Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tax payer talab biex inaqqas it-Taxxa Proviżorja dovuta għal din is-sena bażi s'issa? Kemm kienu għas-snin bażi 2008, 2009 u 2010? Jista' jagħti din l-informazzjoni lokalità, b'lokalità?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ taxpayers li talbu tnaqqis fit-taxxa proviżorja billi ssottomettew PT Reduction Form mill-2008 sa issa, sena b’sena u skont il-lokalità, huwa kif murifit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmat ukoll li l-ammont tat-taxxa proviżorja li tintalab kull sena tkun ibbażata fuq l-
income
dikjarat mit-
taxpayer
sentejn qabel. Għalhekk meta dak li jkun ikun jidhirlu li r-riżultati finali tas-sena li jkun fiha se jkunu aktar baxxi, ikun intitolat li jissottometti PT Reduction Form.
Fil-każ tal-kumpaniji dawn ma ġewx kategorizzati fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra skont il-lokalità minħabba li l-indirizz tal-kumpanija kif inhu miżmum mid-dipartiment mhuwiex rappreżentattiv tal-lokalità propja fejn tinstab il-kumpanija imma tal-lokalità fejn hu l-uffiċċju tat-
tax
representative
tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jagħmilx surveys dwar real median household income? Meta saru mill-2000 'l hawn u kemm kien kull darba?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-passat l-informazzjoni dwar id-dħul tal-familji kienet dejjem tinħareġ mill-Household Budgetary Survey (HBS), bl-ewwel riżultati li jagħtu stimi fuq bażi nazzjonali jinħarġu mill-istħarriġ tas-sena 2000. Mis-sena 2005 beda jintuża l-SILC (Statistics on Income and Living Conditions) bħala sors ewlieni tal-informazzjoni dwar dħul tal-familji f’Malta. Għalkemm jeżistu ċerti differenzi fid-definizzjonijiet bejn l-HBS u l-SILC, dawn iż-żewġ eżerċizzji kapaċi jagħtu stampa ċara tar-real meadian household income f’Malta.
Ir-rapport tal-inkjesta dwar il-VAT jirrakmanda li għandu jsir sforz biex is-sistemi tal-VAT 94 u CET jigu magħluqa għax jidher li dawn is-sistemi qed ifixklu x-xogħol tad-dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid :
X’inhuma l-
arrears of revenue
taż-żewġ sistemi għas-snin 2008, 2009 u 2010?
Kemm minn dawn l-ammonti huma dovuti għal taxxa, penali u interessi?
Għaliex għad hemm sitt kazi mhux deċiżi mit-Tribunal tac-CET meta s-CET spiċċat fl-1999?
Meta saret l-aħħar seduta tat-tribunal tas-CET?
Meta twaqqaf il-bord jew tribunal u min huma l-membri biex jiġu deċiżi sitt kazi biss?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni li qed tiġi mitluba dwar l-arrears of revenue tiġi ppublikata kull sena fir-rapport magħmul mill-Awditur Ġenerali.
Rigward is-sitt każi mhux deċiżi mit-Tribunal taċ-CET, dawn tħallew pendenti mit-Tribunal taċ-CET meta dan skadielu t-terminu.
L-aħħar seduta tat-Tribunal taċ-CET saret f’Jannar 2008.
Bħalissa m’hemmx bord jew tribunal biex jiġu deċiżi dawn is-sitt każi u d-dipartiment qed jipprova jasal fi ftehim mal-persuni konċernati sabiex il-każijiet jiġu konklużi u ma jkunx hemm ħtieġa li jitwaqqaf tribunal ieħor għal perjodu ta’ tliet snin sabiex jiġu deċiżi biss dawn is-sitt każijiet.
Ir-rapport tal-inkjesta dwar il-VAT nnota li fid-Dipartiment tal-VAT il-moral tal-ħaddiema kien wieħed baxx. Aktar min hekk, irrakkmanda li l-image tad-dipartiment kellu jitjieb. Il-Kummissarju ma caħadx li l-Assistant Directors ma kenux involuti fit-tfassil, twettiq u moniteraġġ tal-policies tad-dipartiment fl-għola forum tad-Dipartiment qabel il-każ. Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jitfassal pjan biex isir jew sarx rebranding tad-dipartiment biex jgħolli l-moral tal-istaff u jipprova jirbaħ il-kredibilità fost il-persuni rreġistrati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-management tad-Dipartiment tal-VAT għamel laqgħat ad hoc mal-sssistenti diretturi fejn kienu jintalbu feedback fit-tfassil u t-twettiq ta’ policies tad-dipartiment. Fir-rigward ta’ moniteraġġ tal-policies, dan kien parti mir-responsabilitajiet tal-assistenti diretturi skont il-performance agreement.
Id-dipartiment m’għandux il-ħsieb li għalissa jagħmel proċess ta’
rebranding
.
Fit-twegiba tad-Dipartiment tal-VAT għar-rimarka tal-Bord ta’ inkjesta rigward in-nuqqas ta' accountability u risk awareness at various levels tal-management għandu ċerti riservi dwar il-konklużjonijiet tal-Bord. Id-Dipartiment daħal fil-fond biex juri l-veduti tieghu b’mod partikolari l-obbligi ġodda bid-dħul ta Malta fl-UE li jenħtieg li d-Dipartiment jkun presenti fi Brussels għal diversi kumitati. Aktar minn hekk minħabba nuqqas ta' staff ma kienx hemm persuna waħda li setgħet tagħmel upgrading ta' job descriptions.
Jista' l-Ministru jgħid :
Kemm huwa n-numru ta' safriet li saru minn membri tal-istaff tal-VAT matul is-snin 2008, 2009 u 2010?
X’inhuma il-gradi tal-persuni li attendew?
F’liema fora ħadu sehem?
Kemm-il darba l-istaff ta’ Dar Malta fi Brussels iffurmaw parti mid delegazzjonijiet tal-VAT Department?
Jekk jaqbilx li s-safar min-naħa tad-Dipartiment għandux jiġi razzjonalizzat speċjalment meta ninsab infurmat li hemm speċjalisti fi Brussels innifsu dwar dan il-qasam?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ safriet li saru minn membri tal-istaff tal-VAT fis-snin 2008, 2009 u 2010 kien ta’ 245.
Dawn kienu jikkonsistu f’ laqgħat, normalment ta’ ġurnata, ġewwa Brussell. Dawn il-laqgħat huma:
KUNSILL: Working Party on Tax Questions;
KUMMISSJONI: VAT Committee; Working Party No.1; Standing Committee on Administrative Cooperation (SCAC); Sub Committee on Information Technology(SCIT); Advisory Committee on Own Resources; Fiscalis Committee; Recovery Committee; Eurofisc; Eurocanet; Anti-Tax Strategy Group; Meeting of the Deputy Directors General.
Il-gradi tal-uffiċċjali li jattendu dawn il-laqgħat huma Direttur Ġenerali, Direttur, Assistant Direttur, Project Manager(MITA), Software Developer(MITA), Uffiċcjal Prinċipal Anzjan u Uffiċċjali Prinċipal.
Dawn il-laqgħat jirrikjedu l-attendenza regolari ta’ uffiċċjali involuti direttament fl-amministrazzjoni, fl-operat, fl-infurzar, fl-interpretazzjoni tal-liġi tal-VAT, fl-informatika jew fit-teħid tad-deċiżżjonijiet. Tant li kemm il-kunsill kif ukoll il-kummissjoni jħallsu l-spejjeż tal-vjaġġ. Id-Dipartiment tal-VAT jibgħat biss rappreżentant wiehed f’dawn il-kumitati filwaqt li l-maġġoranza qawwija tad-delegazzjonijiet l-oħra jkunu magħmula minn diversi uffiċċjali ta’ kull pajjiż membru..
Dawn il-laqgħat jirrikjedu
follow-ups
mid-Dipartiment tal-VAT. Għaldaqstant m’huwiex il-każ li għal-laqgħat bħal dawn jattendi biss l-Attachè Fiskali mir-Rappreżentanza ta’ Malta fi Brussell.
Id-Dipartiment tal-VAT jipparteċipa wkoll f’
seminars
ta’ jumejn u nofs sponsorjati mill-Kummissjoni Ewropeja taħt il-Pogramm Fiscalis rigward l-interpretazzjoni u l-implementazzjoni tad-diversi miżuri tad-Direttiva tal-VAT u tar-Regolamentazzjoni tal-VAT kif ukoll
multi-lateral controls
organizzati flimkien ma’ stati membri oħra.
Il-gradi tal-uffiċċjali li normalment jattendu dawn is-seminars huma Direttur, Assistent Direttur,
A
ccountant, Project Manager, Software Developer, Programmer, Uffiċjal Prinċipal Anzjan, Uffiċċjal Prinċipal, Uffiċċjal Assistant Prinċipal, Uffiċċjal Eżekuttiv filwaqt li għall-
multi-lateral
controls jattendu spetturi tal-VAT fil-grad ta’ Uffiċċjal Prinċipal, Uffiċċjal Assistent Prinċipal, Uffiċċjal Eżekuttiv u Skrivan Anzjan.
Fit-tweġiba preċedenti tiegħu d-Dipartiment tal-VAT qed jgħid li sar reklutaġġ ta' ħames accountants u ħames economics officers, jista' l-Ministru jgħid meta ġew ingaġġati dawn l-ufficjali? Jekk illum kienx hemm żieda jew nuqqas fin-numru tan-nies ngaġġati? Jekk ix-xogħol taghhom huwiex relatat mal-kwalifici li għandhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li 2 accountants ġew trasferiti mit-Tax Compliance Unit fis-6/5/2009 u fis-7/7/2009, rispettivament, filwaqt li 3 accountants ġew ingaġġati permezz ta’ 2 sejħiet għal applikazjoni fis-27/1/2010, fl-1/2/2010 u fl-24/5/2010, rispettivament.
L-
Economics Officers
ġew ingaġġati b’sejħiet fil-25/1/2010, fl-1/2/2010, fid-19/4/2010, fit-3/5/2010 u fil-15/12/2010, rispettivament.
Ninsab infurmat wkoll li n-numru ta’ nies impjegati fid-Dipartiment tal-VAT naqas u għalkemm ħarġu sejħiet għal spetturi tal-VAT, dawn ma kienux imtlew għax ma nstabux kandidati addattati biex jimlew il-vakanzi.
Minkejja li kien hemm żieda fin-nies ingaġġati kien hemm 21 uffiċċjali oħra li telqu mid-Dipartiment għaliex jew ħadu ħatriet oħra jew tkeċċew jew għax irtiraw bil-pensjoni.
Tarxien, Triq il-Witja — Problema ta' bozza ta' barra
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27947, jista' l-Ministru jara li għalkemm xi nies mill-Korporazzjoni Enemalta ġew isewwu l-problema, ftit tal-ġranet wara reġgħet ġiet ikkawżata l-istess ħsara? Jista' l-Ministru jara li dan il-każ jiġi solvut?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-klijent ġie mitlub biex jiċċekja l-istallazzjoni tiegħu u jinforma lill-Enemalta bir-riżultat.
Jista' l-Ministru jgħid x'konsiderazzjonijiet serji saru biex fl-iskema ġdida li ħadet post dik tar-residenza permanenti ta' qabel, jinħolqu kondizzjonijiet favorevoli li waqt li jgħalqu l-lok għall-abbuż, jibqgħu vantaġġjużi u iżjed attrajenti minn dawk li huma kompetituri tagħna f'dan il-qasam bħal Ċipru u l-Portugall?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28298.
Huwa interessanti li l-Onor. Interpellant jagħżel li jqabbel lil Malta ma’ Ċipru u l-Portugall, żewġ pajjiżi li sabu ruħhom f’diffikultajiet finanzjarji kbar, li kellhom jiġu rimedjati b’miżuri ta’ awsterità, u li fil-każ tal-Portugall xorta kienet teħtieġ
bail-out
mill-Unjoni Ewropea u l-Fond Monetarju Internazzjonali. Infakkar lill-Onor. Interpellant ukoll illi Ċipru ma tinsabx fiż-żona Schengen.
Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet saru mal-partijiet involuti fis-settur privat tal-proprjetà fil-ħolqien tal-iskema l-ġdida biex tħajjar residenti barranin lejn Malta u Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul il-proċess, il-gvern ikkonsulta regolarment lil stakeholders ikkonċernati, fosthom il-Malta Developers Association, il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija, l-Institute of Financial Services Practioners, kif ukoll ma’ kumpaniji oħra, Maltin u barranin li joperaw fis-settur, u numru ta’ entitajiet governattivi oħrajn.
Jista' l-Ministru jgħid fl-iskema l-ġdida li nħolqot biex tħajjar barranin jixtru u jgħixu f'Malta u f'Għawdex, kemm ingħatat konsiderazzjoni għall-bosta propjetà ġdida li nbniet għall-klijenti tal-iskema kif kienet qabel ġiet sospiża fil-Milied 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-oġġettiv tal-iskema huwa li jattira lejn pajjiżna individwi li jħallu impatt pożittiv fuq l-ekonomija tal-pajjiż mingħajr ma jkunu ta’ piż fuq it-taxpayer. Għandu jkun imfakkar li l-iskema preċedenti kienet teżiġi pagament ta’ taxxa ta’ €4,193 biss. Għall-kuntrarju, skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea, wara ħames snin, resident permanenti jkun eliġibbli għal kura tas-saħħa b’xejn, edukazzjoni b’xejn barra il-benefiċċji l-oħra kollha li l-Istat Malti jagħti lir-residenti Maltin, minn vantaġġi fiskali u dawk marbuta mal-VISA. Dan kien qed ifisser spiża li kellha titħallas mill-pajjiż u għalhekk mit-taxpayer.
L-impatt tal-iskema ta’ residenza li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, kien ferm limitat fuq ix-xiri ta’ proprjetà. Filfatt, in-numru ta’ barranin f’Malta li xtraw proprjetajiet fl-aħħar erba’ snin jammontaw għal 3,457. Minnhom, 123 biss huma residenti permanenti. Dan jikkonferma li s-settur tal-proprjetà ma kienx qed jiddependi minn din l-iskema.
Għall-kuntrarju, il-Gvern introduċa numru ta’ inizjattivi u skemi li attiraw barranin li xtraw proprjetà f’pajjiżna. Dawn jinkludu inċentivi mmirati għal residenti temporanji u incentivi li japplikaw għal persuni li mhumiex residenti. Aktar minn hekk, din is-sena ġiet introdotta wkoll il-
highly qualified persons scheme
li qed tattira numru ta’ persuni kwalifikati fis-servizzi finanzjarji. Barra minn hekk, it-trasformazzjoni ekonomika li seħħet fil-pajjiż fl-aħħar snin fissret il-ħolqien ta’ bosta impjiegi ta’ valur miżjud għoli f’setturi bħas-servizzi finanzjarji u l-
e-gaming
. Dawn is-setturi ħolqu eluf ta’impjiegi aħjar għaċ-ċittadini Maltin, iżda attiraw lejn xtutna numru ta’ barranin ukoll.
L-iskema l-ġdida toffri benefiċċji importanti għall-barranin li jagħżlu li jiġu jgħixu f’pajjiżna, pero daħlu numru ta’ provedimenti li jassiguraw lit-taxpayer Malti, li dawn veru
high net worth individuals
, u mhux kif kien qed jiġri taħt l-iskema l-antika li bl-iskuża sempliċi ta’ xiri ta’ proprjetà jidħlu f’pajjiżna nies li mhux daqstant desiderabli.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ tal-valur tat-taxxi miġbura mill-Gvern (inkluż taxxa tad-dħul, VAT, dazju u sisa) meta mqabbel mal-Gross Domestic Product tal-pajjiż għas-snin 2000 sa 2010, kull sena separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat iili l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandu joħroġ news release Tax Revenues: 2010, u għaldaqstant din l-informazzjoni ma tisgħax tingħata għalissa.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Below the line account
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-below the line account f'kull l-aħħar tax-xahar matul l-2011 fid-dekasteru tiegħu? Jista jgħid kif qed jintużaw l-fondi li qegħdin fil-below the line account?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal-liema below the line account qed jirreferi.
Għawdex — Nefqa fuq iż-żona industrijali tax-Xewkija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus intnefqu fl-2010 u din is-sena sal-lum fuq iż-żona industrijali tax-Xewkija, Għawdex? Jista' jgħid fuqiex intnefqu dawn il-flus?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2010 u l-2011 intefqu total ta €556,520.05 għat-titjib taż-żona industrijali tax-Xewkija. Dawn intefqu kif muri hawn taħt:
€
· Repairs and Maintenance 158,442.13
· Upgrading 62,951.40
· Improvements 335,126.52
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar fl-2010 u din is-sena sal-lum biex jitwaqqaf micro-enterprise park fix-Xewkija, Għawdex? Kemm flus pubbliċi/Ewropew intnefqu din is-sena fuq dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 20372.
Ninsab infurmat li l-Malta Industrial Parks qiegħda tipprepara disinni dettaljati għall-konsultazzjonijiet ġodda mal-MEPA u partijiet oħra interessati fil-progress tal-proġett. Qed jiġi ppreparat ukoll
tender
Design, Build and Transfer
.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28670 u ċioe: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27787, jista' l-Ministru jgħid jekk il-flus mill-bejgħ tal-Holiday Inn marrux għand l-Air Malta, il-banek u l-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-flus mill-bejgħ tal-Holiday Inn marru skont kif kien stipulat fil-kuntratt ta’ bejgħ li kien maqsum f’diversi partijiet kif ġej:
(i) It-terminazzjoni tal-konċessjonijiet emfitewtiċi li kien tah l-Gvern lil Tignè Developments Ltd, kumpanija sussidjarja tal-Air Malta. Hawnhekk il-Gvern ħallas lil din il-kumpanija is-somma ta’ €29,185,150.60 (Lm12,500,000). F’dan il-każ tħallset lill-vern is-somma ta’ €3,494,060.10 (Lm1,500,000) f’taxxa għall-qliegħ kapitali.
(ii) Bejgħ ta’ proprjeta’ lil Gap Developments plc. F’dan il-każ tħallset is-somma ta’ €54,274,400.12 (Lm23,300,000) lil Gvern. Tħallset ukoll is-somma ta’ €2,713,720.01(Lm1,165,000) taxxa fuq id-dokumenti mill-kumpanija.
(iii) Għoti ta’ emfitewsi temporanju lil Gap Developments plc. Apparti ċ-ċens annwali, tħallset it-taxxa fuq dokumenti fl-ammont ta’ €259,026.32 (Lm111,200) lill-gvern.
(iv) Kien hemm ukoll it-trasferiment ta’
shares
bejn l-Air Malta u Gap Developments plc.Għal dan it-trasferiment Gap Dev ħallsu s-somma ta’ €20,882,832.52 (Lm8,965,000) lil Air Malta. Hallsu wkoll d-dejn pendenti tal-kumpanija Tigne’ Developments plc li kien jammonta għal €9,464,244.12 (Lm4,063,000) bħala
share holder loans
lil Air Malta, €2,852,718.00 (Lm1,224,671.84) f’interessi akkumulati u €1,185,651.01 (Lm509,000) self ma’ kredituri oħra. F’dan il-każ it-taxxa fuq id-dokumenti mħallsa mill- Gap Developments plc kienet tammonta għal €417,656.65 (Lm179,300) , waqt li t-taxxa fuq id-dħul Kapitali mħallsa mill-Air Malta kienet tammonta għal €208,830.65 (Lm89651).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa attwali kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat u jgħid ukoll din in-nefqa kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali mill-istess Fond fl-2010 u din is-sena sa Settembru?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi tali informazzjoni li qed tintalab ma tirriflettix l-investiment li jgawdi l-poplu Għawdxi u dak Malti b’daqshekk distinzjoni, billi ċertu proġetti kapitali li jsiru Malta huma ukoll ta’ benefiċċju għall-Għawdxin. Madankollu t-tabella mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali f’Għawdex u f’Malta separatement ta’ Fondi Ewropej u jgħid din in-nefqa f’Għawdex kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali ta’ fondi Ewropej fl-2010 u din is-sena sa Settembru? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont il-Programm Baġitarju tal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm investiment barrani dirett f’Għawdex fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Marzu, fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.