Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li:
a. Kemm hi s-somma totali li ġiet tiswa l-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Biennale ta’ Venezja tal-2022?
Kiri tal-Padiljun ta' Malta ġewwa Venezja: EUR155,000
Grant lit-Team Kuratorjali: Euro150,000
b. Kemm kien hemm persuni involuti f’dan il-proġett?
It-tim kuratorjali kien jikkonsisti minn seba' persuni.
c. Min kienu dawn il-persuni u x’kompetenza kellhom għal dan il-proġett?
Keith Sciberras, Kokuratur
Kap tad-Dipartiment tal-Arti u tal-Istorja tal-Arti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta. Fl-2005 intlaqa’ bħala Andrew W. Mellon Senior Fellow mid-Dipartiment tal-Pitturi Ewropej tal-Metropolitan Museum of Art ta’ New York. Fl-2012 inħatar fiduċjarju tal-Assoċjazzjoni tal-Istoriċi tal-Arti ta’ Londra. Ippubblika b’mod estensiv dwar Caravaggio, l-iskultura Barokka Rumana u l-pittura Barokka Taljana filwaqt li ta kontribut f’bosta proġetti ta’ riċerka u wirjiet internazzjonali. Sciberras huwa Membru tas-Senat u Delegat tar-Rettur għall-Kuratela tal-Bini Storiku u tax-Xogħlijiet Artistiċi.
Jeffrey Uslip, Kokuratur
Kuratur ibbażat fi New York. Uslip organizza diversi esibizzjonijiet ma’ wħud mill-aktar artisti innovattivi, versatili u impenjattivi ta’ żmienna. Bħalissa qiegħed jikkura l-Biennale ta’ Vancouver 2018-2020 re-IMAGE-n. Bejn l-2014 u l-2017 serva bħala Deputat Direttur għall-Esibizzjonijiet u Programmi/Kuratur Ewlieni tal-Mużew tal-Arti Kontemporanja St. Louis ta’ Missouri. Ikkura wkoll bosta proġetti bħala solista u organizza diversi debutti f’mużewijiet kif ukoll wirjiet għal artisti u mużewijiet magħrufa. Uslip huwa wkoll kandidat avanzat għal Dottorat fl-Institute of Fine Arts tal-Università ta’ New York fejn qiegħed itemm it-teżi tiegħu Cady Noland and the Age of Reagan.
Brian Schembri, Mużiċist
Wieħed mill-aktar mużiċisti prolifiċi Maltin b’reputazzjoni tajba mal-kritiċi lokali. Schembri beda t-taħriġ mużikali tiegħu minn età żgħira taħt il-gwida ta’ missieru Carmelo Schembri. Wara ggradwa fil-pjanu u fid-direzzjoni mill-konservatorji Tchaikovsky ta’ Kiev u ta’ Moska. Okkupa l-karigi ta’ Direttur Ewlieni tal-Orkestra OPF u tal-Orquestra Metropolitana de Lisboa, Direttur Mużikali fit-Teatru Manoel u Direttur Artistiku u Prim Surmast tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Fost orkestri oħrajn Schembri ġie mistieden jidderieġi l-Orkestra Filarmonika Rjali, l-Orquestra Ciutat de Barcelona, l-Orchestre national du Capitole de Toulouse, l-Orchestre Nationale de France, il-Litwanian State Symphony Orchestra, l-Orchestre National de Lyon, il-London Philharmonic Orchestra, in-Nordwestdeutsche Philharmonie, is-Svetlanov State Symphony Orchestra u l-Opera Hong Kong. Schembri ngħata l-Malta Cultural Award u l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.
Giuseppe Schembri Bonaci, Artist
Studja l-Filosofija, il-Liġi u l-Arti. Iggradwa mill-Università ta’ Malta, mill-Università Statali ta’ Kiev u mill-Università Statali ta’ Moska u wettaq studji ta’ riċerka postgraduate fl-Università Statali ta’ Milan. Kiteb diversi kotba dwar l-Arti Moderna u Kontemporanja, il-Filosofija tal-Arti u l-Arti Maltija tas-seklu għoxrin. Schembri Bonaci huwa koordinatur tal-Programm tal-Belle Arti fid-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti, Direttur Artistiku tal-APS Mdina Cathedral Contemporary Art Biennale u Direttur Artistiku ta’ Strada Stretta Concept – programm kulturali li jaqa’ taħt il-patroċinju tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Bħalissa qiegħed jaħdem fuq sensiela ta’ pubblikazzjonijiet rigward id-djalogu viżiv tal-artist Malti Josef Kalleya mad-Divina Commedia ta’ Dante.
Arcangelo Sassolino, Artist
Twieled f’Viċenza fl-1967. Ilu jesebixxi fil-livell internazzjonali mill-2001. Esebixxa diversi xogħlijiet bħala solista f’bosta mużewijiet, fosthom fil-Contemporary Art Museum (St. Louis, 2016), Palais de Tokyo (Pariġi, 2008), Feinkost, (Berlin, 2008), Galleria Continua (San Gimignano, 2010) u l-MACRO Museum (Ruma, 2011). Ix-xogħlijiet ta’ Sassolino jinsabu mxerrda wkoll f’bosta kollezzjonijiet pubbliċi u privati, fosthom f’MART (Rovereto), 21c Museum Hotel (Louisville, Kentucky), Essl Sammlung (Vjenna), UniCredit Private Banking (Turin), Fondazione Domus per l’Arte Moderna e Contemporanea (Verona) u Palazzo Maffei – Fondazione Carlon (Verona).
Nikki Petroni, Ġestriċi tal-Proġett
Kisbet Baċċellerat fl-Istorja tal-Arti mill-Università ta’ Malta u mbagħad segwiet studji fil-livell postgraduate fl-University College London (UCL) fejn iggradwat fl-2013. Fl-2019 temmet Dottorat fl-Arti Moderna Maltija fl-Università ta’ Malta taħt is-superviżjoni tal-Professur Giuseppe Schembri Bonaci. Bħalissa hija lettriċi mistiedna fl-Arti Moderna u Kontemporanja fid-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta. Hija wkoll membru tal-kumitat kuratorjali tal-APS Mdina Cathedral Contemporary Art Biennale u Koordinatriċi ta’ Strada Stretta Concept (Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta). Minbarra li taħdem ta’ riċerkatriċi u kuratriċi indipendenti, Petroni twettaq ukoll ħidma editorjali fuq essejs akkademiċi, kotba u katalgi ta’ esibizzjonijiet.
Esther Flury, Ġestriċi tal-Proġett
Professjonista fis-settur artistiku mwielda fl-Isvizzera u bbażata fi New York. Flury għandha aktar minn għoxrin sena esperjenza ta’ ħidma ma’ artisti internazzjonali. Ipproduċiet kif ukoll ikkokkurat l-ewwel esibizzjoni ta’ Christoph Schlingensief fil-Biennali ta’ Venezja Church of Fear fl-Arsenale u l-Pole Sitting Contest fil-Giardini. Ħadet ħsieb it-tnedija u l-ġestjoni ta’ proġetti artistiċi għal RxArt – organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li tgħin lit-tfal ifiequ minn mard bis-saħħa tal-qawwa tal-arti viżiva, b’mod partikulari billi tikkummissjona artisti kontemporanji biex jittrasformaw faċilitajiet tal-kura tas-saħħa f’ambjenti impenjattivi li jispiraw lill-pazjenti. Barra minn hekk, serviet bħala esperta tal-arti viżiva għall-Kunsill Żvizzeru għall-Arti (Pro Helvetia) fid-Dipartiment għall-Iskambju Kulturali mal-pajjiżi taċ-Ċentru tal-Ewropa tal-Lvant. Flury kisbet Maġisteru fl-Istorja tal-Arti, ix-Xjenzi tal-Midja u l-Lingwistika mill-Università tal-kapitali Żvizzera Zurich, editjat u annotat il-katalgu sistematiku tal-artist Żvizzeru Roman Signer. Tikteb ukoll f’diversi ġurnali tal-arti, gazzetti u katalgi ta’ esibizzjonijiet internazzjonali.
d. Xi kriterji ntużaw biex ġew magħżula dawn il-persuni, u mhux oħrajn?
Kriterji ippublikati fil CALL FOR A CURATORIAL TEAM: THE MALTA PAVILION AT THE 59TH INTERNATIONAL ART EXHIBITION – LA BIENNALE DI VENEZIA
The jury panel shall be guided by the following criteria throughout the process leading to the final
selection:
Criterion 1. Exhibition Concept (40 marks)
This criterion considers the artistic idea(s) of the proposal and the relevance of the concept with regards
to the theme set in this open call.
• What is the curatorial concept? (10 marks)
• How is the concept referring to the Sustainable Development Goals? (10 marks)
• How do you intend to develop the proposed concept into a narrative which is immersive, interactive,
inspiring, thought provoking and experiential? Give an overview of the selected artworks/audiovisuals etc. of the proposed project. (10 marks)
• In your opinion, in what way(s) is the Maltese contemporary artistic scene relevant today? Can it have
an impact internationally, and how do you intend to do that? (10 marks)
Criterion 2. Curatorial Team (40 marks)
This criterion considers the level of commitment, the track record of all team members, as well as the
proposed plan to deliver and achieve the aims targeted. Applicants are to include timeframes, workplan
with collaborators involved, the skills and track record of the individual/group managing and participating
in the project, their role(s) within the project, possible risks envisaged and contingency plans, health and
safety measures, especially in view of the COVID-19 situation.
• In what way(s) do you as a team intend to lead to a level of artistic excellence in the delivery of the
proposed concept? Do the curators have a strong international profile and are they considered by the
sector to be at the ’top of their game’? (20 marks)
• Explain the strengths and merits of the artist(s) whose works you are selecting for the Malta Pavilion
exhibition, with a particular focus on their track record. (20 marks)
Criterion 3. Budget (20 marks)
This criterion considers how well-planned and realistic the presented budget plan is. To make a stronger
case in terms of this criterion, applicants are required to provide quotations where possible, to
substantiate the budget items
• Is the project budget and logistics well planned and realistic? Is the project likely to achieve its
ambitions and meet its targets? (20 marks)
https://www.artscouncilmalta.org/files/uploads/misc/Venice%20Biennale%20-%20Call%20for%20a%20Curatorial%20Team%20Malta%20Pavilion%202022.pdf
e. Kemm kienet l-ispiża tal-biljetti tal-ivvjaġġar bl-ajru, trains, taxis u mezzi oħrajn?
L-ispiża ġiet koperta mit-tim kuratorjali.
f. Kemm kienet l-ispiża tal-lukandi ta’ kull individwu?
L-ispiża ġiet koperta mit-tim kuratorjali.
g. Kemm kienet l-ispiża tar-reklamar?
€57,123.29
h. Kemm tħallas kull wieħed minnhom?
COUNTRYPUBLICATIONTIMEFRAMEREASONINGDETAILSCOST
MALTATimes of MaltaMarch 2021To promote the Open Call for the Curatorial Team locallyAdvert Full Page€1787.7
MALTATimes of Malta onlineMarch 2021To promote the Open Call for the Curatorial Team locallyAdvert online€908.6
INTERNATIONALEFLUXFebruary- March 2021To promote the Open Call for the Curatorial Team InternationallyAdvert online€3180
INTERNATIONALMousseFebruary- March 2021To promote the Open Call for the Curatorial Team InternationallyAdvert online€2502
USAArtForum - APRILApril issue out on 1 April - visuals deadline is mid-February 2022Leading US Art specialist titleAdvert Full Page€4,053.96
ITALYIl Giornale dell’Arte (Summer)June issue 2022Highly respected monthly periodical dedicated to the world of art.Advert Half Page€3,500.00
UKNOWNESS - MAYw/c 2 May 2022. Estimate of 2 weeks after installation is ready and video is takenLuxury lifestyle platform, as we are exploring titles beyond the artsAdvertorial€12,460.99
UKConde Nast TravellerJune, July & August 2022 issues (out from May, June & July)Travel title for Malta / Arts Council Malta specific advertorialAdvertorial (1/4 page x 3 issues)€5,504.92
ITALYExibart May 2022 issue distributed at the BiennaleExibart participate in the Biennale, and is another Italian title which we wanted to explore for 2022Advertorial€1,220.00
ITALY/ US/ ASIADesignboom from w/c 25 April 2022Leading design title with international reach - based in Milan, Beijing and New YorkAdvertorial€3,000.00
INTERNATIONALArtReview April 2022Leading contemporary-art media platformsDigital Advert€1,114.53
MALTA/VENICEArtpaperApril 2022- distributed at the Biennale and in MaltaLeading local contemporary-art magazinePrinted Art magazine dedicated to the Malta Pavilion 2022 distributed in Venice and Malta€5900
VENICEMy Art GuidesApril 2022- distributed at the BiennaleLeading Guide book in Venice during the BiennaleAdvertorial€2500
VENICEMusumeciApril – November 2022Flyers on the Malta Pavilion for visitorsFlyers on the Malta Pavilion€2928
VENICEIGP Decaux S.p.A.April – November 2022All visitors in Venice could see adverts of the Malta Pavilion on the vaporetti (water ferries)Adverts on the vaporetti in Venice€5713.58
MALTA- VENICEMidsea BooksApril- November 2022Malta Pavilion CataloguesMalta Pavilion Catalogues€850
i. Kemm tħallas kull artist involut?
It-tim kuratorjali rebah Grant ta’ EUR150,000 wara sejħa internazzjonali.
j. Kemm tħallas kull uffiċjal u kumpanija involuti separatament?
Name
Description
Amount
Margaret House
Communications company based in London
EUR26,530
Arts Events
Arts Events was responsible for the hiring and management of the 2 Site Officers based in Venice managing the daily running of the Malta Pavilion and daily supervision of the Maltese University and MCAST Erasmus students in Venice
EUR28,616
Livestream
Production of website of the Malta Pavilion and social media content on Instagram, Facebook etc
EUR6,580
Edoardo Monti
organisation of the Press Trip in Italy
EUR1,500
Amman Hotel
Press launch event in Venice
EUR10,200
AFS Service Audio Luce
Press launch of the Malta Pavilion in Venice
EUR5,435
Ann Marie Saliba
curatorial assistant at the Malta Pavilion in Venice
EUR1,800
Emma Borg
curatorial assistant at the Malta Pavilion in Venice
EUR1,800
Kevin Saliba
Malta Pavilion press releases and website translations
EUR507
Noċemuskata
Production and Direction of Malta Pavilion Documentary and Nowness Feature
EUR8,118
Sebio Aquilina
Filming of Malta Pavilion Documentary
EUR4,750
Charles William Camilleri
Music for Malta Pavilion Documentary
EUR2,400
k. Kemm allowances ġew mogħtija lil dawn l-imsemmija uffiċjali u kumpaniji?
Xejn.