Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għas-Saħħa — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 36 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: Numru ta' ħaddiema fl-1 ta' Diċembru 2016- full time Numru ta' ħaddiema fl-1 ta' Diċembru 2016- part time Numru ta' ħaddiema fl-1 ta' Mejju 2017- full time Numru ta' ħaddiema fl-1 ta' Mejju 2017- part time Numru ta' ħaddiema fit-3 ta' Ġunju 2017- full time Numru ta' ħaddiema fit-3 ta' Ġunju 2017- part time 8117 52 7941 52 8367 50

Sptar Ġenerali t’Għawdex – ħaddiema mħallsa mill-Gvern

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm ħaddiema li huma mħallsa mill-Gvern fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn huma tobba, kemm nurses u kemm ħaddiema oħra fi gradi oħra? Kemm kienet l-ispiża tal-pagi għall-Gvern, għall-ħaddiema li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. illi l-medja fis-sena ta’ ħaddiema li taw servizz fl-isptar Ġenerali t’Għawdex bejn l-2014 u l-2017 kienet 795.

Ministeru għas-Saħħa – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

IVFs imwielda li spiċċaw l-NPICU

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm minn l-IVFs li welldu fis-snin 2015, 2016 u 2017 spiċċaw in-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU), kull sena separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar tal-2015 u Ottubru tal-2017 ġew irreġistrati 297 tarbija li twieldu lill-ommijiet li kellhom IVF. Minn dawn 21% ġew ammessi n-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU). It-tabella ta’ hawn taħt turi l-informazzjoni sena b’sena. 2015 2016 Jan – Oct 2017 Total Total IVF births 80 122 95 297 % admitted to NPICU 18 % 22% 22% 21% Din l-informazzjoni tkopri t-twelid kollu f'Malta u Għawdex għal ommijiet li kellhom it-trabi tagħhom permezz tal-IVF, kemm f'Malta kif ukoll barra mill-pajjiż.

NPICU – dewmien għall-kura ta’ tarbija mwielda bl-IVF

Question

Hu fatt li tarbija li titwieled riżultat ta’ IVF jista’ jkollha bżonn in-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU) għax titwieled qabel iż-żmien minħabba li t-tqala titħares bħala precious pregnancy, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid tarbija li titwieled minn IVF, kemm iddum ġimgħat għall-kura fl-NPICU? Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti medja għas-snin 2015, 2016 u 2017 għal kull sena separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2015 u l-2017 il-medja ta’ trabi li twieldu permezz tal-IVF li kellhom bżonn il-kura mill-NPICU kienet ta’ 18 il-ġurnata.

NPICU – nurse to baby ratio

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3429, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-medja tan-nurse to baby ratio għas-snin 2015, 2016 u 2017 għal kull sena separatament (esklużi l-qwiebel li jmorru għal hands on training)? Jista’ jgħid ma’ liema standard internazzjonali qed iqabbel iċ-ċifri tiegħu d-dipartiment?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nurse to baby ratios stabbilita għas-snin msemmija kienet dejjem l-istess, kif indikata fit-tabella hawn taħt: Trabi fi bżonn ta’ kura intensiva 1:1 Trabi fi bżonn ta’ kura kritika 1:2 Trabi fi bżonn ta’ kura speċjali 1:4

Infermiera — turnover

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet it-turnover tal-infermiera fis-snin 2015, 2016 u 2017 għal kull sena separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tabella t’hawn taħt fejn qed tindika li kull sena kien hemm żieda fir-reklutaġġ tal-infermiera. Nurses 2017 2016 2015 Newly recruited Terminated Newly recruited Terminated Newly recruited Terminated 198 117 179 112 197 132

Hospital Concession Agreement mal-Vitals Global Healthcare

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3774, li kienet dwar l-ammont li l-Gvern kellu jħallas lill-Vitals Global Healthcare (VGH) għal kull sena (separatament) matul is-snin li kien ikopri l-Hospital Concession Agreement li l-Gvern għamel mal-VGH, u fit-tweġiba għaliha ngħad li l-pagamenti mill-Gvern lill-konċessjonarju matul il-perjodu tal-konċessjoni jsiru skont l-ammont ta’ servizzi li l-Gvern ikun qed jixtri, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għal liema servizzi tħallsu l-€50 miljun li l-Gvern ħallas lill-VGH matul is-snin 2016 u 2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3310.

Ċimiterju tal-Addolorata – kuntratt ta’ trasferiment ta’ oqbra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni preżenti ta’ dawk il-persuni li tul is-snin ħallsu deposit għax-xiri ta’ qabar ġewwa ċ-Ċimiterju tal-Addolorata u li sal-lum għadu ma sarx il-kuntratt finali ta’ trasferiment? Jista’ jgħid meta huwa mistenni li jsiru l-kuntratti ta’ trasferiment ta’ oqbra ġewwa l-istess ċimiterju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ix-xogħol fuq l-oqbra jitlesta, dawk kollha li għamlu konvenju għax-xiri ta’ qabar isirilhom kuntratt finali li jwassal għat-trasferiment.

Ħlas mill-VGH lill-Gvern

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid b’kollox, il-Vitals Global Healthcare (VGH) kemm ħallsu lill-Gvern minn kemm ilhom joperaw f’Malta sad-data ta’ din il-mistoqsija u għal xiex sar dan il-ħlas?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-VGH ħallsu l-ammont dovut lill-Gvern kif stipulat fil-kuntratt tal-konċessjoni bejn l-istess partijiet li jinkludu concession fees u ħlasijiet għal servizzi addizzjonali fl-isptarijiet Karen Grech u t’Għawdex.

Sptar Monte Carmeli – persuni b’diżabilità intelletwali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nies b’diżabilità intelletwali li huma residenti fl-Isptar Monte Carmeli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2017 kien hemm 46 persuna b’diżabilità intelletwali li kienu residenti fl-Isptar Monte Carmeli.

Marsaskala – użu ta’ berġa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1884, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’servizz qed toffri il-berġa ta’ Marsaskala, liema ġranet u ħin qed tkun miftuħa u kemm hemm persuni li qed jagħmlu użu minn din il-berġa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2017 kien hemm 1,976 persuni li użaw is-servizz ta’ tabib u 1,936 persuna li użat is-servizz tal-infermiera, ġewwa din l-imsemmija berġa. Ninfurmah ukoll illi mit-30 t’ Awissu tal-2016 l-ġranet tal-ftuħ żdiedu b’ġurnata oħra biex b’hekk il-berġa ta’ Marsaskala bdiet tinfetaħ tliet ijiem fil-ġimgħa (It-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ġimgħa).

Ir-Rabat Għawdex – investiment infrastrutturali f’apparat mediku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ investiment infrastrutturali sar, f'apparat mediku ġewwa ċ-Ċentru Kliniku ta' Triq Enrico Mizzi fir-Rabat, Għawdex mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid fil-preżent min hu responsabbli mit-tmexxija ta' din il-Klinika jekk huwiex il-Gvern jew il-privat u jekk mill-privat min?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent il-Gvern huwa responsabbli mit-tmexxija tal-imsemmi Ċentru Kliniku.

Kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u l-VGH

Question

In vista tar-rapport fis-Sunday Times of Malta tal-4 ta’ Frar 2018 intitolat “'No-risk’ investment for Vitals” jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument jew Annex tal-kuntratt bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare (VGH) li allegatament ipoġġi fuq il-Gvern l-oneru li jħallas lill-VGH €100,000,000 (mitt miljun) flimkien mad-dejn kollu tal-VGH, f’każ li jiġi tterminat il-kuntratt? Jista’ jgħid għaliex ma semma xejn dwar dan il-kuntratt waqt id-dibattitu riċenti fil-Parlament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dokument imsemmi jifforma parti mill-kuntratt li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, partijiet mill-liema kuntratt jinsabu redatti minħabba s-sensittività ta’ ċerta nformazzjoni.

NPICU — sodod

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3428 jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il sodda għandha n-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU)? Waqt il-peak tax-xogħol, dan in-numru jiżdied b’sodod extra? B’kemm l-aktar? Jista’ l-Ministru jagħti l-figuri ta’ kemm żdiedu s-sodod bejn Mejju u Ottubru 2015? Jista’ jagħti l-figuri ta’ kemm żdiedu s-sodod bejn Mejju u Ottubru 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-NPICU hemm 21 sodda/cots għad-dispożizzjoni tal-pazjenti żgħar tagħna. L-average bed occupancy rate kienet ta’ 81% fl-2015 u 87% fl-2016 filwaqt li n-numru ta’ admissions/transfers f’dan il-Unit kien ta’ 449 fl-2015 u 472 fl-2016.

IVFs

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huma l-IVFs li saru fis-snin 2015, 2016 u 2017 xahar b’xahar, u għal kull sena separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2015 saru 311 proċedura tal-IVF. Minn dawn saru 176 proċedura ġewwa Mater Dei u 135 proċedura ġewwa klinika privata. 2015 Mater Dei Jannar 22 Marzu 32 Mejju 26 Lulju 24 Settembru 33 Novembru 39 Total 176 Klinika Privata Marzu 59 Lulju 37 Novembru 39 Total 135 Total 311 Matul l-2016 saru 273 proċedura tal- IVF, li minn dawn saru 202 proċedura ġewwa Mater Dei u 71 proċedura ġewwa klinika privata. 2016 Mater Dei Jannar 29 Marzu 24 April 27 Ġunju 25 Lulju 33 Settembru 25 Novembru 39 Total 202 Klinika Privata Marzu 15 Lulju 32 Ottubru 24 Total 71 Total 273 Nfakkar lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni diġa ġiet impoġġija fuq il-mejda tal-kamra fir-rapporti Annwali tal-Awtorita’ għall-Protezzjoni tal-Embrijun. Din l-informazzjoni hija aċċessibli ukoll pubblikament minn fuq il- website ta’ din l-istess Awtorita’. L-informazzjoni għall-2017 qegħda tiġi kkumpilata u mistennija titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra fiż-żmien li ġej.

Ministeru għas-Saħħa — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu. Ninfurmah ukoll li dawn id-direct orders ingħataw skont l- Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Għawdex – Skola ta’ Barts — xogħlijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi r-raġuni li f’dawn l-aħħar xhur, ix-xogħol fuq l-iskola ta’ Barts f'Għawdex kważi waqaf għal kollox? Min hu responsabbli mill-bini ta' din l-iskola? Meta hu maħsub li titlesta l-iskola ta’ Barts u tibda tintuża mill-istudenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3267.

Sptar San Luqa – Spiżerija tal-Għażla Tiegħek – kuntratt u kundizzjonijet tax-xogħol ta’ cleaners

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettajli dwarha qed jingħataw separatament rigward il-kuntratt u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ cleaners tal-privat, li qed jaħdmu fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek fl-Isptar San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnu hija mpjegata mal-kuntrattur u taħdem skont il-kundizzjonijiet tax-xogħol stipulati fil-kuntratt maqbul bejnha u bejn il-kuntrattur.