Studenti bi bżonnijiet speċjali li jkollhom bżonn LSE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid dawk l-istudenti bi bżonnijiet speċjali fit-tagħlim, kemm idumu jistennew għal LSE minn wara li jiġu identifikati li għandhom bżonn l-għajnuna?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull każ huwa uniku u speċifiku.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11816 u jippreżenta pjanta tal-grawnd tal-futbol ta' Ħal Għaxaq li turi liema huma l-partijiet tal-grawnd li huma tal-privat?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13368 u jgħid meta ser titlesta l-Medical School sabiex tibda tilqa’ fiha l-istudenti tal-Mediċina u tal-Health Sciences? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm flus allokati għal dan il-proġett fil-Baġit 2024?
Sportivi — Studenti taħt is-16-il sena - Jirrappreżentaw lil Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti taħt is-16-il sena li huma wkoll sportivi u li jirrappreżentaw lil Malta f'xi tip ta’ sports jew huma parti mit-tim Nazzjonali fl-isport tagħhom? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn l-isports differenti li fihom jipparteċipaw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa haw total ta’ 565 student taħt is-16-il sena li jirrappreżentaw lil Malta f’dixxiplini sportivi varji.
Sportivi — Studenti f'livell post sekondarju - Jirrappreżentaw lil Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'livell post sekondarju li huma wkoll sportivi u li jirrappreżentaw lil Malta f'xi tip ta’ sports jew huma parti mit-tim Nazzjonali fl-isport tagħhom? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn l-isports differenti li fihom jipparteċipaw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa hemm total ta’ 212-il student f’livell post sekondarju li jirrappreżentaw lil Malta f’dixxiplini sportivi varji.
Sportivi — Studenti f'livell ta' edukazzjoni terzjarja - Jirrappreżentaw lil Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'livell ta' edukazzjoni terzjarju li huma wkoll sportivi u li jirrappreżentaw lil Malta f' xi tip ta' sports jew huma parti mit-tim Nazzjonali fl-isport tagħhom? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn l-isports differenti li fihom jipparteċipaw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa hemm 182 student f’livell terzjarju jirrappreżentaw lil Malta f’dixxiplini sportivi varji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti barranin fl-Iskola Medika ta’ Malta matul dawn l-aħħar 12-il xahar? Kemm minn dawn l-istudenti kienu eżentati mill-ħlas?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar 12-il xhar fil-Fakulta tal-Mediċina u l-Kirurġija t-total ta’ studenti hu ta’ 215.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-Gvern (Primarji, Medji u Sekondarji) f’Malta u Għawdex li jipprovdu jew għandhom aċċess/faċilità għal ilma tajjeb għax-xorb b’xejn (drinking water fountains)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-kulleġġi kollha, inkluż Ġem 16+, Giovanni Higher Secondary u kif ukoll Sir MA Refalo Gozo, hemm il-water fountains installati. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li dawn l-installazjonijiet isiru skont in-neċessita tal-iskola.
Jista’ l-Ministru jipprovdi elenku ta’ kull skola f’Malta u Għawdex (Primarji, Medji u Sekondarji) u għal kull waħda jindika kemm isiru lezzjonijiet tal-PE (Physical Education) fil-ġimgħa?
Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet il-call għal Director Human Resources fi SportMalta? Jista' jagħti dettalji u jippreżenta kopja ta’ meta ħarġet din il-call u jagħti dettalji ta’ meta saru l-interviews u minn min kien magħmul l-interviewing board? Jista' jgħid ukoll x’pakkett finanzjarju qed tirċievi l-persuna li ġiet magħżula għal dan ix-xogħol?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li sal-ġurnata tal-llum ma ħarġet l-ebda call għal Director Human Resources fi ħdan Sport Malta.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14363 fl-intier tagħha u jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu u l-attivitajiet li saru?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li s-servizzi msemmijja ingħataw wara publikazzjoni ta’ Expression of Interest fuq il-Gazzrtta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15798 u jgħid f'liema skejjel jingħata taħriġ lill-edukaturi barranin li jaħdmu direttament ma' persuni b'diżabilità?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li kull LSE jingħata t-taħriġ neċessarju irrispettivament jekk humiex edukaturi barranin jew le, u jekk jaħdmux direttament ma’ persuni b’diżabilità jew le.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16273, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet referuta lilu u jgħid jekk l-MCAST introduċietx xi korsijiet immirati speċifikament lejn it-taħriġ tal-mechanics fil-qasam tal-manutenzjoni u t-tiswija tal-vetturi elettriċi? Jekk iva, jista’ jipprovdi dettalji dwar in-natura ta’ dawn il-korsijiet, inklużi l-objettivi u l-impatt li huwa antiċipat li jħallu fuq il-workforce sabiex din tlaħħaq mas-suq tal-vetturi elettriċi li qiegħed jikber f’Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MCAST joffri Undergraduate Diploma in Auto Electronic and Electrical Technology fil-livell 5 tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki. Dan il-kors huwa offrut kemm full u anke part time u huwa mmirat biex jipprepara lill-istudenti għal karrieri bħala tekniċi ta’ vetturi elettriċi jew ibridi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15863 u jgħid jekk is-sit tant importanti teleskola hux se tkun qed titwaqqaf milli topera? Jekk iva, jista' jgħid minn meta, għaliex u x'se jsir mill-kontenut imtellgħa fuq dan is-sit f'dawn l-aħħar snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejin id-diskussjonijiet mal-istakeholders neċessarji.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16312 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6232, jista' l-Ministru jgħid jekk il-forn (li jintuża għall-fuħħar mill-istudenti tal-Life-Long Learning) fl-Iskola tal-Imrieħel (Sekondarja Kulleġġ Santa Tereża) hux qiegħed jaħdem u jekk il-ħsara li kellu ssewwietx?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif jiġri meta jkun hemm ħsara f’xi apparat, mal-ewwel jibda’ l-proċess neċessarju biex dan jitranġa jew jissewwa.
Strateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni bejn il-Core Team u s-CTP
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux laqgħat ta' konsultazzjoni dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni bejn il-Core Team u s-CTP? Jista' jispeċifika meta kienu u min kienu l-membri preżenti min-naħa tal-Core Team?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħa saret fi Frar ta’ din is-sena u l-Core Team kien mgħamul minn Mr. Josef Borg, Ms. Cheryl Curmi, Ms. Marguerite Agius u Ms. Lindsay Zarb.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il call għal HoD ħarġet matul dawn l-aħħar 3 snin kalendarji u ma kinitx qed tispeċifika jekk il-post hux għas-sekondarja jew għall-primarja? Jista' jgħid ukoll fejn qed iservu dawn l-HoDs kollha li ġew ingaġġati b'tali calls?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.