Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni hawn taħt mitluba rigward il-qasam tax-xogħol f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, fl-aħħar ta’ Diċembru ta’ kull sena mill-2000 sal-2007 u fl-aħħar ta’ Settembru 2008:
in-numru ta’ nies (i) jaħdmu għal rashom u (ii) impjegati, (iii) nies qiegħda u (iv) nies inattivi skond il-grupp ta’ l-eta’ tagħhom(15-24, 25-34, 35-44, 45-54, 55-64);
ir-rata ta’ attività tal-popolazzjoni attiva kif ukoll skond il-grupp ta’ l-età tagħhom;
in-numru ta’ nies jaħdmu klassifikati skond l-attività ekonomika; u
id-dħul gross annwali medju tan-nies jaħdmu skond l-attività ekonomika tagħhom?
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta’ benefiċċji ta’ sigurtà soċjali li tħallsu lil residenti ta’ Malta u Għawdex, kull gżira għaliha, kull kwart tas-sena mill-1999 lil hawn u jgħid kif kienu maqsumin f’benefiċċji kontributorji u benefiċċji mhux kontributorji u skond in-natura tal-benefiċċju? Jista’ jgħid kemm kienu l-benfiċjarji f’kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Ġbir tal-informazzjoni mitluba jinvolvi l-użu ta’ riżorsi u żmien konsiderevoli. Miniex sodisfatt li l-utilita tal-informazzjoni daqshekk dettaljata mitluba f’din il-mistoqsija, tiggustifika li għandha tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-partijiet tal-Isptar San Luqa li bħalissa qed jintużaw? X’kura qed tingħata? Kemm hemm pazjenti f’kull sala li qed tintuża? Ġie deċiż x’se jsir mill-bqija tal-isptar?
Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-Isptar Boffa issa li tħabbar li se jinbena sptar għall-kura tal-kanċer fl-Isptar Mater Dei? X’se jiġri mill-Isptar Zammit Clapp li wkoll kien se jiġi rranġat biex jilqa' pazjenti morda bil-kanċer?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 690 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li l-Fondazzjoni Arka u entitajiet oħra għal skopijiet benefiċi għandhom ħafna spejjeż inkluż dawk tad-dawl u ilma u surcharge, hemm xi ħsieb li din il-fondazzjoni u entitajiet simili oħrajn jiġu eżentati mill-ħlas tas-surcharge jew jingħataw xi forma ta' għajnuna oħra in konnessjoni ma' dawn l-utilitajiet biex itaffu ftit mill-ispejjeż tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid fil-31 ta' Diċembru 2008, kemm kien id-dejn tad-Dipartiment tas-Saħħa mad-distributuri tal-mediċini, kemm distributuri Maltin kif ukoll barranin?
Sptar Mater Dei — bini - fondi mill-Kumitat Soċjali Ewropew
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-gvern Malti u/jew il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ingħataw fondi: forma ta' self mill-kumitat Soċjali Ewropew għall-bini tal-Isptar Mater Dei?
Jista' l-Ministru jgħid fl-2008 kemm irriżenjaw mid-Dipartiment tas-Saħħa:
a)Speċjalisti
b)Tobba
ċ)Dentisti
d)Infermiera
e)Qwiebel
f)Professjonisti elenkati fil-lista ta' professjonisti relatati mas-saħħa?
Persuni jistennew servizz tat-terapija u r-riabilitazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew servizz fir-rigward tat-terapija u r-riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga bħalissa, struttura bi struttura?
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — Kontribuzzjonijiet tal-bolol
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-31 ta' Diċembru 2008 kemm kien it-total li għadu dovut lid-Dipartiment ta' Sigurtà Soċjali fi ħlasijiet ta' kontribuzzjonijiet tal-bolol min-naħa tas-self employed u min-naħa ta' dawk li jimpjegaw?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — Kors ta' Child Care
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda l-kors ta' child care mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Liema huma s-suġġetti akkademiċi meħtieġa sabiex persuna tkun eleġibbli sabiex tagħmel dan il-kors?