Ħ’Attard – Triq Santa Katarina, Triq Durumblat u Triq tat-Torba — Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu ppjanat li ser idum sabiex jitlesta x-xogħol fi Triq Santa Katarina, Triq Durumblat u Triq tat-Torba Ħ'Attard u jingħata t-tarmac?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl li l-kostruzzjoni tas-servizzi għall-parti tat-triq tat-Torba f’Ħ’Attard, huma fil-fażi finali li jitlestew, parti minn din it-triq imsemmija huma pjanati li jingħataw l-asfalt fil-ġimgħat li ġejjin. Servizzi proposti u tħejjijiet fuq id-disinn jinsabu għaddejjin ukoll, bix-xogħlijiet għandhom ikunu konklużi bl-asfalt iktsr tard din is-sena.
Ħ’Attard – Triq Santa Katarina – Tisbiħ tas-Central Strip
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir xogħol ta’ tisbiħ tas-Central Strip ta’ Triq Santa Katarina Ħ'Attard wara li din tinsab f'telqa minħabba xogħlijiet li saru fl-istess triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li ġew konklużi ftit mis-servizzi proposti għall-parti tat-Triq Santa Katerina, trinek miftuħa ġew mimlija biex b’hekk tkun tista’ tinfetaħ għad-direzzjoni tat-traffiku kif kienet qabel ma bdew ix-xogħlijiet. Dan sakemm għaddejjin xogħlijiet oħra f’parti minn Triq Pantar u Triq it-Torba. Wara li jitlestew xogħlijiet f’din il-parti tat-triq, il-parti inizjali terġa’ tingħalaq biex isiru xogħlijiet aħħarija fiha, li jinkludu xogħlijiet ta’ skavar, mogħdija ta’ servizzi, telekomunikazzjoni, u tibdil ta’ bankini.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-investigazzjoni interna sħiħa li saret minn Transport Malta relatata ma’:
a. l-offerta tal-RHIBS;
b. kontravenzjonijiet nieqsa mit-Taqsima tal-Infurzar Marittimu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kopja tar-rapport għadda fl-intier tiegħu lill-Pulizija.
Ħal Tarxien — Triq il-Kbira - Miżuri minħabba sewqan eċċessiv
Question
Jista’ l-Ministru jikkonsidra li ġewwa Triq il-Kbira f’Ħal Tarxien jiġu installati sleeping policemen peress li matul il-lejl qed ikun hemm każijiet ta’ sewqan eċċessiv?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni attwali fuq is-ship to shore electricity supply fi ħdan il-Freeport u meta huwa mistenni li dan ikun komplut?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Peress li l-istudji fuq il-kwalità tal-arja li saru fis-sena 2018 urew li sas-sena 2023 il-livelli ta’ particulate matter bejn Ħ’Attard u Ħal Balzan kienu ser jiżdiedu b’278% jekk ma tinbeniex is-Central Link u kienu se jonqsu b’66% jekk tinbena s-Central Link, issa li l-proġett tas-Central Link tlesta, dawn l-istudji ġew konfermati? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma fil-fatt il-livelli ta’particulate matter bejn Ħ’Attard u Ħal Balzan?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru studji biex jiġu annalizzati ir-riżultati tal-proġett ta’ Central Link Project’.
Jista' l-Ministru jagħti 'udpate' fuq il-petizzjoni rigward it-'traffic management' fl-Imġarr imsemmija bħala: Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management aħjar fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16784.
Transport Malta – Policy tal-irtirar qabel il-65 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy għal dawk l-impjegati ta' Transport Malta li jilħqu l-età tal-irtirar qabel il-65 sena? Jista’ jgħid jekk hux l-impjegati kollha jiġu mġedda għal sena, jew jiddependi mill-individwu? Jista’ jgħid ukoll x'inhuma l-kriterji li bihom persuna titħalla tkompli u ħaddieħor le? Kien hemm tibdil f'din il-policy fl-aħħar tliet snin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il roadblock sar minn Transport Malta, separatament għal kull lokalità f'Malta u f'Għawdex, għal kull xahar minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Enforcement Units f’ Transport Malta, b’mod regolari jagħmlu Road Checks kontinwi fuq vetturi li jinsabu fit-toroq. Barra minn hekk Transport Malta jassistu wkoll lill-awtoritajiet oħra meta jkun hemm il-ħtieġa għas-servizz tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed joħorġu permessi tal-Light Passenger Transport System (LPTS) Y-Plates fejn is-sit li jkun ġie reġistrat għal parkeġġ mhux fit-triq ikunu supermarkets u/jew parking areas kummerċjali? Jekk iva, jista' jgħid kemm hemm minn dawn il-permessi fuq siti ta' dan it-tip? Jista' jgħid ukoll jekk dawn il-parking spaces humiex dedikati matul il-ġurnata kollha għal dawn il-vetturi kif jitolbu r-regolamenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta qiegħda toħroġ il-liċenzja tal-operatur għal servizzi ta’ ġarr ta’ passiġġieri b’vetturi żgħar (Y-plates) skont il-provvedimenti taħt Taqsima II tal-leġislazzjoni sussidjarja 499.68. Is-sit fejn jiġu ggaraxxjati dawn it-tip ta’ vetturi jrid ikun dikjarat mill-operatur u kkonfermat mill-Perit fir-rapport tiegħu li għandu l-permessi rilevanti tal-awtorità tal-ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tag falza ġiet maqbuda minn Transport Malta, u kemm-il persuna tressqet il-Qorti fuq falsifikar ta’ dan id-dokument uffiċjali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16803, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet, jekk hemmx kumplikazzjonijiet u jekk hux fi stadju li jagħti data definittiva ta' meta ser ikunu qed jitlestew ix-xogħlijiet fit-Triq Stefano Erardi fl-Iklin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Stefano Erardi fl-Iklin ġiet indikata mis- Sovrintendenza tal-Patrimonju Kultarali (SCH) li hija sensittiva minħabba l-possibilta’ ta’ sejbiet arkeoloġiċi taħt l-art. Għaldaqstant ix-xogħlijiet tat-tqattigħ tat-trinek saru taħt il-ħarsien tal-monitor kif indikat mill-SCH, fejn dawn tnaddfu u tħejjew għall-ispezzjonijiet biex jiġu ċertifikati li x-xogħlijiet jistgħu jitkomplew.
S’issa saru xogħlijiet relatati ma’ servizzi tal-ilma, b’ħafna mill-meddet tal-ilma fil-parti t’isfel tat-triq tlestew. Tlestiet ukoll il-ħidma fuq it-tiswija tad-drenaġġ. Iżda fil-parti tat-triq minn kantuniera ma’ Triq Ċensu Bugeja sa kantuniera ma’ Triq il-Kalkara kellhom jieqfu ħesrem minħabba sejba ta’ ġibjun li aktarx imur lura għal Żmien Ruman. Is-Sovrintendenza ġiet notifikata b’din l-iskoperta u qed titwettaq ħidma skont direzzjoni u linji gwida mill-SCH biex tiġi ppreservata din l-iskoperta. F'dan l-istadju, din is-sejba tagħmilha diffiċli biex tiġi determinata data ta’ tlestija għaliex qabel jissukktaw ix-xogħlijiet, l-ewwel irid jitlesta ix-xogħol ta’ konservazzjoni u restawr.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding (MoU) li ġie iffirmat fil-15 ta’ Mejju 2021 biex il-club li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ikollhom grawnd tal-futbol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding (MoU) mitlub.
Transport Malta — Maritime Enforcement Unit - Ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18091 u jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-Maritime Enforcement Unit fi ħdan Transport Malta mill-2020 sal-2023, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’irriżulta minn kull ċitazzjoni, jekk tħallsux, jekk intilfux, jekk ġewx appellati jew jekk ġewx preskritti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar laqgħa tal-Bord tal-Inġiniera li saret? Jista' jgħid ukoll meta hemm il-ħsieb illi jappunta l-membri fuq dan il-bord?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Board tal-Inġiniera huwa appuntat.