Jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-ħsara li kienet ġarrbet il-mitħna tax-Xarolla fiż-Żurrieq madwar sena ilu kif ukoll meta hu maħsub li tkun irranġata l-istess mitħna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninstab infurmat li l-ħsara li ġarrbet il-Mitħna tax-Xarolla kienet tikkonsisti fit-tkissir tal-paletti u l-apparat l-ieħor li hemm fuq barra tal-mitħna. L-apparat li hemm fuq ġewwa ma ġralu l-ebda ħsara, u lanqas ma kien hemm ħsarat identifikati fl-istruttura.
Hu maħsub li x-xogħol identifikat jitlesta sa' Ġunju 2010.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il monument hawn storjat ġo xi garage bħalma hu l-Monument tas-Sette Giugno? Jista' jgħid jekk sakemm dan il-monument qiegħed storjat sarulux spezzjonijiet minn esperti biex jaraw jekk għandux bżonn manutenzjoni fuqu jew tiswijiet neċessarji ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-monumentt tas-Sette Giugno hu l-uniku monument li qiegħed jinżamm fl-imħażen tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Iva, diġà saret spezzjoni minn restawraturi mqabbda mill-VRP biex jevalwaw il-ħteġijiet ta' restawr u/jew tiswijiet neċessarji u mistenni li x-xogħlijiet identifikati biex jirrimedjaw dawn il-ħtegijiet jkunu esegwiti fuq is-sit fil-ġimgħat li ġejjin.
Proċess tat-Tieni Komunikazzjoni ta' Malta dwar it-Tibdil fil-Klima
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji preċiżi lil din il-Kamra f'liema stat wasal il-proċess tas-sottomissjoni tat-Tieni Komunikazzjoni ta' Malta dwar it-Tibdil fil-Klima taħt ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tħejjija tat-Tieni Komunikazzjoni ta' Malta dwar it-Tibdil fil-Klima taħt ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda għada mhix konkluża iżda qiegħda di stat avvanzat. L-abbozz kien ippreżentat lill-Kabinet u fil-ġranet li ġejjin se jkun konkluż.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14359 u 13425 u jagħti rendikont dettaljat tal-progress li sar fil-Park tal-Majjistral?
Jista' jinvestiga u jirraporta dwar ilmenti f’sezzjonijiet tal-istampa li ċerti rappreżentanti tal-għaqdiet mhux governamentali ġieli qed jiġu ffaċċjati minn deċiżjonijiet amministrattivi meħudin miċ-Chairperson f’mod arbitrarju?
X’passi konkreti ttieħdu biex jiġi implimentat il-pjan biex fil-park nazzjonali ma jidħlux vetturi bla ebda kontroll? X’passi qed jittieħdu biex is-sit ma jibqax jintuża għar-rimi tal-iskart u jkollu jitnaddaf regolarment?
Kemm qed jkollhom say effettiv ir-rappreżentanti tal-għaqdiet ambjentali fl-immaniġjar tas-sit?
X’inhi il-pożizzjoni attwali tal-kaċċa f’dan is-sit? Ġiet solvuta u jekk iva, kif?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Fil-Park tkomplew ix-xogħlijiet ta’ indafa u anki tkomplew jinżergħu sigar. Ma naqsux li jitkomplew ukoll il-'guided tours' minn persuna li taħdem mal-Park.
Kull deċiżjoni li titieħed issir bi qbil bejn il-membri tal-Bord kollu u hemm indikazzjoni li s’issa kien hemm qbil mill-maggoranza tal-Bord fuq kull ħaga li saret fil-Park.
Bħal issa qed isir l-aħħar xogħlijiet biex eventwalment ikun regolat l-access fil-Park. Fil-ġejjieni qasir ser inkunu nistgħu nħabbru din il-miżura fil-pubbliku. Il-Bord għamel rapport dettaljat dwar kif dan l-aċċess għandu jkun regolat. Ninsab infurmat li f'dawn il-jiem ser issir laqgħa pubblika ta' konsultazzjoni mar-residenti tal-Manikata u diġà ħarġu diversi avviżi sabiex inkisbet l-informazzjoni ta’ dawk kollha li għandhom interess ta’ aċċess għall-Park.
Preżentement qiegħda tkun evalwata l-istallazzjoni ta' CCTV’s barra mis-servizzi tal-gwardjani lokali u l-pulizija biex jissuperviżżaw il-Park biex jitrażżnu l-abbuzi.
L-Għaqdiet interessati huma mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom fil-liberta kollha dwar dak kollu li jixtiequ li jitwettaq fil-Park.
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 14880 u 14641 li saret lill-Minsitru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jekk il-fuel li jittella' Għawdex għall-fini ta' bunkering huwiex qed jitla' permezz ta' trakkijiet u braken liċenzjati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Awtorità tilliċenzja 'jobbers' skond LN 53/2010. MRA qegħda fil-proċess li tikteb lil kull operatur biex jirreġistra l-trakkijiet tiegħu/tagħha skond il-ligi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14887 u jgħid x'passi ttieħdu dwar irregolaritajiet li l-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2008 sab li twettqu, meta l-Ministeru tal-Affarijiet Rurali u tal-Ambjent li kien immexxi minnu ħallas €760,000 għal numru ta' servizzi u konsulenzi minkejja li ma kienu ffirmati l-ebda kuntratti ma’ min irċeva dawn il-ħlasijiet, waqt li ħallas ukoll €270,000 fuq numru ta' kuntratti minkejja li dawn l-istess kuntratti kienu ilhom li għalqu għal numru ta' snin ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Triq Xlendi u Triq Ta' Pinu — proċess ta' tendering
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14838 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u 14472 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux minnu li fil-proċess ta' tendering fuq Triq Xlendi u Ta' Pinu, il-kuntratturi kollha ġew skwalifikati ħlief il-J.P.F u l- Goudos Joint Ventures? Jista' inoltre jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-kumpaniji u tal-kuntratturi li jiffurmaw l-imsemmija joint ventures?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14837 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u 14471 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġew riferuti lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri tal-Bord ta' Evalwazzjoni li evalwa l-kuntratti għax-xogħlijiet fuq Triq ta' Pinu u tax-Xlendi rispettivament kif ukoll il-Curriculum Vitae ta' kull membru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Ministeru għar-riżorsi u affarijiet rurali — kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf l-Onorevoli interpellant li tingħata risposta f' seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12758, jista' l-Ministru jikkonferma għaliex impjant state of the art bħal TTF ma jistax jinċinera id-demm fil-biċċerija? Jista' jagħti l-każ li m'hemmx apparat available? X'passi ttieħdu wara li irriżulta li kien sar dumping tad-demm fis-sewer system?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'Seduta oħra
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13445, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex issir inċinerazzjoni tal-chemicals fl-impjant tal-Marsa? X'inhuma r-rati li qed jiġu applikati? Jista' jagħti l-każ li r-rati u l-proċeduri kkumplikati jistgħu qed iservu ta' deterrent għall-ambjent billi jista' għadu qed jsir dumping illegali tal-iskart kimiku minħabba dawn il-fatturi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskart kimiku jiġi aċċettat wara li jinħareg permess mill-MEPA wara li ssir l-analiżi meħtieġa. Min jittransport dan l-iskart irid ikollu permess specjali maħruġ mill-MEPA li jawtorizzah jgorr skart perikoluz. Ir-rata applikabli għal l-inċenerazzjoni ta' dan it-tip ta’ skart hija ta’ €500 kull tunellata. Il-prinċipju li wieħed iħallas għas-servizz ta' disponiment ta’ l-iskart kien iddaħħal f’pajjizna f’Ottubru ta’ l-1997, bil-L.N 128. Matul dawn it-13-il sena, il-pubbliku Malti eduka ruħu u sar aktar konxju li għandu jirrispetta l-ambejnt. Għaldaqstant huwa meħtieġ illi sussidji li jinkoraggixxu l-ġenerazzjoni ta’ l-iskart għandom jitnehhew u l-prezz ta' prodott jew servizz għandu jkopri l-ispiza involuta biex l-istess skart ġenerat fil-proċess jiġi trattat u/jew dispost b'rispett għall-ambjent li wara kollox huwa wirt ta' kulħadd.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-cutting plant fil-biċċerija tal-Marsa ġiex approvat mir-regolaturi kkonċernati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-'cutting plant' fil-biċċeria hu mgħammar bl-aħħar teknoloġija u hu meqjus bħala impjant ‘state-of-the-art’ għal użu tiegħu. Iżda, jien
infurmat illi l-prattiċi wżati fil-proċess tal-operat iridu jiġu konformi ma’ dawk rikjesti mill-UE.
Inċineratur tal-Marsa — bio diesel jew heavy fuel oil
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-inċineratur tal-Marsa huwiex jaħdem il-ħin kollu fuq bio diesel jew inkella huwiex jintuża ukoll heavy fuel oil?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-inċineratur jkollu bżonn id-diesel biss meta ma jkunx hemm materjal x’jigi trattat. Bl-investiment addizjonali li sar, jista' jingħad illi l-
incineratur jista' jieħu tipi differenti ta’ skart ħalli l-konsum fjuil ikun limitat kemm jista jkun.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14614 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u u jara għaliex l-individwu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għamel is-solar heater, applika għar-rebate u għadu qed jistenna biex jingħata dan ir-rebate? Jista' jgħid fiex wasal dan il-każ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-pagament tal-grant fuq ix-xiri ta' solar water heater inħareġ lill-individwu konċernat nhar it-22 ta' Diċembru 2009 fuq ċekk numru 46395.
Rapporti relatati mal-proċess ta' restawr tas-swar u fortifikazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tekniċi kollha (ossija r-rapporti li jispjegaw b'mod tekniku x'għandu jsir u kif se jsir) relatati mal-proċess ta' restawr tas-swar u fortifikazzjonijiet skont kif imħabbar fl-aħħar xhur? Min għamel dawn ir-rapporti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn id-dokumenti huma voluminużi ħafna u nitlob lil Interpellant illi jekk hu interessat nagħmillu l-arranġamenti neċessrji ħalli jkun jista jarahom
ħlas għall-pjanti, proposti u suġġerimenti għall-Bieb il-Belt
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-Gvern f'dawn l-aħħar 20 sena sabiex jkun jista' jagħmel pjanti, proposti u suġġerimenti ta' kif għandu jinbidel u jinbena mill-ġdid Bieb il-Belt u l-pjanijiet kollha ta' tisbiħ u rranġar tal-Belt Kapitali tagħna, inkluż dak li jibni parlament ġdid fil-daħla tal-Belt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Gvern tul dawn l-aħħar għaxar snin, minn 1999 sal-2009, f'manutenzjoni tas-swar Maltin? B'dawn il-flus kemm-il kilometru ta' swar irrestawra? Kemm jistma li għandu bżonn flus biex ikun jista' jirrestawra l-kumplament tas-swar? Meta kien l-aħħar rapport li kkummissjona biex jara l-istat eżistenti tas-swar Maltin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninstab infurmat li bejn l-1999 u l-2009, it-Taqsima tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru
għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali għamlet xogħol ta' restawr fuq dawn il-ħamsa u għoxrin
post kif ġej.
· Il- Victoria Lines fix-Xagħra ta Bingema (500m)
· Il-Victoria Lines f’Wied Faham (500m)
· Id-Dwejra Lines Stop Wall u Musketry Gallery (200m)
· Is-swar tal-Land Front Ta’ L-Isla bil-Bieb Principali ta’ Sant’ Anna
· Il-Bieb Principali u l-Curtain Wall (minn wara) ta’ Sant’ Elena (Bormla)
· Polverista Curtain, Bormla (50m)
· Is-Sur ta’ Santa Barbara (Valletta) (100m)
· Is-Sur tal-Falsabraga (Floriana) (100m)
· Parti mit-tenaille trace tal-Forti Ricasoli (100m)
· Iċ-casemates ta’ Polverista Curtain Floriana
· Is-saqaf tal-Barracks ta’ Fort Rinella
· Il-Bieb Principali tal-Imdina
· Il-bieb tal-Griegi l-Imdina
· Portes des Bombes, Floriana
· Parti minn Quarantine Bastion, Floriana
· It-Torri u l-Batterija ta’ San Tumas
· Il-Bini tal-Gardjola ta’ St John Bastion, Valletta (Hastings)
· It-Torri tal- Lippija
· It-Torri tal-Hamrija
· It-Torri Ta’ San Giljan
· It-Torri ta’ Ghajn Tuffieha
· Il-Bockhouse tal-Batterija tal-Mellieha
· Il-Batterija ta’ Pembroke
· Parti interna mill-Batterija tad- Della Grazie, Xaghra
· Is-swar tal-Floriana li jaghtu fuq il-Valletta Water front (inzklu rock-bolting u twaħħil ta’ netting).
Dan ix-xogħol ma jinkludix diversi interventi ripetuti ta’ tindif u tneħħija ta’ ħaxix ħażin minn diversi swar madwar il-Belt, il-Furjana, l-Imdina u postijiet oħra.
L-ispiża fuq dawn ix-xogħlijiet komplessivament kienet tlaħħaq madwar Euro 7,000,000.
Bħalissa qiegħed isir restawr fuq erba' siti, liema xogħol huwa ko-finanzjat mill- ERDF 2007-2013 dawn is-siti huma:
· Is- swar kollha taċ-Cittadella Ghawdex
· Is-swar kollha tal-Birgu
· Is-swar tal-landfront tal-Belt Valletta,
· Parti sostanzjali mis-swar ta’ l-iMdina
Dan ix-xogħol li qed isisr huwa stmat li jinvolvi spiża ta’ madwar Euro 36,000,000. Dawn ix-xogħlijiet jammontaw għal madwar 10% tas-swar kollha li għandna Malta. Għaldaqstant l-ispiża biex jiġu restawrati il-kumplament tas-swar ta` Malta u Għawdex, abbażi ta’ dawn il-figuri, tkun tlaħħaq ‘il fuq minn Euro 345,000,000 jekk wieħed jassuni li jirid isir intervent fuq kull part tas-swar ta' pajjiżna.
Billi l-building energy regulations suppost li ilhom li ġew fis-seħħ mill-bidu tas-sena li għaddiet, jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jiġu fis-seħħ fir-rigward tad-dwellings, kif ukoll jekk il-problema li jingħad li kien hemm dwar programming u testijiet fuq is-sistema tal-e-gov dwar is-software li l-assessuri kellhom jużaw ġietx riżolta?
Fir-rigward tan-
non dwellings,
billi dawn ir-regolamenti suppost ġew fis-seħħ f’Ġunju 2009, jista' jgħid meta se jiġu fis-seħħ u għaliex s’issa għadhom ma ġewx implimentati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li parti mill-Energy Performance of Buildings Regulations daħlu fis seħħ fl-ewwel ta’ Novembru 2006 permezz ta’ l-avviż legali No. 269 tal-2006. Parti oħra minn dawn ir-regolamenti li jirrikjedu li jsir ċertifikat dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu ta’ l-enerġija daħlu fis-seħħ fit-2 ta’ Jannar 2009 permezz ta’ l-avviż legali 261 ta’ 2008.
Għaldaqstant illum kull perit għandu r-responsabbiltà li jiddisinja kull bini ġdid skond dawn ir-regolamenti. Fil-fatt, il-MEPA qed tirreferi applikazzjonijiet għal żvilupp ta' ċert binjiet ta' skala mdaqqsa għar-rimarki mill-Awtorità għar-Rżorsi qabel ma jinħareġ il-permess. Għalkemm dawn ir-regolamenti daħlu fis-seħħ fil-bidu ta' l-2009, dawn ir-regolamenti għadhom mhux qed jiġu infurzati.
Dan id-dewmien kien inizjalment kawżat minn problemi ta' programming u ttestjar fuq is-sistema tal-e-government liema software jinkorpopra fih programm li jagħmel il-kalkoli biex eventwalment jiġġenera XML File neċessarju mis-sistema ta' ċertifikazzjoni. Din il-problema issa ġiet riżolta u għalhekk issa x-xogħol qed jipproċedi għall-iżvilupp tal-'Graphic User Interface' tal-Website Front-end li sejra tintuża biex tiġġenera ċ-ċertifikat. Fadal issa li jsiru numru ta' testijiet fuq is-sistema biex ikun żgurat li is-sistema komplessivament taħdem sew u mingħajr problemi. B'mod partikolari dan jirreferi għall-backend tas-sistema li tkopri l-archiving, it-tracking u l-auditing; dan barra il-pagamenti u l-assenjar tan-numru waħdieni ta' kull ċertifikat u l-ħruġ awtomatiku ta' l-istess ċertifikat.
Għalhekk huwa maħsub li s-sistema ta' l-EPC portal - jiġifieri l-programm li jaħdem fuq l-internet, flimkien mal-Backend tiegħu jibda jopera f'April li ġej.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija dwar in-non-dwellings, nfakkar lill-Onorevoli Interpellant li din il-materja hija totalment distinta minn dik ta' qabel u sabiex jiġu implimentati dawn ir-regolamenti jinħtieġ software dedikat u kumpless. Hawnhekk ħarisna lejn software li huma diġà żviluppati u operattivi f'pajjiżi kbar fl-Unjoni Ewropea. Il-Ministeru analizza fid-dettall żewġ programmi minn dawn u mir-riżultat ta' dan l-istħarriġ iddeċieda li jaddotta dak Ingliż imsejjaħ SBEM peress li hu l-eqreb lejn il-ħteġijiet tagħna. Ta' min ifakkar li fid-dawl tal-ħteġijiet partikolari ta' Malta, dan il-programm xorta jitlob customisation biex ikopri dawn il-ħteġijiet partikolari.
Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — SEA fuq l-energy policy
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13796, jista' l-Ministru jgħid minn min qed isir l-Strategic Environmental Assessment?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Kuntratt għal Konsulenza ta' l-iStrategic Environment Assessment (SEA) dwar it-tfassil ta' Energy Policy ingħata lil ADI Assosciates Environmental Consultants Ltd.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14045 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li tħallset f'sussidju fuq il-produzzjoni lokali taċ-ċanga friska matul is-sena 2009 abbażi tal-SMPPMA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li matul l-2009 ma tħallasx sussidju fuq laħam taċ-ċanga.