Jista' l-Ministru jsemmi liema kumpaniji jew individwi ħadu għajnuna għaliex kellhom lanċa ikbar minn 12-il metru u li dawn issa jridu jibdew jistadu iktar 'il barra minn 25 mil?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn permessi ta' laneċ u qxur oħra tal-baħar li għandhom il-permess biex jistadu fil-25 mil madwar Malta? Jista' jgħid jekk din iż-żona tiflaħx għal iktar sajjieda u għal kemm sajjieda tiflaħ iktar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-parti l-imħarbta ta' Triq Lepanto, Marsaxlokk li tinsab fi stat tant diżastruż fejn il-kaptelli tad-drenaġġ jinsabu erba' filati 'l fuq mil-livell tat-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija hija inkluża fil-programm ta' toroq residenzjali li jridu jsiru sa nofs l-2012.
Burmarrad — Triq Ġebel Għazzara - asflatar ta' toroq
Question
Billi partijiet mit-Triq il-Ġebel Għażżara f'Burmarrad u ukoll fl-istess triq f'kantuniera ma' Triq l-Insolja li parti minnha għadha kemm ġiet asfaltata, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dik il-parti ta' Triq Ġebel Għażżara fil-fatt tiġi asfaltata? Jista' jieħu l-passi neċessarji biex fl-istess triq tinbena roundabout, public open space li hemm ippjanat fl-istess area?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-parti fejn hi ffurmata t-triq bħalissa mhix skont l-iskema tal-MEPA. It-triq skont l-istess skema tal-MEPA tgħaddi ġo parti li bħalissa hija għalqa u għalhekk fadal ċertu żvilupp biex issir u biex tkun ikkunsidrata din it-triq.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25620, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux informazzjoni mill-kumpanija konċernata fuq il-garaxxijiet konċernati u jekk fl-affermattiv jippubblika l-informazzjoni li għandu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-garaxxijiet għall-manutenzjoni tal-karozzi tal-linja mhumiex se jiġu pprovduti minn Transport Malta iżda se jiġu pprovduti mill-operatur il-ġdid, jiġifieri l-kumpanija Arriva Malta Ltd.
Għaldaqstant, Transport Malta ma tistax tipprovdi tali nformazzjoni.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta jara flimkien mal-Korporazzjoni Enemalta li diversi dawl pubbliku fit-toroq arterjali fl-inħawi tal-Mellieħa, Imġarr, Mosta, San Pawl il-Baħar u Naxxar jiġu rranġati għaliex fejn hemm dan id-dawl maqtugħ qed ikun hemm problema ta' dlam u viżibilità baxxa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed tagħmel spezzjonijiet matul il-lejl biex jiġu identifikati dawn id-dwal u jsiru l-manutenzjonijiet meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux schedule of works (programm ta' xogħlijiet b'time frames) għal dak li qed isir fuq il-proġett marbut mal-Baċir Nru 1? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istess programm tax-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-proġett ta' Triq Santa Tereża Bormla qed idum daqshekk u qed jieħu ħafna fit-tul b'konsegwenza ta' inkonvenjenza lill-komunità tal-Kottonera?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet tal-infrastruttura fit-Triq Santa Tereża huma avvanzati u għaldaqstant ix-xogħlijiet ta’ kurduni ġodda u paviment ġdid maġenb it-Triq Santa Tereża huwa previst li jibda l-ġimgħa d-dieħla.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25889, jista' l-Ministru jagħti d-data speċifika ta' meta ħarġet kull sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet imsemmija fl-istess tweġiba?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li :
- Triq Għarram, Geraldu Farrugia, Dawret in-Niżla ta' San Pawl - Euro 148,216.75 – Sejħa ħarġet: 26/12/2006 - LA ħarġet: 28/12/2006 – Xogħlijiet tlestew u ġew ċertifikati: 09/01/2008.
- Triq Indri Borg - Euro 63,578.90 - Sejħa ħarġet: 17/02/2004 - LA ħarġet: 12/05/2005 – Xogħlijiet tlestew u ġew ċertifikati: 07/07/2009.
- Triq l-Għeneb - Euro 31,106.78 - Sejħa ħarġet: 10/11/2006 - LA ħarġet: 12/01/2007 – Xogħlijiet tlestew u ġew ċertifikati: 08/05/2009.
- Triq M.A. Sapiano (Phase 3) - Euro 136,409.92 - Sejħa ħarġet: 26/12/2007 - LA ħarġet: 31/12/2007 – Xogħlijiet tlestew u ġew ċertifikati: 01/12/2008.
- Toroq F. Mattei, Profs. D. Callus, X. Attard and kostruzzjoni ta’ of Triq M.A. Sapiano (Phase 1) - Euro 163,916.77 - Sejħa ħarġet: 02/08/2007 - LA ħarġet: 02/08/2007 – Xogħlijiet tlestew u ġew ċertifikati: 27/02/2008.
- Triq MA Sapiano (Phase 2) u kostruzzjoni Toroq San Martin and Mitħna - Euro 215,922.72 - Sejħa ħarġet: 26/12/2007 - LA ħarġet: 31/12/2007 – Xogħlijiet tlestew u ġew ċertifikati: 21/03/2008.
Nota Addizzjonali – Is-sejħiet għal dawn ix-xogħlijiet ħarġu kollha qabel is-sena 2008, madanakollu x-xogħlijiet tlestew matul is-snin 2008 u 2009.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jsir ix-xogħol ta' tiswija fuq l-overhang signs li nkisru madwar Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li survey dwar ħsarat ta’ overhang signs tlesta u Transport Malta qed tipprepara l-ħruġ ta’ tender biex ikun jista jsir ix-xogħol meħtieġ.
Billi ħafna pajjizi qegħdin janalizzaw kif jinkwadra pajjiżhom f’kuntest Ewropew dwar transport and energy intensiveness marbut ma' dan is-settur, jista' l-Ministru jgħid kemm qed nikkunsmaw transport fuel per unit of GDP u kif jipparaguna dan mal-medja tal-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2010 sal-lum x’inhi l-medja tal-average new car CO2 emissions tal-karrozzi li daħlu fis-suq u kif jipparaguna dan mal-medja tal-Unjoni Ewropea? Dan ovvjament għandu jinkludi karrozzi impurtati second hand minn barra l-pajjiz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-rapport li toħroġ l-Unjoni Ewropeja f’dan ir-rigward għas-sena 2010 għadu ma' ġiex ippublikat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi pjan ħolistiku dwar mobility management plans fil-kuntest ta' trasport sostenibbli fil-gżejjer Maltin u Għawdxin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pjan ta' Struttura għall-Gżejjer Maltin jipprovdi l-linji gwida u il-politika tas-sistemi ta' trasport u użu tal-art għall-iżvilupp sostenibbli fil-gżejjer Maltin.
Għalkemm il-Gvern m'għandux pjan nazzjonali ħolistiku għall-immaniġġjar tas-sistemi ta' mobiltà, il-prinċipji ta' mobiltà sostenibbli jiffurmaw il-bażi ta' ħafna mill-politika tal-Gvern fir-rigward ta' a) setturi tat-trasport eżempju riforma fis-settur skedat għat-trasport pubbliku,
coaches, minibuses, water taxis
u
taxis
, b) żvilupp tal-infrastruttura per eżempju
Trans-European Transport Network (TEN-T)
u ċ) Strateġiji għal pjani lokali għat-trasport li ġew żviluppati sabiex jindirizzaw problemi ta’ aċċessibiltà f’żoni ta’ konġestjoni tat-traffiku bħal fil-Belt Valletta u l-Furjana.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra u jew għandux public procurement conditions li permezz tagħhom jagħti prijorita' b’mod ċar ix- xiri ta’ karozzi mill-aktar fuel efficient minn entitajiet governattivi, parastatali kif ukoll dipartimenti tal-Gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirrefer l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' twelid li ġie reġistrat minn ġenituri li joqogħdu fil-konfini tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar matul l-2008, 2009 u 2010 rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ir-Reġistru Pubbliku ma' huwiex obbligat iżomm data dwar fejn joqgħodu l-ġenituri ta’trabi li jiġu reġistrati.
Madanakollu, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika n-numru ta’ trabi mwielda u reġistrati fir-Reġistru Pubbliku li għandhom il-ġenituri, jew għallinqas ġenitur wieħed li, skont il-Karta tal-Identita` tagħhom joqogħdu jew kienu joqgħodu fil-konfini tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar meta ġie reġistrat l-Att ta’ twelid.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema se jkunu t-toroq li hu mistenni li jiġu asfaltati għall-ewwel darba, jew wara li jiġu rikostruwiti, fil-lokalità tan-Naxxar, matul din is-sena? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk jifdalx toroq oħra li jkunu jridu jiġu asfaltati wara li jitlestew dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru.24717 u nżid li wara dawn ix-xogħlijiet ma' jkun għad baqa' ebda triq li tikkwalifika għall-kostruzzjoni skond is-survey li sar f’Marzu 2011.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ix-xogħol marbut mal-bypass tal-Mellieħa, bħala parti mill-bidliet fl-istess triq hux diġà kopert b'tenders? Jekk iva, meta mistenni li jinbeda x-xogħol fuq is-sit?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm tender għax-xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni tat-triq fil-bypass tal-Mellieħa preċiżament fl-inħawi hekk magħrufa bħala Ta' Pennellu u l-istess tender qed jiġi evalwat.