Legislature:
Category:
Reset
Active:

Università ta' Malta — uffiċjali tar-riċerka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm impjegat magħha uffiċjali tar-riċerka l-Università ta' Malta bejn l-2014 u l-2023, biex jaħdmu mal-Fakultà tal-Arti jew mad-dipartimenti, l-istituti, iċ-ċentri jew ma' xi fergħa oħra minn tagħha (iggruppa skont il-fergħa)? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew ingaġġati mingħajr sejħa pubblika (iggruppa skont il-fergħa)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li r-Research Officers jiġu reklutati permezz ta’ sejħa pubblika. Matul is-snin imsemmija, b’kollox ġew reklutati 24 Research Support Officer.

Żgħażagħ li telqu minn Malta għal raġunijiet ta' studju

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16964 u jgħid kemm żgħażagħ bejn l-età ta’ 18 u 30 sena telqu minn Malta għal raġunijiet ta’ studju mis-sena 2013 l’hawn u kemm minn dawn irritornaw lura?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont l-iskemi maħduma mit-Taqsima ta’ Boroż ta’ Studju, żgħażagħ bejn l-eta ta’ 18 u 30 sena li marru jistudjaw barra minn Malta għal raġunijiet ta’ studju bejn l-2013 u l-2023 jammonta għal 1312.

Kalkara — Skola Primarja - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16963 u jgħid meta ser isiru x-xogħlijiet meħtieġa fl-Iskola Primarja tal-Kalkara, speċifikament fuq is-saqaf fejn hemm il-klassijiet tal-Kindergarten hekk kif l-istat li jinsab fih huwa ta’ periklu kbir għall-istudenti u għalliema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Università ta’ Malta – Miżuri biex jintuża l-ilsien Malti fl-istruzzjoni u fl-amministrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’policy u x’miżuri qed tieħu l-Università ta’ Malta biex jintuża l-ilsien Malti fl-istruzzjoni u fl-amministrazzjoni tal-Università ta’ Malta? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-politika tal-Università f’dan ir-rigward?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: • kemm hemm ħaddiema li ngħataw aktar minn promozzjoni waħda inkluż career progression minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fil-Ministeru, awtoritajiet jew fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih; • fejn kienu/qegħdin iservu dawn il-ħaddiema, il-kariga/grad li kienu/qegħdin jokkupaw, id-dati ta’ meta ġew promossi u/jew ħadu l-career progression, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ); u • kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom u kemm kienu ż-żidiet fil-paga b’mod monetarju minn skala għal oħra? X’kienet id-data tal-ingaġġ minn meta bdew mal-istess Ministeru, entità jew awtorità u anke jekk biddlux l-awtorità, entità jew Ministeru meta saru l-promozzjonijiet u/jew career progression?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, class agreements, u anke l-collective agreements tal-General Service Grades, liema agreements jinħarġu ma’ kull sejħa interna/esterna li toħroġ. Is-sejħiet huma dawk standard li jinkitbu u jiġu miftehma ċentralment.

Kalkara – Skola Primarja — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isiru x-xogħlijiet meħtieġa fl-Iskola Primarja tal-Kalkara, speċifikament fuq is-saqaf fejn hemm il-klassijiet tal-Kindergarten hekk kif l-istat li jinsab fih huwa ta’ periklu kbir għall-istudenti u għalliema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Żgħażagħ li telqu minn Malta għal raġunijiet ta’ studju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żgħażagħ bejn l-età ta’ 18 u 30 sena telqu minn Malta għal raġunijiet ta’ studju mis-sena 2013 l’hawn u kemm minn dawn irritornaw lura?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Campus tal-Università – Stabbilimenti tal-kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif fil-campus tal-Università hemm kull tip ta’ ħanut iżda l-ebda wieħed minnhom ma hu ħanut tal-kotba? Jista’ jgħid ukoll jekk jikkunsidrax il-pjan li jiżviluppa Cafe’ mal-librerija ta’ Beltissebħ, jirrepetih fl-Università ħalli ninkoraġixxu lill-istudenti jaqraw iktar? Jista' jgħid ukoll jekk jikkunsidrax xi tip ta’ inċentiv biex ikun hemm għallinqas stabbiliment tal-kotba fl-inħawi tal-Università?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Skejjel — evacuation chair għal persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15799 u jgħid f'liema skejjel hemm evacuation chair li jista' jintuża minn persuni b'diżabilità f'każ li jkun hemm nirien fis-sular ta' fuq tal-istess skejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Statementing Moderating Panel – Tfal u żgħażagħ li għandhom bżonn LSA

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14892 dwar tfal u żgħażagħ li kienu qed jistennew li jidhru quddiem l-iStatementing Moderating Panel sabiex jiġi determinat jekk dawn għandhomx bżonn Learning Support Assistant (LSA), jista’ l-Ministru jgħid jekk sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ġewx proċessati d-990 applikazzjoni kollha li saru fl-2022 u l-1,030 applikazzjoni kollha li saru fl-2023? Jekk le, x’inhi r-raġuni għal dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-applikazzjonijiet li saru matul l-2022 ġew proċessati kollha, filwaqt li għaddej il-proċess kontinwu tal-applikazzjonijiet li saru matul l-2023. Ntenni, bħal ma ġie riferut f’PQs preċedenti li dawn l-applikazzjonijiet huma ta’ natura sensittiva u b’hekk kull każ jiġi evalwat bl-iżjed mod sensittiv.

Ħal Tarxien – Skola Primarja l-qadima – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskola l-qadima fi Triq l-Iskola f’Ħal Tarxien hix ser tibqa b’xi mod tiġi wżata u jekk il-manutenzjoni tagħha hijiex miżmuma?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-binja msemmija tintuża skont l-esiġenza.

Ċentri 3-16

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13048 dwar iċ-Ċentri 3-16, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u ċjoè jagħti informazzjoni dwar fejn jinsabu dawn iċ-ċentri u jgħid ukoll kemm hemm tfal li jattendu f'kull wieħed minn dawn iċ-ċentri?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13531 li diġa ġiet imwieġba fl-intier tagħha.

Ċentri 3-16 – Waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx waiting list għaċ- Ċentri 3-16? Jekk iva, għal liema ċentri hemm waiting list u kemm hi l-waiting list għal kull ċentru?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Ċentri Total ta' studenti Talbiet Addizzjonali Attard 211 3 Birkirkara 230 3 Birzebbuga 105 / Fgura 243 / Għargħur 45 / Gudja 53 / Gzira 109 3 Hamrun GP 170 10 Luqa 114 / Marsascala – St Anne 179 / Marsascala - St Joachim 198 2 Mellieha 203 13 Mgarr 125 1 Mosta Annex 77 2 Mosta 189 1 Mqabba 79 / Naxxar 219 1 Paola 129 / Pembroke 164 4 Qawra 425 19 Qormi San Bastjan 150 2 Rabat B 109 4 San Ġiljan 110 / San Gwann 204 3 Siġġiewi 161 / Sliema 190 25 St. Paul's Bay 188 28 St. Venera 194 6 Tarxien 76 / Zabbar A 163 2 Zabbar 101 / Zebbug - Malta 161 / Zejtun 178 2 Zurrieq 197 6 Victoria - Gozo 92 4

Strateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni bejn il-Core Team u l-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux laqgħat ta' konsultazzjoni dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni bejn il-Core Team u l-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università? Jista' jispeċifika meta kienu u min kienu l-membri preżenti min-naħa tal-Core Team?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru żewġ laqgħat, waħda f’Lulju u oħra f’Ottubru tal-2023. Il-Core Team kien mgħamul minn Mr. Josef Borg, Mr. Roderick Vella u s-Sa Milaine Buhagiar.

Strateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni bejn il-Core Team u l-IFE

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux laqgħat ta' konsultazzjoni dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni bejn il-Core Team u l-IFE? Jista' jispeċifika meta kienu u min kienu l-membri preżenti min-naħa tal-Core Team?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħa saret f’Ġunju tal-2023. Il-Core Team kien mgħamul minn Ms. Ritianne Borg Saliba, Mr. Josef Borg, Mr. Roderick Vella u s-Sa Milaine Buhagiar.

Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kellu kuntratt ta’ 20 siegħa fil-ġimgħa u ma reġax ġie imġedded b’tali mod li ser ikollu jitlaq minn Malta u għaldaqstant Malta ser titlef awtur ta’ stima fost il-komunità artistika/kittieba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Strateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni bejn il-Core Team u l-MUT

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux laqgħat ta' konsultazzjoni dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni bejn il-Core Team u l-MUT? Jista' jispeċifika meta kienu u min kienu l-membri preżenti min-naħa tal-Core Team?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Lezzjonijiet tal-PE minn Kinder sal-year 6

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' lezzjonijiet tal-PE li għandhom l-istudenti mil-livell ta' Kinder sas-6 sena kull ġimgħa għal din is-sena skolastika? Din l-informazzjoni jista' jagħtiha skont l-Iskejjel tal-Knisja u tal-Istat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-klassijiet tal-Primarja, kemm fl-iskejjel tal-istat u kif ukoll f’tal-Knisja, mill-ewwel sas-sitt sena, jkollhom minimu ta’ żewġ lezzjonijiet tal-Edukazzjoni Fiżika fil-ġimgħa. Filwaqt li fil-Kindergarten, l-attivita fizika hija ntegrata fl-attivitajiet skont il-kurrikulu emerġenti. Dan jikkumplimenta numru ta’ programmi u inizjattivi li diġa saru f’diversi kulleġġi biex jiġi assigurat li l-attivita fiżika tkun parti mill-ħajja tal-istudenti f’dawn l-iskejjel.

Skola Medika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6797 u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5263, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk u meta se terġa' tibda tiffunzjona l-Medical School jew jekk hux se jkun hemm premises ġodda?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isiru diversi laqgħat ma' stakeholders varji inkluż fakultajiet, studenti, amministrazzjoni tal-Universita u kif ukoll il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva biex l-iskola Medika tkun waħda li sservi l-iskop tagħha b'mod effettiv kemm fil-preżent u kif ukoll fil-futur.