl-ismijiet u l-karigi ta' kull membru fl-organigram (organisation chart)?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, permezz tat-Taqsima tar-Restawr, għandha parti mir-responsabbiltà tar-restawr u manutenzjoni tas-swar. Filwaqt li parti mix-xogħol isir direttament minn ħaddiema tat-Taqsima, xogħol ieħor isir wara li jinħargu sejħiet għall-offerti mill-privat. It-Taqsima hi bħalissa ukoll responsabbli mill-proġett ko-finanzjat minn fondi ERDF 2007-2013 li permezz tiegħu qed isir restawr estensiv fuq il-fortifikazzjonijiet tal-Belt, Birgu, l-Imdina u ċ-Ċittadella.
Ta’ min jgħid li hemm ukoll entitajiet oħra li ma jaqgħux taħt id-dekasteru ta’ dan il-Ministeru li ukoll għandhom responsabiltajiet ta’ restawr ta’ fortifikazzjonijiet. Għaldaqstant mhux possibbli li ngħati l-organigram tal-persuni li qed jieħdu ħsieb ix-xogħol ta' restawr u manutenzjoni tas-swar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-passi li se jittieħdu jew li qed jittieħdu bħalissa min-naħa tal-Gvern biex tiġi kkontrollata l-problema tat-tuta absoluta? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux qed jissemma xi tip ta' bexx partikolari biex tiġi kkontrollata din il-problema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru diġa fassal u ser iwettaq pjan nazzjonali sabiex tiġi ikkontrollata il-problema li t-Tuta Absoluta qed tikkawza fuq it-tadam. Dan il-pjan jinkludi mass trap monitoring, trapping u enforcement fuq dawk il-bdiewa li ma jimxux ma dan il-pjan. Diġà inħargu ukoll tliet avviżi legali kif ġej:
· Linji Gwida/istruzzjonijiet lill-produtturi għall-kontroll u konteniment tat-Tuta absoluta (Nru 232)
· Miżuri ta' infurzar stabbiliti uq zoni kkultivati bit-tadam għall-kontroll tat-Tuta absoluta (Nru 233)
· Linji Gwida għar-rappreżentanti tal-Produtturi għall kontroll tat-Tuta absoluta. (Nru 234)
Inħarġu ukol tlett sejħiet għal Espressjoni ta’ Interesson għall-monitorġġ, xiri ta' fermoni u infurzar u bħal issa dawn qiegħdin fi stadju ta’ evalutazzjoni. Il-Gvern ser jonfoq madwar 350,000 Ewro biex jgħin fit-twettieq ta' dan il-pjan nazzjonali għall-benefiċċju tal-bdiewa.
Id-Dipartiment qiegħed ukoll jagħmel kampanja ta’ informazzjoni. Ġew diġa organizzati numru ta’ laqgħat ta' informazzjoni, kif ukoll kienu mqassma leaflets fuq il-kontroll ta’ dan l-insett. Is-suċċess ta' dan il-pjan jiddependi totalment fuq il-kontribut ta' kulħadd. Għalhekk biex jgħin fit-tixrid ta' l-informazzjoni, dan it-tagħrif tpoġġa fuq is-sit elektroniku tal-Ministeru.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' ġonna li qed jaħdem fuqhom bħalissa biex jiġu mibnija, jew li qed jinbnew mill-Ministeru, jew flimkien mal-Ministeru bħalissa? Fejn jinsabu dawn il-ġonna pubbliċi li qed jinbnew bħalissa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-proġetti ta’ ġonna pubbliċi inklużi fil-programm
ta’ dan il-Ministeru għax-xhur u snin li ġejjin jammontaw għal erbagħtax u huma kif ġejin:
· Baħar iċ-Ċaghaq - Triq l-Arzella
· Bormla - Triq San Ġwann
· Delimara - Park Nazzjonali
· Delimara - Xorb l-Għagin
· Floriana - Triq l-Indipendenza (Pinetum)
· Marsa - Spencer Hill
· Pembroke - Triq Sant’ Andrija
· Pieta - Triq Marina
· Salinii - l-estensjoni tal-Park tas-Salini
· San Ġwann - Triq l-Istefanotis
· Sliema -Triq Qui-si-Sana
· Swieqi - Triq il-Keffa
· Ta' Qali - l-estensjoni tal-Park Nazzjonali
· Nadur - Il-Barriera ta' Isopu (flimkien mal-Ministeru ta' Għawdex)
Il-Ministeru ser jgħin ukoll fl-iżvilupp ta’ ġnien pubbliku fil-Melllieħa mill-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li hemm referenza għalihom fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13688 tal-konsulenti Lahmeyer International?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġibiet mgħotija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 13557 u 13795.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown xahar b'xahar tal-livelli tan-nitrati li nstabu fl-ilma ta' taħt l-art (tal-pjan u ta' fuq it-tafal) matul is-sena 2009 f'Malta u Għawdex separatament?
Jista' wkoll jindika:
(i) liema minn dawn l-ilmijiet ta' taħt l-art jaqbżu l-limiti stabbiliti mill-Unjoni Ewropea għan-nitrati fl-ilma u b'kemm dan il-limitu qed jinqabeż?
(ii) xi pjanijiet għandu l-Gvern sabiex jiżgura li l-livelli tan-nitrati f'dawn l-ilmijiet jonqsu sabiex jilħqu l-livelli rikjesti mill-Unjoni Ewropea?
(iii) jekk hemmx xi deadlines li joħorġu mid-Direttivi tal-Unjoni Ewropea dwar meta dawn il-livelli jridu jintlaħqu?
(iv) x'impatt ikun hemm fuq il-biedja Maltija jekk dawn il-livelli ma jintlaħqux fiż-żmenijiet rikjesti mill-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabar skart mill-bring-in sites fl-2009 maqsumin fi ħġieġ, karta, metall u plastik? F'liema belt jew raħal l-aktar li nġabar? Jista' jgħid ukoll f'liema lokalitajiet żdiedu jew naqsu l-bring-in sites matul l-istess żmien? Kemm hemm bring-in sites fiż-żoni industrijali? Jista' jagħti lista ta' fejn qegħdin dawn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ skart li nġabar mill-Bring-In Sites matul l-2009 kien kif ġej:
Ħġieġ 1155.19 tunnellati
Karta/Kartun 1240.21 tunnellati
Metall 240.26 tunnellati
Plastik 606.82 tunnellati
L-iskart mill-Bring-In Sites jiġi miġbur minn diversi lokalitajiet f’daqqa, għaldaqstant ma jexistux figuri separati għall-kull belt jew raħal. Matul dan il-perjodu, il-WasteServ żiedet żewġ siti (Mellieha u Qawra), u tneħħew tliet siti (Ħal Qormi, Mosta u Paceville – Pender Place). F’żoni industrijali għandna Bring-In Site waħda, li qiegħda fi Triq in-Negozju, Ħal Qormi, fejn hemm iż-żona industrijali ta' l-iMrieħel.
Dan iġib it-total tan-numru ta' Bring-In Sites għal mitejn wieħed u erbgħin (241). Għad-dettalji ta' informazzjoni dwar l-ibliet u rħula fejn jinstabu, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 11839.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru u ġew reċiklati tunnellati ta' fliexken tal-plastik bejn Jannar u Settembru 2009? Jaf li ftit passi 'il bogħod ġewwa Sqallija għadhom jintużaw kemm il-basktijiet tal-plastik għal kull ħaġa li tixtri u kif ukoll il-flixken tal-ħġieġ meta tmur tixrob luminata f'xi ħanut? Jista' jgħid jekk il-pożizzjoni ta' Malta li nagħmlu użu minn fliexken tal-plastik tistax tiġi riveduta u evalwata sabiex naraw jekk jaqblilniex bħala pajjiż mil-lat ambjentali nkomplu nużaw din is-sistema jew nagħmlu użu minn xi sistema oħra? Jekk sar xi studju dwar dan, jista' l-Ministru jippubblika dan l-istudju?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li sa l-aħħar ta' Settembru 2009 inġabru u ġew riċiklati 570 tunnellata ta' fliexken tal-plastik. Ninforma l-Onorevoli Membru li peress li Malta illum tħadda suq ħieles l-użu tal- fliexken tal-ħġieġ mhux prerogattiva tal-Gvern. Il-produttur għandu l-libertà kollha li jagħmel użu mill-materjal li jrid hu biex jippakkeġġja l-prodott tiegħu.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Salarji u kundizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Arrarijiet Rurali — saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu mill-Ministeru biex tiġi promossa s-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Unit tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (Occupational Health & Safety Unit) li jagħmel parti mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali matul is-sena li għaddiet għamel 188 ispezzjoni u investiga 95 fil-mija ta’ ilmenti li tressqulu. Barra minhekk kienu organizzati 10 korsijiet ta’ taħriġ li kienu jkopru temi ġenerali bħal First Aid kif wkoll temi partikolari fit-tħaddim ta’ impjant bħal krejnijiet, Elevated Platforms, Grass cutters u oħrajn. Ta’ min jgħid ukoll li il-kumitat tar-rappreżentanti tas-Saħħa u Sigurtà pejodikament kull tlett xhur żamm laqgħat biex ikunu diskussi problemi u lmenti minn kull parti filwaqt li jittieħdu d-deċiżżjonjiet mehtieġa.
Wara taħriġ fuq Risk Assessment, il-Unit tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol nieda proġett għal evalutazzjoni ta’ riskju (Risk Assessment) fi tliet areas: Il-Lift Section MSD (Marsa), l-Għammieri, u l-Biċċerija.
Regolarment il-ħaddiema jinħarġu bl-ilbies/apparat ta’ safety skont il-ħtieġa u natura tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parmalentari 13448 u jgħid kemm ġie jiswa l-impjant tal-inċineratur tal-Marsa biex jiġi stallat?
Kemm intnefqu flus fuq ir-
retrofitting tiegħu
?
Kemm kienu l-
operational costs
tiegħu sa mill-i
start up
sal-lum sena b’sena, inkluż il-perjodu qabel ma ġie
fully commissioned
?
Kemm-il tunnellata skart ġie inċinerat?
Kemm kien hemm waqfien tal-impjant li ma kienx skedat u ppjanat bil-quddiem?
Kemm-il darba twaqqaf l-impjant għall-manteniment mill-bidu tiegħu sal-lum?
Jista' jagħti
breakdown
dettaljat dwar kemm ġie proċessat skart mill-biċċerija, skart kliniku u skart kimiku f’termini ta’ volumi sena b’sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13615, 13089 u 12775 u 12323 u jgħid kemm mill-irziezet f'pajjiżna huma compliant mal-Food Security and Safety Regulations tal-Unjoni Ewropea? X'għajnuna qed jagħti l-Gvern biex jgħinhom jagħmlu l-investimenti meħtieġa sabiex jiġu compliant? Kemm minn dawn il-farms ġew mibdula għall-użu ieħor? X'se jiġri minn dawn l-irżieżet meta l-għajnuna finanzjarja diretta tieqaf fi tmiem is-sena d-dieħla? Jista' jikkonferma li f'żoni bħall-Magħtab hemm tmienja biss minn 24 razzett li għadhom joperaw bħala irżieżer u li ħafna minn dawn jinsabu f'qagħda ħażina ferm? Ma jaħsibx il-Ministru li dawn għandhom jitħallew ikomplu joperaw minħabba l-kundizzjonijiet li jinsabu fihom? X'garanzija għandu l-konsumatur li l-Gvern qed ipoġġi l-interessi u l-kunsiderazzjonijiet tal-istess konsumaturi dwar il-food security and safety l-ewwel u qabel kollox?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Call for application għall-Health and Safety Officer
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-call for applications għall-Health and Safety Officer fi ħdan id-dipartiment tal-Works Division fil-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali? Jaf li dawn il-call for applications ilhom biex joħorġu xhur twal? Jaf li hemm ħaddiema li anke għamlu l-korsijiet ta' Diploma in Occupational Health and Safety u li allura qed jagħmlu xogħol inferjuri għal dak li studjaw għalih?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Dan il-Ministeru għandu l-ħsieb li joħroġ għadd ta’ sejħiet għal diversi gradi fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, fost dawn hemm xi postijiet fil-gradi ta’ Health and Safety. Minkejja li hemm dipartiment tal-Health and Safety f’Ministeru ieħor, dan il-Ministeru dejjem ħass il-ħtieġa li jkollu Unit tiegħu. Minbarra dan, iħajjar ħaddiema biex jagħmlu taħriġ f’dan il-qasam. Dawn il-ħaddiema ikunu eliġibbli għal Qualification Allowance skont ma hu provdut fil-Public Service Management Code. Fil-fatt f’dan il-Ministeru hemm xi uffiċjali li minkejja li m'għandhomx il-grad ta’ Health and Safety Officer qegħdin jagħmlu xogħol relatat ma’ Health and Safety u qed jieħdu din l-allowance.