Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – reklamar fuq Facebook — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u Dipartiment fi ħdan l-istess Ministeru, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku entità kienet il-Planning Authorityċ li għamlet in-nefqa’ ta’ €529.03fuq reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu msemmi.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jsir xogħol fuqhom mill-Gvern fil-lokalità ta’ Birkirkara matul is-sena 2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirrizultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jsir xogħol fuqhom mill-Gvern fil-lokalità ta’ Ħal Balzan matul is-sena 2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ nterventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirrizultaw.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju u t-2 ta' Ġunju?
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ix-xogħol fuq il-moll ta’ Baħar iċ-Ċagħaq (Naxxar) beda fil-perjodu tal-elezzjoni ġenerali 2017 iżda waqaf ftit wara l-istess elezzjoni? Jista’ jgħid jekk hux se jitkompla x-xogħol u meta? Minħabba li dan ix-xogħol qed joħloq inkonvenjent lil min iniżżel opri tal-baħar mill-inħawi, jista’ l-Ministru jgħid meta biħsiebu jitlesta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Ono. Interpellant li l-ewwel fażi tax-xogħlijiet fuq il-moll ta’ Baħar iċ-Ċagħaq tlestiet, u l-islipway infetħet għall-użu tal-pubbliku. Il-kumplament tax-xogħlijiet, li jinkludu l-upgrade tal-moll eżistenti, se jitkomplew wara s-sajf sabiex jiġi evitat kull inkonvenjent għal min iniżżel l-opri tal-baħar mill-imsemmija slipway.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jsir xogħol fuqhom mill-Gvern fil-lokalità tan-Naxxar matul is-sena 2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jsir xogħol fuqhom mill-Gvern fil-lokalità tal-Mellieħa matul is-sena 2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jsir xogħol fuqhom mill-Gvern fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar matul is-sena 2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ nterventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jsir xogħol fuqhom mill-Gvern fil-lokalità tal-Iklin matul is-sena 2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li bħalissa qed isir xogħol ta’ titjib f’parti minn Triq in-Naxxar, bejn iċ-Ċimiterju u r-roundabout. Sadanittant, Transport Malta qed taħdem fuq lista aġġornata ta’ interventi fil-lokalitajiet rispettivi li jkunu qed isiru skont il-prijoritajiet li jirrizultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jsir xogħol fuqhom mill-Gvern fil-lokalità ta’ Ħal Lija matul is-sena 2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ nterventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Dipartiment tal-Artijiet — Każijiet ta’ permuta ta’ art
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-każijiet kollha ta' permuta ta' art li saru mid-Dipartiment tal-Artijiet fl-2016 u fl-2017 s'issa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm żewġ permuti fis-sena 2016 li kienu tpartit ta’ dritt ta’ kumpens ma’ proprjetà li kienet ġiet espropjata mingħand l-istess sidien. Fis-sena 2017 ma saret ebda permuta. Qiegħed npoġġi kopja tat-tabella tal-permuti inkwestjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Regolamenti dwar l-Immaniġġar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni – eżenzjonijiet f’żoni turistiċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw eżenzjonijiet mir-Regolamenti tal-2007 dwar l-Immaniġġar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni (Avviż Legali 295 tal-2007) sabiex ikunu jistgħu jitkomplew xogħlijiet ta' twaqqigħ u/jew skavar f'siti li jinsabu f'żoni turistiċi fil-perjodu bejn il-15 ta' Ġunju 2017 u t-30 ta' Settembru 2017? Jista' l-Ministru jagħti lista tas-siti u tal-lokalitajiet li għalihom ingħataw l-imsemmija eżenzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 746, qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. L-Informazzjoni hija miġbura mid-dipartimenti tal-Building Regulation Office li jifforma parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu bejn il-15 ta' Ġunju 2017 u t-30 ta' Settembru 2017.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma, fejn u f’liema stadju jinsabu applikazzjonijiet quddiem il-MEPA, illum il-Planning Authority, għall-bini ta' lukandi ġodda jew estensjonijiet fil-lokalità tal-Mellieħa?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 811, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ applikazzjonijiet li ġew ivvalidati jew ippublikati u qegħdin quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini ta’ lukandi ġodda jew estensjonijiet tal-istess.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijet li ġew ivvalidati u /jew ippublikati u li għadhom mhux deċiżi u għandhom fil-proposta tagħhom waħda mill-kelmiet segwenti:
· Lukanda/i
· Hotel/s
Fid-dawl tal-fatt li l-lokalità tal-Mellieħa (Manikata inkluża) qed titlef b'mod allarmanti l-karatteristiċi uniċi tagħha (b'mod partikolari minħabba ħruġ ta' permessi varji bla rażan fosthom dawk għall-bini sfrenat) jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet sabiex jinbeda b'mod immedjat proċess mill-MEPA, illum il-Planning Authority u awtoritajiet oħra kompetenti sabiex jitħejja pjan ħolistiku għal din iż-żona f'Malta? Dan sabiex fil-Mellieħa u l-Manikata jigu salvagwardjati bis-serjetà l-patrimonji Nazzjonali, il-wirt storiku kif ukoll il-ġmiel naturali u ambjentali.
Response (BORG, IAN)
Mill-2013 'l hawn il-gvern approva pjan strateġiku ġdid, l-iSPED, approva linji gwida għal żvilupp f'żoni urbani, DC15, u approva numru ta’ policies oħra fosthom ir-Rural Policy and Design Guidelines, li flimkien jiffurmaw qafas ta’ politika ġdida tal-iżvilupp inkluż għaż-żona msemmija. Hemm ukoll skedat estensiv taż-żoni rurali u kostali ji jħares il-patrimonju kulturali u naturali.
Barra minn hekk il-Pjan Lokali tal-Majjistral approvat fl-2006 huwa dokument prinċipali li fuqu jkunu bbażati d-deciżjonijiet tal-awtorità u għalhekk l-iżvilupp li qed iseħħ illum huwa fil-qafas ta' policy li ġiet fis-seħħ fl-2006 u mhux riżultat ta' xi bidla fil-politika għaż-żona tal-Mellieħa.
Imqabba – Sqaq l-Isptar għal Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija – triq asfaltata
Question
Jista’ l-Ministru kkonċernat jgħarraf lil din il-Kamra meta se tiġi asfaltata t-triq il-ġdida li ġiet miftuħa minn Sqaq l-Isptar u li tagħti għal Triq il-Konvoj ta' Santa Marija fl-Imqabba?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali ta’ Transport Malta se jagħmlu spezzjoni u rapport dwar it-triq imsemmija.
Birżebbuġa, Żurrieq, Ħal Safi, Qrendi, Imqabba, Ħal Kirkop u Ħal Farruġ – toroq rurali — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 582 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jindika liema huma t-toroq rurali li hemm ippjanat li jsiru matul dawn it-tnax-il xahar li ġejjin fil-lokalitajiet ta' Birżebbuġa, Żurrieq, Ħal Safi, Qrendi, Mqabba, Ħal Kirkop u Ħal Farruġ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jeżistu numru ta’ toroq madwar il-pajjiż kollu li jifurmaw parti mill-applikazzjoni ta’ Malta għal fondi Ewropej fuq toroq rurali suġġett għall-approvazzjoni u l-fondi neċessarji.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 583 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il speed camera hawn f'Malta u Għawdex? Jista’ jagħti d-dettalji ta' kemm-il kontravenzjoni nqabdet minn kull speed camera f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, xahar b’xahar?
Response (BORG, IAN)
1) Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispeed cameras li hawn Malta u Għawdex huma dawn tal-lista:
St Andrews Road/Coast Road (in the vicinity of White Rocks)
Mdina Road, Zebbug
Notary Zarb Road/Valletta Road, Attard
Regional Road, St Julians
Mriehel By Pass, Qormi
Burmarrad Road, Burmarrad
Hal Far Road, Gudja
Tal-Barrani Road, Zejtun
Santa Venera Tunnels, Santa Venera
B'Kara By Pass, Birkirkara
Mdina Road off/ j/w Triq il-Helsien area, Qormi
Triq Mons. Mikiel Azzopardi, Siggiewi
St Paul's Bay By Pass, St Paul's Bay
2) Il-LESA hija l-entità responsabbli mill-immaniġġjar tal-kontravenzjonijiet ta’ dawn l-ispeed cameras, għaldaqstant it-tieni parti tal-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 741 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-karigi l-ġodda fl-Awtorità tal-Artijiet li ġew assenjati lill-ħaddiema li kienu fid-Dipartiment tal-Artijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda kariga ġdida assenjata lill-ħaddiema li kienu fid-Dipartiment tal-Artijiet. Sar ezerċizzju ta’ assimilazzjoni fl-istruttura tal-gradi tal-awtorità.