Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5174 u jgħid għaliex ilhom bosta xhur ma jsiru korsijiet ta' taħriġ fiċ-Ċentru tax-Xogħol u Taħriġ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni ħarrget aktar minn 6,800 persuna bejn Ottubru 2007 u Diċembru 2008. Lejn l-aħħar tas-sena 2008, l-Korporazzjoni kienet qiegħda f’kuntatti mad-Dipartiment tal-Kuntratti biex tipprepara biex toħrog sejħiet għal persuni biex jipprovdu s-servizzi ta’ taħrig tagħhom lill-ETC. Il-Korporazzjoni dalwaqt toħrog dawn is-sejħiet u tkun tista’ tibda numru ta’ skemi u korsijiet ta’ taħriġ li ser ikunu ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew.
Awtorità tad-Djar — postijiet li jkunu suġġett ta' konvenju
Question
Jista' l-Ministru jara l-Awtorità tad-Djar tagħmel tajjeb hija bħala garanzija għal dawk il-postijiet li jkunu suġġetti ta' konvenju ta' trasferiment fejn jiġi skopert li b'nuqqas min-naħa tal-Awtorità, ma jkunx għadu ġie finalizzat il-kuntratt oriġinali u b'hekk il-prospective buyer ma jkunx jista' jiġi onorat b'loan minn banek lokali? Jara l-Gvern li din hija inġustizzja kontinwa li għandha tieqaf minnufih, billi l-istess Awtorità tagħmel garanzija mal-istess bank għal dan in-nuqqas?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4819 peress li l-applikant qed jgħid li fl-ebda ħin l-Awtorità tad-Djar ma reġgħet talbet dokumenti oħra biex jiġu sottomessi, b'riżultat li l-persuna b'diżabilità qed tħossha diskriminata mill-istess Awtorità, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ irċeviet id-dokumenti kollha relatati mar-riċerki u dawn qegħdin jiġu wkoll ivverifikati pero’ jidher li hemm bżonn xi dokumenti oħra għall-aktar verifika w għalhekk l-applikanti ntalbu jibgħatu dawn id-dokumenti. Hekk kif dawn id-dokumenti jiġu sottomessi l-Awtorita’ tad-Djar tkun tista tkompli bl-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni.
Ħaddiema paramediċi, nurses u professjonali — Salarji basiċi u allowances
Question
Jista' l-Ministru jagħti figuri ta' kemm għandhom salarji basiċi u allowances il-ħaddiema paramediċi, nurses u professjonali li jaħdmu miegħu? Jista' jgħid kemm għandu ħaddiema u professjonisti f'kull skala ta' salarji?
Single parents bi tfal bi bżonnijiet speċjali — permess speċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistiex permess speċjali għal single parents bi tfal bi bżonnijiet speċjali meta dawn imorru jiġbru l-pilloli mill-ispiżerija tal-gvern? Liema permess jagħti faċilità lil dawn il-ġenituri jqabbżu l-kju li jkun hemm fl-ispiżerija?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li persuni bi bżonnijiet speċjali jkollhom fil-pussess tagħhom karta ta' l-identita' safra maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita (KNPD). Din il-karta ta' l-identita' tinħareġ lill-persuni bi bżonnijiet speċjali u mhux lill-ommijiet jew missierijiet tal-persuna konċernata, irrispettivament jekk dawn humiex single parents.
Informat ukoll li b'din il-karta ta' l-identita' il-persuna konċernata tkun intitolata' biex tinqeda minn special queue meta tiġi tiġbor xi pilloli mill-ispiżeriji tal-gvern u ma toqgħodx tistenna fil-queue normali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm x'inhu n-numru ta' ambulanzi li għandu l-gvern għad-dispożizzjoni tiegħu? Kemm huwa n-numru idejali li jaħseb li għandu jkollu? Kemm ġew jiswew flus biex inżammet kull vettura bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? Fejn normalment jiġu stazzjonati dawn il-vetturi? Jekk huwiex veru li l-pazjenti jridu jħallsu xi flus biex jieħdu servizz ta' trasport bl-ambulanza?
Response (DALLI, JOHN)
Id-Diviżjoni tas-Saħħa għandha għad-dispożizzjoni tagħha 16 il-Ambulanza. Waħda minn dawn l-ambulanzi ġiet ikkonvertita għal van li jġorr il-mejtin. In-numru idejali ta' kemm għandu jkollu l-gvern għad-dispożizzjoni qed jiġi stabbilit. Bħalissa qiegħed isir studju f'dan ir-rigward. L-ambulanzi huma stazzjonati hekk : 7 jaħdmu 24 siegħa kuljum u jinsabu fit-taqsima ta’ l-Emerġenza tal-iSptar Mater Dei, u 9 oħra li joperaw mill-garage ta’ G'Mangia.
Informat ukoll li ma jsir l-ebda ħlas biex il-pazjenti jagħmlu użu mill-ambulanzi, kemm dawk ta' Sptar Mater Dei, kif ukoll dawk tal-garage ta’ G'Mangia. Is-servizz kollu jingħata bla ħlas.
L-ispiża sabiex kull ambulanza nżammet f’kundizzjoni tajba bejn Jannar u Dicembru 2007 kienet hekk :
GVH - 096 - xejn
GVH - 097 - xejn
GVH - 098 - xejn
GVN - 468 - LM2556.77c
GVN - 469 - LM3418.23c
GVN - 470 - LM2985.41c
GVN - 471 - LM4735.26c
GVN - 036 - LM1743.12c
GVN - 038 - LM1997.57c
GVN - 232 - LM1923.55c
GVN - 233 - LM2099.37c
GVN - 234 - LM1667.00c
GVN - 380 –LM 691.79c
GVN - 381 –LM 957.91c
GVN - 382 - LM1205.30c
GVN - 386 –LM 495.14c
Residenti li jħallsu huma għall-lift ġewwa flat tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid teżistix xi tip ta' għajununa speċjali għal dawk ir-residenti li jiddeċiedu li jħallsu huma biex jagħmlu lift ġewwa flat tal-Gvern? Jekk teżistix xi help line fejn dawn il-persuni li jkunu jridu jagħmlu dan jistgħu jċemplu fuqu? Jekk jeżistux kundizzjonijiet għal dawk li jibbenefikaw minn għajnuna u għal dawk li ma jistgħux jibbenefikaw minn din l-istess għajnuna?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Awtoritá preżentament tilqa’ applikazzjonijiet minn residenti fi Blokki tal-Gvern, għall-installar ta’ liftijiet fil-partijiet komuni tal-blokk. L-Awtorita’ taghmel evalwazzjoni biex tikkonfirma jekk l-applikanti ikunux eliġibbli għall-iskema skond il-kundizzjonijiet tagħha u jekk hux teknikament possibli li jigi akkomodat lift fil-blokk, imbaghad tipprocedi billi tipprepara pjanti u tissottometti applikazzjoni lill-MEPA għal permess, titlob il-permess tad-Dipartiment tal-Artijiet fejn applikabbli, tħejji tender ghall-installar tal-lift inkluz ix-xogħol strutturali involut, taghzel il-kuntrattur, taghmel is-supervizjoni tax-xogħlijiet u fl-aħħarnett tiehu hsieb il-handing over tal-lift lir-residenti.
Informat ukoll li l-Awtoritá qatt ma rċeviet talbiet minn residenti biex dawn ikunu jistgħu iħallsu jew jimmaniġġjaw il-proċedura huma stess. B’hekk ma jeżistux l-aspetti ta’ għajnuna speċjali, help line jew kundizzjonijiet li jissemmew fil-mistoqsija parlamentari għax bħalissa il-process kollu jitmexxa mill-Awtoritá stess. F’kaz ta’ residenti li jixtiequ jinghaqdu f’Assocjazzjoni u jiftiehmu biex jinstallaw lift huma stess, dawn iridu jiksbu l-istess permessi mehtiega mill-Awtoritajiet (MEPA, Dipartiment tal-Artijiet jew Awtorita’tad-Djar skond min hu s-sid tal-proprjeta’) qabel ma jibdew kwalunkwe xoghlijiet, iridu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet konnessi mal-permessi mahruga u eventwalment mal-kundizzjonijiet applikabbli ghall-installar u manutenzjoni tal-lifts.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur privat f’Għawdex fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2007 u fl-aħħar ta’ Marzu u ta’ Novembru ta’ din is-sena li kellhom:
a) Xogħol
full-time
bħala x-xogħol ewlieni tagħhom?
b) Xogħol
part-time
bħala x-xogħol ewlieni tagħhom?
ċ) Xogħol
part-time
minbarra x-xogħol l-ieħor ewlieni tagħhom?
Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba skond id-diversi tipi ta’ attività ekonomika u skond it-tip ta’ xogħol li jagħmlu?
Response (DALLI, JOHN)
Ser inpoġġi tlett tabelli fuq il-Mejda tal-Kamra li juru kemm kien hemm ħaddiema fis-settur privat f’Għawdex fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2007 u fl-aħħar ta’ Marzu u ta’ Lulju ta’ din is-sena li kellhom:
Tabella A – Xogħol full-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom;
Tabella B – xogħol part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom;
Tabella C – Xogħol part-time minbarra x-xogħol l-ieħor ewlieni tagħhom,
maqsuma skond id-diversi tipi ta’ attivita’ ekonomika u skond it-tip ta’ xogħol li jagħmlu.
Nixtieq ninforma lil Onorevoli interpellant, li l-aħħar statistika ppubblikata hi dik ta’ Lulju 2008.
Peress li f'Għawdex mhux qed isiru korsijiet tal-ETC dwar literacy for employment tal-Malti u tal-Ingliz, minkejja li l-applikanti ilhom jiġu mwiegħda li dawn se jsiru, jista' l-Ministru jara li dawn il-korsijiet isiru?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li matul is-snin li ghaddew gew organizzati diversi korsijiet tal-Literacy for Employment f’Ghawdex kemm fil-lingwa Maltija kif ukoll fil-lingwa Ingliza.
Bejn 2006 u 2007, disgha w sittin (69) klijent attendew wiehed mit-tmin (8) programmi u gew organizzati gewwa Ghawdex.
Ninsab informat ukoll li fl-2008 saru tlett programmi u attendew sittax-il (
16)
klijent; erbatax-il ragel (14) u zewg (2) nisa, dan ghaliex qed isir ristrutturar tal-korsijiet, fejn tali korsijiet u korsijiet ohrajn ser jiffurmaw parti minn programm shih li ser ikun parzjalment iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif bniedem li kien qed jieħu l-pilloli li hu ntitolat għalihom minn spizerija partikolari, ikun jista' jibda jieħu l-istess pilloli minn spizerija oħra fl-istess lokalità? Kemm iddum biex din il-bida tiġi aċċettata mis-sistema mħaddma mill-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 4610. Ninsab informat illi l-bidla minn spiżerija għall-oħra tiġi aċċettata fi żmien ġimgħa minn meta tasal l-applikazzjoni għand id-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet mogħtija flus mill-Unjoni Ewropea l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ f'dawn l-aħħar tnax-il xahar biex ikunu jistgħu jintużaw għall-korsijiet marbuta mat-tagħlim tal-qari u l-kitba (literacy)? X'sar minnhom dawn il-fondi u kif intużaw u minn min? Hu minnu li dawn il-korsijiet jinsabu wieqfa u ma sarux? Jekk fl-affermattiv, għaliex u meta huwa maħsub li jerġgħu jibdew dawn il-korsijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li f’din l-aħħar programming period (2004 – 2006) il-Korporazzjoni tax-Xogħol u taħrig inatat €390,193 mil-Fond Socjali Ewropew, li fost affarijiet oħra intużaw biex jiġu organizzati diversi programmi ta' taħrig, jiġi organizzat seminar, tiġi mneddija kampanja pubbliċitarja biex jinħoloq awareness fuq il-problema tal-illiterizmu u jiġi żvilluppat materjal li jintuża għat taħrig ta' l-adulti fil-Malti u l-Ingliż.
In-numru ta’ persuni li ġew imħarġa fil-perjodu 2005 sa 2008 jammonta għal 617 li minnhom 435 kienu rġiel u 182 kienu nisa. L-aħħar programmi li ġew organizzati mil-Korporazzjoni kienu f’Diċembru ta’ 2008. Bħalissa il-Korporazzjoni qed tipprepara biex toħrog sejħa għal-persuini biex iservu bħala trejners mal-Korporazzjoni biex jofru tgħalim fil-literiżmu taħt proġett ieħor b’fondi tal-ESF. La darba dawn it-trejners jiġu ikkuntratati il-Korporazzjoni tkun tista’ terġa tibda tofri programmi ta' taħrig f’dan il-qasam.
Jista’ l-Minsitru jgħid kemm saru spezzjonijiet fil-ħwienet tal-laħam fis-sena 2007/2008? Jista' jgħid jekk kienx hemm spezzjonijiet fl-2007/2008 li wasslu għat-teħid ta' xi kampjun tal-laħam minn ħwienet tal-laħam? Jekk fl-affermattiv, fejn kien ittestjat l-istess kampjun għal antibijotika jew inkella għal xi forma oħra ta’ impurities fil-laħam li normalment ikunu detected fl-ispezzjoni fil-biċċerija?
Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji — Rapporti dwar laħam
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi rapporti bejn l-2007/2008 lill-iSpettorat tad-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji li kien hemm xi bejgħ ta’ laħam minn produtturi lil xi ħwienet tal-laħam li kien kontaminat? Jekk fl-affermattiv, kien hemm każi fejn ittieħdu passi u x’kienet il-proċedura li ttieħdet?
B'referenza għal każ pendenti tal-familja li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u cioè meta ser jingħataw il-kumpens lura mid-Dipartiment tal-Artijiet jew dak tax-xogħlijiet pubbliċi għas-siġar li tqaċċtulhom kważa tax-xogħlijiet li tlestew fil-Mtarfa bypass u l-ħamrija li nqalgħet minn posta b'dannu għall-prodott u għall-finanzi tar-razzett inkwistjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irtirati requisition orders fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, skond il-lokalità? Għalfejn ġew irtirati dawn ir-requisition orders? Kemm minnhom jirreferu għal orders li skattaw wara l-1995? Kemm inħarġu requisition orders sena b'sena mill-1995 sal-lum?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4400 u jgħid kemm inħarġu care orders minn Mejju ta' din is-sena sad-data ta' din il-mistoqsija u kemm huma dawk it-tfal li fuqhom inħareġ care order iżda għadhom fid-dar tal-ġeneturi tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ħarġu 41 care order bejn Mejju u Novembru 2008. Informat ukoll li hadd mit-tfal ma qed jgħix mal-ġenituri.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema sptarijiet barranin marru għal kura pazjenti Maltin? Kemm pazjenti Maltin marru fi sptarijiet barranin fl-aħħar tliet snin?
Ministeru tas-saħħa — talbiet pendenti fuq spiżeriji
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' talbiet pendenti li għandu l-Ministeru tas-Saħħa biex jinfetħu spiżeriji madwar Malta u Għawdex? Fejn jinsabu t-talbiet li għadhom pendenti, għand il-Ministru jew għand xi awtorità li taqa' taħtu?
Warferina — testijiet tad-demm - l-Isptar minflok fiċ-Ċentru tas-Saħħa
Question
Wara li xi xhur ilu, dawk li jitteħdilhom id-demm minħabba l-Warferina, u li jirrisjedu fin-nofsinhar tal-pajjiż, kienu nfurmati biex jibdew jagħmlu dan fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li minħabba fiha, dan l-aħħar, ħafna minn dawn il-persuni ġew imġiegħla jmorru jagħmlu dawn it-testijiet fl-Isptar Mater Dei?
Huwa minnu li fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid mhux qed jiġu aċċettati aktar minn 20 persuna kuljum għat-test tal-Warferina minħabba nuqqas ta' staff?
Hemm xi problemi raġjonevoli kbar li qed iżommu lid-dipartiment milli jerġa' jibda jadotta l-proċedura preċidenti biex jevita bosta problemi u inkonvenjent żejjed lil numru kbir ta' anzjani?