Liċenzji ġodda ta' vetturi b'mutur ġdid fuq indirizz Għawdxi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija 26186 u jgħid kemm inħarġu liċenzji ġodda ta’ vetturi bil-mutur ġodda u li ġew reġistrati fuq indirizz f’Għawdex kull sena mill-1999 ‘l hawn? Jista jagħti dan it-tagħrif skont in-natura, eż. coach, agrikoltura, private eċċ. u skont il-klassi tal-vettura?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Liċenzji ġodda ta' vetturi bil-mutur użat fuq indiriz Għawdxi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26187 u jgħid kemm inħarġu liċenzji ġodda ta’ vetturi bil-mutur użati u li ġew reġistrati fuq indirizz f’Għawdex kull sena mill-1999 ‘l hawn? Jista jagħti dan it-tagħrif skont in-natura, eg coach, agrikoltura, private eċċ u skont il-klassi tal-vettura?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kappara — Triq Antonio Schembri - traffic management
Question
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi mmedjati flimkien mal-awtoritajiet l-oħra kollha kompetenti dwar il-ħtieġa tal-implimentazzjoni ta' traffic management effettiv li jħares l-interessi tar-residenti ta' Triq Antonio Schembri, Kappara qrib l-iskola Chiswick billi jidher li l-problemi minflok jitranġaw, qegħdin saħansitra jaggravaw ruħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li rigward dan il-każ diġa` kien hemm komunikazzjoni bejn Transport Malta, il-Kumitat Amministrattiv tal-Kappara u l-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann.
Dwar it-talba għal parkeġġ bil-ħin, waqt laqgħa li saret fid-29 ta’ Ottubru, 2010, fil-preżenza ta’ uffiċċjali tal-pulizija, il-Kumitat rispettiv ġie nfurmat li din it-talba ma setgħetx tigi pproċessata kemm minħabba kawża pendenti fil-qorti dwar din il-materja kif ukoll peress li t-talba ma’ saritx skond it-
Terms
of
Reference
stabbiliti.
Sadattant, saret talba biex isiru
bollards
fuq il-bankini tat-triq imsemmija, liema talba ma ntlaqgħetx peress li l-imsemmija
bollards
irendu l-bankini bħala mhux aċċessibbli.
Fil-15 ta’ Marzu 2011, l-Awtorita’ ġibdet l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann għall-fatt li fl-imsemmija triq jeżistu d-
double yellow lines
u allura din hija kwistjoni ta’ nfurzar li l-Kunsill irid jieħu flimkien mal-uffiċċjali responsabbli (pulizija jew
wardens
).
Ninsab infurmat ukoll li uffiċjali ta’ Transport Malta se jiltaqgħu mal-Kumitat Amministrattiv fil-ġimgħat li ġejjin.
Apparti mill-pjanijiet tal-gvern biex itaffi l-problemi tat-trasport permezz tar-riforma fit-trasport pubbliku, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi sustainable transport report? Jekk iva, jista' jiġi ppubblikat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta m’għanda l-ebda sustainable transport report f’dan ir-rigward.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Valuri tat-tenders
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tat-tenders kollha li ngħataw matul is-sena 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-gvern? Jista' f'kull każ jgħid liema kienet il-kumpanija li rebħet it-tender?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fi ħdan id-dekasteru tiegħi, bejn l-2010 u l-2011 ma' kienx hemm tenders ta' servizzi klerikali.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 25979, billi min għandu garaxx ta' karozzi tal-kiri, ħafna drabi jkollu numru kbir ta' liċenzji li jridu jitħallsu fl-istess żmien, jista' l-Ministru permezz ta' Transport Malta jagħmel arranġamenti partikolari biex il-ħlas tal-liċenzji jsir b'mod iktar ko-ordinat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sidien jistgħu jġeddu il-liċenzja tal-vettura tagħhom sa ħamsa u erbgħin ġurnata qabel ma l-istess liċenzja tiskadi. Dan jista’ jsir kemm mill-uffiċċju tal-kumpanija ta’ l-assigurazzjoni jew permezz tas-sistema online. Il-liċenzji jistgħu jiġu mġedda jew kollha f’daqqa jew waħda waħda skont hekk kif jippreferi s-sid tal-vetturi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux rapporti mill-gvern jew xi awtorità tiegħu (Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jew Transport Malta) dwar
a) is-sitwazzjoni tat-traffiku;
b) problemi ta' kongestjoni tat-traffiku f'partijiet speċifiċi jew fiż-żona in ġenerali ta':
i) il-Fgura;
ii) Wied il-Għajn;
iii) Żejtun
matul din il-leġislatura u l-legislatura preċedenti? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti rilevanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma sarux rapporti uffiċċjali rigward is-sitwazzjoni tat-traffiku u problemi ta’ konġestjoni fl-inħawi tal-Fgura, Wied il-Għajn u Żejtun iżda, minn żmien għall-ieħor, skont l-eżiġenzi ta’ Transport Malta, tinġabar informazzjoni estensiva dwar it-traffiku u tali informazzjoni tiġi analizzata w evalwata. Din l-informazzjoni tinkludi traffic count surveys, speed surveys, queues and delay surveys u informazzjoni dwar inċidenti tat-traffiku. Tali informazzjoni hija l-bażi tad-disinn għal skema ġdida ta’ Intelligent Traffic Management Systems, għall-iSpeed Policy u għall-ippjanar tas-servizz ġdid għat-trasport pubbliku. Dawn il-proġetti ġew mħejjija għall-gżejjer Maltin inklużi f’dawk il-lokalitajiet li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant. Tali proġetti jinkludu qafas ta’ CCTVs u VMSs, Ċentru għal Kontroll tat-Traffiku, l-iżvilupp ta’ Traffic Light Junction Clusters fi Triq Tal-Barrani u fi Vjal Santa Luċija, infrastruttura u rotot ġodda tat-trasport pubbliku kif ukoll proċeduri u linji gwida għall-veloċita’ fis-sewqan sabiex is-sistema eżistenti tat-traffiku tiġi ndirizzata b’mod ħolistiku bil-għan li titjieb l-effiċjenza tat-sistema tat-trasport b’mod sostenibbli u tiżdied is-sigurta’ fit-toroq.
Jista' l-Ministru jinforma kemm hemm yachts reġistrati għal skop ta' chartering f'ibħra ta' Malta? Qatt inqabdu xi yachts li kienu chartered u ma kellhomx permess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li liċenzja t'Operatur ta' Bastiment Kummerċjali tkopri l-attivita` kummerċjali kollha li għaliha tinħtieġ liċenzja taħt ir-Regolamenti dwar il-Bastimenti Kummerċjali. Għaldaqstant, meta bastiment jiġi ċertifikat sabiex iġorr passiġġieri skont ir-regolamenti msemmija, dan jista' jintuża kemm għal chartering kif ukoll għal ġarr ta' passiġġieri bi ħlas. Għalhekk mhuwiex possibli li jiġi stabbilit l-ammont ta' bastimenti tal-passiġġieri li jintużaw għal chartering biss.
Transport Malta ġieli rċeviet rapporti li hemm xi bastimenti li kienu qed jintużaw għal
chartering
mingħajr ma kellhom liċenzja u l-Awtorita’ dejjem ħadet il-passi meħtieġa u l-attivita` ġiet regolarizzata.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25589, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi kummerċjali f'Għawdex reġistrati ma' Transport Malta bħala garbage truck?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Transport Malta — persuna taħt Conditional Discharge
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-konfront tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li ġie liberat taħt conditional discharge, Transport Malta qiegħda tirrifjuta li terġa' tagħtih l-ingage meta huwa fatt ben stabbilit li tali sentenza ma tista' qatt tintuża kontra l-individwu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant għadha sospiża b’nofs paga sa kemm isiru l-konsultazzjonijiet legali meħtieġa dwar l-impatt tas-sentenza tal-Qorti u ċioe` dwar jekk tali sentenza għandhiex twassal għal tkeċċija jew le.
Triq mill-Gudja għal Triq tal-Barrani — xogħlijiet mhux sodisfaċenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol konsistenti fl-għoti ta' wiċċ ġdid ċioe t-triq li minn ħdejn Palazzo Bettina l-Gudja tieħdok għat-Triq tal-Barrani n-naħa ta' Santa Luċija, ġiex approvat u jekk il-kuntrattur tħallasx minkejja l-fatt li dan ix-xogħol huwa 'l bogħod milli jiġi kunsidrat bħala sodisfaċenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq din it-triq jitħallas wara li jsiru ċ-ċertifikati meħtieġa min- naħa tas-supervisor imqabbad minn Transport Malta. Din it-triq ingħatat wiċċ ġdid biex isservi ta’ diversion route għat-toroq li qed jinbnew mill-ġdid jiġifieri Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi. L-imsemmija triq ma ġietx mibnija mill-gdid ghax kif spjegat ma kienetx dik l-intenzjoni tal-intervent li sar. Madankollu, xorta jkunu qed isiru testijiet bażiċi sabiex tiġi żgurata l-kwalita’ tal-materjali u x-xogħol li jkun sar fil-kuntest tal-parametri tal-intervent li twettaq. S’issa Transport Malta m’għandha l-ebda konklużjoni ta’ dak li l-Onorevoli Interpellant qed isejjaħlu fatt.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Family Friendly measures
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent:
a) id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin bħalissa joffru l-faċilità ta’
family friendly measures
bħal
teleworking,
sigħat imnaqqsa
, parental leave,
u flessibbiltà fil-ħin tax-xogħol;
b) kemm huma (skont kull miżura) il-ħaddiema fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin jibbenefikaw minn xi waħda minn dawn il-miżuri msemmijin hawn fuq;
ċ) kien hemm xi talbiet għal miżuri
family friendly
li xi dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma laqgħux, f'din il-Leġislatura? Jekk iva, x’ kienet ir-raġuni; u
d) kemm huma d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li fihom introduċew iċ-Childcare Unit u kemm huma dawk il-ħaddiema li bbenefikaw minn din il-miżura?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-family friendly measures huma applikabbli għad-dipartimenti u ħaddiema kollha tal-Gvern skont kif elenkat f'Kapitlu 5 tal-Public Service Management Code.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' ħaddiema fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li jibbenefikaw minn xi waħda mill-miżuri msemmija.
Jien infurmat li sa issa kien hemm żewġ każijiet fejn talba għal teleworking ma kinitx milqugħa. Fiż-żewġ każijiet ix-xogħol tal-persuna li għamlet it-talba ma kienx idoneju għal teleworking minħabba n-natura tiegħu.
Jien infurmat ukoll li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi m'hemmx faċilita' ta' Childcare Unit.
Liċenzji ġodda ta' vetturi b'mutur ġdid fuq indirizz Għawdxi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji ġodda ta’ vetturi bil-mutur ġodda u li ġew irreġistrati fuq indirizz f’Għawdex kull sena mill-1999 ‘l hawn? Jista jagħti dan it-tagħrif skont in-natura, eżempju coach, agrikoltura, private eċċ. u skont il-klassi tal-vettura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Liċenzji ġodda ta' vetturi bil-mutur użat fuq indiriz Għawdxi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nħarġu liċenzji ġodda ta’ vetturi bil-mutur użati u li ġew irreġistrati fuq indirizz f’Għawdex kull sena mill-1999 ‘l hawn? Jista jagħti dan it-tagħrif skont in-natura, eżempju coach, agrikoltura, private eċċ. u skont il-klassi tal-vettura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm detenturi ta' liċenzja tas-sewqan f'Għawdex kull sena mill-1999 'l hawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ detenturi tal-liċenzja tas-sewqan f’Għawdex kull sena mill-1999 ‘l hawn huwa hekk kif ġej:
Sena
Total :
1999
15525
2000
16000
2001
16303
2002
16761
2003
17211
2004
17350
2005
17519
2006
17792
2007
18069
2008
18401
2009
18720
2010
19139
2011
19250
Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jassigura li fuq il-bus stops li għandna madwar Malta, fejn qed jitwaħħlu arbli ġodda li nassumi se jintużaw għas-sistema ġdida tat-trasport pubbliku fil-fatt dawn l-arbli jitwaħħlu mingħajr ma jikkawżaw inkonvenjenzi lil dawk li jkunu se jużaw l-istess bankini?
Valletta Grand Harbour Rehabilitation Corporation — audited accounts
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar audited accounts tal-Valletta Grand Harbour Rehabilitation Corporation? Kemm ilha mwaqqfa bħala entità legali din il-Korporazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- audited accounts tal-Grand Harbour Regeneration Corporation plc għas-snin 2008 u 2009. Il-GHRC ġiet mwaqqfa bħala entita' legali fl-10 ta' Awissu tal-2007.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25889, jista' l-Ministru jagħti d-data speċifika ta' meta ħarġet kull sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet imsemmija fl-istess tweġiba?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex għadira kbira li hemm f'Dock 1 Bormla titneħħa peress li qed toħloq inkonvenjent kbir għar-residenti li qed iħabbtu wiċċhom ma' intejjen u ħafna nemus?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant qed jirreferi għal parti tat-tarf tal-Baċir fejn qed isiru xogħlijiet biex il-Baċir jerġa’ jieħu l-forma oriġinali tiegħu. Qed isiru wkoll xogħlijiet ta’ taħt l-ilma. Jien infurmat li l-kuntrattur diġà ha l-miżuri neċessarji biex l-ilma ġol-baċir jiġi ċċirkulat permezz ta’ pompi li ġew poġġuti għal tal-apposta.