Legislature:
Category:
Reset
Active:

PBS – Editorial Board

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Editorial Board tal-Public Broadcasting Services? Jista’ jgħid meta ġew maħtura, kemm ilhom iservu jekk kienu jservu qabel l-aħħar ħatra u għal kemm-il sena hija l-ħatra tagħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill Onor Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14162

PBS – Editorial Board

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-membri tal-Editorial Board tal-PBS jitħallsux u jekk iva jgħid fiex jikkonsisti l-ħlas magħmul lilhom u jindika l-benefiċċji li jingħataw?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill Onor Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14162.
Leg 13 PQ #14221 Sitting 329 2020-05-12 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni li ħatar il-Gvern dwar proprjetajiet li ġġarfu — konklużjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega x'kienu l-konklużjonijiet tal-kummissjoni li ħatar il-Gvern f'Marzu li għadda, wara li bejn is-sena l-oħra u din is-sena numru ta' persuni raw il-proprjetà tagħhom tiġġarraf, allegatament minħabba xogħol ta' kostruzzjoni li kien qed isir fil-viċinanzi? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-pjan tal-Gvern biex jindirizza din is-sitwazzjoni gravi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed jieħu l-kwistjoni tar-regolamentazzjoni ta’ tali attività bl-akbar serjetà. Il-Gvern ukoll għen kemm seta’ biex il-familji, li djarhom sofrew hsarat b’riżultat ta’ xogħol privat, ikollhom post alternattiv fejn jirrisjedu. Nixtieq ngħarraf ukoll li qed issir analiżi interna tal-parir li ngħata lill-Prim Ministru mill-Kumitat maħtur minnu. Fl-istess ħin, wieħed japprezza l-ispeditezza fil-proċess ġudizzjarju b’rabta mat-traġedja fil-Ħamrun f’Marzu li għadda, fejn erba’ persuni qed jiffaċċjaw proċeduri kriminali wara l-konklużjoni tal-inkjesta maġisterjali.
Leg 13 PQ #13761 Sitting 328 2020-05-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12850, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta’ kull direct order u lil min ingħatat?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #14195 Sitting 328 2020-05-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Spouses ta' Prim Ministri – vetturi bix-xufier mħallas mill-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk in-nisa (spouses) ta’ dawk li okkupaw il-kariga ta’ Prim Ministru fil-passat, għandhomx jedd għal vettura u/jew xufier/a mħallsin mill-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx skema li tintitola lin-nisa (spouses) ta' ex-Prim Ministri għal vettura u xufier.
Leg 13 PQ #14397 Sitting 328 2020-05-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konsulenza fuq irkupru ekonomiku wara l-COVID-19

Question

B’referenza għall-aħbar fil-ġurnal The Times of Malta, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm qed jitħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għall-konsulenza b’rabta mal-irkupru ekonomiku wara l-COVID-19?

Response (ABELA, ROBERT)

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat m'għandu ebda konsulenza, u ma qed jitħallas xejn. Hu qed iwettaq biss ħidma bħala Deputat Parlamentari tal-Gvern.
Leg 13 PQ #13968 Sitting 327 2020-05-06 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – teleworking

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru talbiet għal teleworking minn ħaddiema fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fi ħdan l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu min-nhar l-20 ta' Frar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jindika l-grad u l-kariga li jokkupa kull wieħed mill-imsemmija ħaddiema? Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li d- Direttiva 13 tisħaq li f'dawn iċ-ċirkostanzi ta' Covid-19 xogħol li jista jsir remotament, isir hekk. Din mhix kwistjoni ta'talbiet formali imma ta'arranġament biex titrażżan l-imxija msemmija.
Leg 13 PQ #14184 Sitting 327 2020-05-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

VOT 5365 CHOGM 2015

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14054 u ċjoe: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32730 tat-Tnax-il Leġiżlatura u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lill-Kamra għal liema raġuni qed issir talba ta’ €3,200,000 għal Vot 5365 CHOGM 2015 u jgħid: a) x’pagamenti ser ikunu qed isiru sabiex jitħallas dan l-ammont ta’ flus mitluba; b) lil min ser ikunu qed isiru; c) x’pagamenti ser ikunu qed isiru jew saru b’direct order; u d) x’pagamenti saru jew ser ikunu qed isiru fil-proċess ta’ tendering għall-attività ta’ CHOGM 2015?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #13810 Sitting 326 2020-05-05 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li daħlu jaħdmu mal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni jaħdmu mal-Gvern mill-2017 ‘l hawn, mhux f’position of trust? Jista’ jgħid kemm minnhom huma fuq kuntratt u kemm huma permanenti?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #13811 Sitting 326 2020-05-05 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Barranin li jaħdmu fis-settur pubbliku u ma’ entitajiet Governattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm barranin jaħdmu fis-settur pubbliku u ma' entitajiet Governattivi? Jista’ jgħid kemm barranin ġejjin mill-Unjoni Ewropea u kemm minn pajjiżi terzi?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #13812 Sitting 326 2020-05-05 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati li jaħdmu ma’ kuntratturi li jagħtu servizz lis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kuntratturi li jagħtu servizz lis-settur pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika eżatt għal liema servizzi qed jirreferi.
Leg 13 PQ #13816 Sitting 326 2020-05-05 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Psikologi impjegati mal-Gvern jew istituzzjonijiet Governattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm psikologi impjegati mal-Gvern jew istituzzjonijiet Governattivi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li hemm 97 psikoloġu impjegat mas-Servizz Pubbliku. Ninsab nfurmat ukoll li ma hemm ebda psikoloġu impjegat fl-entitajiet fid-dekasteru tiegħi.
Leg 13 PQ #14064 Sitting 326 2020-05-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direct order għall-provvisti ta’ munizzjoni u/jew armi tan-nar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-kuntratti kollha li ngħataw fl-2014 u l-2015, sija b’direct order u sija wara sejħa, għall-provvista ta’ munizzjon u/jew armi tan-nar ta’ kwalsiasi tip, l-ammont involut f’kull każ u l-isem tas-supplier?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #14065 Sitting 326 2020-05-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bidders għall-provvisti ta’ armi tan-nar/munizzjon

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka min kienu l-bidders f’kull sejħa li kien hemm fl-2014 u 2015 għall-provvista ta’ armi tan-nar u/jew munizzjon? Jista’ għal kull sejħa f’kull każ jgħid minn min intrebħet dik is-sejħa?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #14151 Sitting 326 2020-05-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza tal-aħbarijiet — spiża

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13601, jista’ l-Prim Ministru jagħti break down tal-ispejjeż imsemmija u ċjoè tat-€12,693.82 (mingħajr VAT)?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjeż kienu maqsumin hekk: €3,540 (setup); €3,500 (stage); €2,155 (live stream u TV feed); €1,512 (dawl); €897.50 (sound); €847.46 (venue); €241.86 (ġarr).
Leg 13 PQ #13612 Sitting 325 2020-05-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratt ta’ impjieg tal-Gvern ta’ individwu

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13093, niġbed l-attenzjoni tal-Prim Ministru li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10751, ma tinkludix il-kuntratti kollha tal-impjieg u/jew xogħol mal-Gvern tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għaldaqstant jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn il-kuntratti?

Response (ABELA, ROBERT)

M’għandi xejn aktar xi nżid mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10751.
Leg 13 PQ #13613 Sitting 325 2020-05-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Gwardja tal-Kosta Libjana

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13094, ġaladarba ma jeżisti ebda ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Gwardja tal-Kosta Libjana, x’kien ir-rwol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fiż-żjarat uffiċjali li għamel fil-Libja? Bħala konsulent tal-predeċessur tiegħu, il-Prim Ministru kien jaf b’dawn iż-żjarat u bil-ħidma fil-Libja tal-individwu msemmi?

Response (ABELA, ROBERT)

Kif indikat mill-predeċessur tiegħi, tul it-tmexxija tiegħu, l-individwu inkwistjoni kien qed jirrappre¿enta lill-Gvern Malti f’tali żjarat. Il-persuna ma tagħmilx parti mis-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. B’rabta mat-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellanta li personalment ma kellix konoxxenza tal-ħidma li qed tirreferi għaliha u kont konxju ta’ dawn iż-żjarat biss minn dak li jiġi rrapportat f’diversi mezzi tax-xandir.
Leg 13 PQ #13617 Sitting 325 2020-05-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Libja – investigazzjoni dwar żjarat

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13095, x’passi biħsiebu jieħu l-Prim Ministru fuq din il-materja? Ser ikun qed jitlob investigazzjoni fuq dawn iż-żjarat fil-Libja tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, ROBERT)

Waqt li nirreferi għat-tweġiba numru 13613, l-Onorevoli Interpellanta taf tajjeb li l-istituzzjonijiet f’pajjiżna huma ħielsa li jwettqu kull tip ta’ investigazzjoni, jekk din tirriżulta meħtieġa.
Leg 13 PQ #13517 Sitting 324 2020-04-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Użu ta' Trasport Pubbliku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13003, jista' l-Prim Ministru jgħid meta beda l-imsemmi studju u meta hu fil-ħsieb li jitlesta l-imsemmi studju fuq it-trasport li jintuża mill-ħaddiema tal-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-isudju dwar transport li jintuża mill-ħaddiema tas-Servizz u s-Settur Pubbliku, li minnu ġie stabbilit il-modalitajiet li jużaw l-impjegati tas-servizz pubbliku biex jaslu minn u lejn il-post tax-xogħol , kien tlesta fl-2018.F’dan l-istadju qed ikunu mwettqa aspetti speċifiċi marbuta miegħu. Bħalissa għaddejjin bosta inizjattivi oħrajn f’dan ir-rigward, li jinkludu proġett-pilota dwar ir-remote working, tnedija ta’Transportation Management System, li tinkludi tagħmir li jagħmel użu effiċjenti mill-enerġija, u studju , li hu stmat li jitlesta sal-aħħar ta’din is-sena, dwar sistema ta’trasport għas Servizz Pubbliku li tkun ambjentalment vijabli.
Leg 13 PQ #14054 Sitting 324 2020-04-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vot 5365 CHOGM 2015

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32730 tat-Tnax-il Leġiżlatura u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lill-Kamra għal liema raġuni qed issir talba ta’ €3,200,000 għal Vot 5365 CHOGM 2015 u jgħid: a) x’pagamenti ser ikunu qed isiru sabiex jitħallas dan l-ammont ta’ flus mitluba; b) lil min ser ikunu qed isiru; c) x’pagamenti ser ikunu qed isiru jew saru b’direct order; u d) x’pagamenti saru jew ser ikunu qed isiru fil-proċess ta’ tendering għall-attività ta’ CHOGM 2015?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.