Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenzi/kuntratti minn kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatatx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, ma ġietx mogħtija konsulenzi u/jew kuntratti mill- Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-entitajiet u awtoritajiet fid-dekasteru tiegħi fil-perjodu msemmi.
Uffiċċju tal-Prinm Ministru — użu ta' karozzi li jaħdmu bl-elettriku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12985, jista' l-Ministru jgħid kemm hi kbira l-flotta ta' karozzi fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li minnhom ħamsa huma tas-sistema hybrid?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-flotta tal-karozzi fid-dekasteru kollhu tal- Uffiċċju tal-Prim Ministru , hija ta’ 67.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata mill-Ministeru, aġenzija jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, sa mill-1 ta’ Marzu 2020? Jista’ jgħid lil min ingħata kull kuntratt, jindika l-iskop tiegħu, jekk ingħatax wara sejħa jew le, u l-valur tal-kuntratt?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tispeċifika għal-liema kuntratti qiegħda tirreferi.
Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-ispiża jew flejjes kollha minfuqa fuq il-konferenza tal-aħbarijiet li għamel nhar it-Tlieta 24 ta’ Marzu 2020 filgħaxija f’lukanda?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninfurma lill-Onor Interpellant li l-ispiża totali ta’ din l-konferenza tal-ahbarijiet kienet ta’€12,693.82(mingħajr VAT)
Din l-konferenza saret biex jigi ppreżentat pakkett aġġornat ta’ miżuri maqbul mal-imsieħba soċjali fl-MCESD, fejn dan il-pakkett huwa maħsub li jkompli jibni fuq ta’ qabel. Dan sar biex tingħata l-għajnuna lis-settur privat fl-agħar sitwazzjoni li l-pajjiż qed jiffaċċja mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn.
Dawn l-miżuri ta għajnuna setgħu jigu attwati grazzi għal-frott id-deċiżjonijiet li ħa l-Gvern fl-aħħar seba’ snin, l-ekonomija ta’ pajjiżna hija b’saħħitha u soda, u issa rridu nkunu bil-għaqal biex ngħinu lill-familji u n-negozji.
Wara li kien diġà ġie mħabbar li l-Gvern se jkun qed jgħin billi jipposponi l-ħlasijiet tat-taxxa tad-dħul (income tax), tal-bolla u tal-VAT tax-xhur ta’ Marzu u April għal data oħra li għad trid tiġi stabbilità u li din waħedha tfisser €700 miljun, issa l-Gvern se jara jekk ikunx meħtieġ posponiment ta’ xhur oħrajn biex ikompli jgħin lill-industrija.
In-nefqa tal-Gvern għall-mizuri diretti kollha se tkun ta’ madwar €65-70 miljun kull xahar.
Dan mhuwiex l-aħħar pakkett li se jkun qed iħabbar il-Gvern. Jista’ jkun jerġa’ jasal iż-żmien li jitħabbru miżuri oħra malli tinħass il-ħtiega bil-għan li jkunu ssalvagwardjati l-ħaddiema u l-familji, kif ukoll in-negozji ta’ pajjiżna
Awditur Ġenerali – investigazzjoni fuq trasferiment tal-art tal-ITS –
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ħa meta sar jaf li l-ex Ministru li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ma aċċettax li jiltaqa’ mal-Awditur Ġenerali li kien qed jinvestiga t-trasferiment tal-art tal-Istitut għall-Istudji tat-Turiżmu (ITS), li r-Rapport tiegħu ħareġ ġimgħa ilu? Jista’ jgħid meta kienet l-ewwel darba li hu sar jaf b’dan u li hija wkoll l-ewwel darba fl-istorja tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) li Ministru rrifjuta li jikkolabora u jiltaqa’ mal-NAO fuq materja li kienet tikkonċerna għemilu bħala Ministru?
Response (ABELA, ROBERT)
Il-Prim Ministru sar jaf li l-persuna konċernata ma ltaqatx mal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali meta ġie ppublikat ir-rapport tal-Awditur, mir-rapport innifsu. Minkejja dan il-fatt, l-Awditur Ġenerali xorta seta’ jkompli, kif fil-fatt għamel, bl-investigazzjoni u fir-rapport tiegħu kkummenta illi “the approach adopted in establishing this value was well-reasoned and sound in terms of the methodology adopted, which factors contributed to the safeguarding of Government’s interests in securing a fairer return for the site”, filwaqt li wasal ghall-konkluzjoni illi t-trasferiment tas-sit in kwistjoni “adhered to the provisions stipulated in the Disposal of Government Land Act”. Il-Gvern ta’ Malta jistrieħ u joqgħod fuq din il-konklużjoni.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13560 u jelenka min huma l-membri tal-Crisis Response Unit (jew ta’ kull entità li rispettivament minn isimha xogħolha huwa li tadotta Standard Operating Procedures għall-Gvern fi żmien ta’ kriżi nazzjonali) fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu, u kemm-il darba ssejjaħ mill-2014 sal-lum?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onro. Interpellant biex ikun aktar speċifiku biex ikun jista’ jiġi mwieġeb.
Crisis Response Unit — Crisis Response Committee - membri
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13561 u jelenka min huma l-membri tal-Crisis Response Committee fi ħdan il-Crisis Response Unit (jew ta’ kull entità rispettivament minn isimha li xogħolha huwa li tadotta Standard Operating Procedures għall-Gvern fi żmien ta’ kriżi nazzjonali) fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu, u kemm-il darba ssejjaħ mill-2014 sal-lum?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku biex ikun jista’ jiġi mwieġeb.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — safar, fuel u hospitality - nefqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12264 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12089, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Jista’ l-Prim Ministru jagħti elenku tal-pariri li ta lill-predeċessur tiegħu f'din l-istess leġiżlatura? Jista’ jgħid is-suġġett ta’ kull parir, x'parir ingħata u jekk ġiex aċċettat? Kemm tħallas ta’ dawn il-pariri?
Response (ABELA, ROBERT)
Il-pariri li l-Prim Ministru Robert Abela ta lill-Kabinett tal-Ministri u lill-Prim Ministru ta’ dakinhar Joseph Muscat, bejn Ġunju 2017 sa Jannar 2020, huma ta’ natura privileġġjata u kunfidenzjali. Għalhekk il-prudenza u l-etika kienet titlob li mistoqsija parlamentari bħal din lanqas biss issir, in kwantu qed jintalab l-iżvelar ta’ pariri li bil-liġi hu preklu¿ milli jiġu żvelati, u kieku jiġużvelati tkun qed tinkiser il-liġi. Jiġifieri l-Onor. Interpellant qed jistieden lill-Prim Ministru biex jikser il-liġi b’din il-mistoqsija parlamentari.
Kif kien imħabbar f’Ġunju 2017, il-Prim Ministru Robert Abela, dakinhar deputat, kien irinunzja għall-ħlas ta’ dak dovut lilu bħala konsulent legali tal-Prim Ministru u tal-Kabinett. Il-Prim Ministru Robert Abela baqa’ ma jirċievi ebda ħlas għax-xogħol kollu li għamel f’dan l-irwol sakemm baqa’ konsulent legali tal-Prim Ministru, jiġifieri sal-bidu ta’ Jannar 2020.
Jista’ l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm hemm ex-pulizija penzjonanti li llum qegħdin fuq il-payroll tal-Gvern, jiġifieri li qegħdin jaħdmu mal-Gvern bil-paga apparti li jieħdu l-pensjoni wkoll?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 205 ex-Pulizija li qegħdin jibbenefikaw mill-penzjoni tas-servizz u li huma mħallsin mill-payroll tasl-Gvern.
Minn dawn, 169 huma Reserve Police Constables li jaħdmu fuq bażi part-time, u l-kumplament huma persuni oħra li kienu impjegati f’kapaċita’ differenti wara li temmew is-servizz fil-Korp.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern jew xi entitajiet li fihom għandu kontroll il-Gvern, daħlux f’xi ftehim jew intendiment ta’ liema xorta jkun, mas-sidien tal-iżvilupp tat-torrijiet li qegħdin taħt kostruzzjoni fl-Imrieħel, biex jinxtraw jew jinkrew xi spazji f’dawn it-torrijiet la jkunu lesti?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-ebda dipartiment u l-ebda entità li taqa’ fid-dekasteru tiegħi m’għandu xi ftehim kif qed jindika l-Onor Interpellant.
COVID-19 — Ħaddiema ntitolati li jirċievu flus bil-miżuri tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jagħti garanzija lill-ħaddiema li huma ntitolati li jirċievu flus taħt il-miżuri mħabbra mill-Gvern kwantu COVID-19, li effettivament se jkunu qed jirċievu dawn il-flus żgur? Ladarba dawn il-flus se jgħaddu minn idejn min iħaddem, jista’ jgħid ukoll kif tali flus se jkunu protetti f'każ li jkun inħareġ mandat ta' sekwestru minn terzi kontra min iħaddem?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12622, jista’ l-Prim Ministru jgħid:
1. x’tip ta’ serqa kienet li ġiet irrapportata lill-Pulizija u li saret fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
2. kemm kienet il-valur tagħha?
3. x’passi ttieħdu kontra min għamel din is-serqa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li din is-serqa li saret f’Diviżjoni fid-dekasteru tiegħi, kienet tikkonsisti f’ċurkett tad-deheb li kien propjetà personali ta’ impjegata u li l-informazzjoni dwar il-valur tiegħu m’hijiex disponibbli. Infurmat li sar rapport lill-pulizija dwar il-kaz iżda d-Diviżjoni m’għandiex informazzjoni ulterjuri. Il-persuna li fuqha sar ir-rapport mal-pulizija ma kenitx impjegata tal-Gvern imma tal-kuntrattur.
Jista’ l-Prim Ministru jelenka min huma l-membri tal-Crisis Response Unit (jew ta’ kull entità li rispettivament minn isimha xogħolha huwa li tadotta Standard Operating Procedures għall-Gvern fi żmien ta’ kriżi nazzjonali) fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu, u kemm-il darba ssejjaħ mill-2014 sal-lum?
Crisis Response Unit — Crisis Response Committee - membri
Question
Jista’ l-Prim Ministru jelenka min huma l-membri tal-Crisis Response Committee fi ħdan il-Crisis Response Unit (jew ta’ kull entità rispettivament minn isimha li xogħolha huwa li tadotta Standard Operating Procedures għall-Gvern fi żmien ta’ kriżi nazzjonali) fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu, u kemm-il darba ssejjaħ mill-2014 sal-lum?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, ma ħadet l-ebda direct order mill-ebda entita fid-dekasteru tiegħi fl-2019 u fl-2020.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha tal-impjieg u/jew xogħol mal-Gvern tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Gwardja tal-Kosta Libjana
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hu, bħala konsulent tal-predeċessur tiegħu, kienx jaf bil-ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Gwardja tal-Kosta Libjana kif indikata mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-inkjesta pubblika fuq l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia?