Operazzjonijiet u interventi fuq l-irkoppa — waiting list
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm waiting list sal-aħħar ta' Awwissu 2010 għall-operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq l-irkoppa? Liema tip ta' operazzjonijiet huma dawn u kemm jaħseb li jridu jistennew in-nies li hemm fuq il-waiting list tal-lum biex issirilhom din l-operazzjoni? Kemm ilhom snin u xhur jistennew dawk li ilhom l-iktar fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom dan l-intervent? Kemm kien hemm fuq din il-lista ta' stennija fil-2007/2008/2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm waiting list sal-aħħar ta' Awwissu 2010 għall-operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq l-hip? Liema tip ta' operazzjonijiet huma dawn u kemm jaħseb li jridu jistennew in-nies li hemm fuq il-waiting list tal-lum biex issirilhom din l-operazzjoni? Kemm ilhom snin u xhur jistennew dawk li ilhom l-iktar fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom dan l-intervent? Kemm kien hemm fuq din il-lista ta' stennija fil-2007/2008/2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Operazzjonijiet u interventi fuq il-qalb — Waiting list
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm waiting list sal-aħħar ta' Awwissu 2010 għall-operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq l-qalb? Liema tip ta' operazzjonijiet huma dawn u kemm jaħseb li jridu jistennew in-nies li hemm fuq il-waiting list tal-lum biex issirilhom din l-operazzjoni? Kemm ilhom snin u xhur jistennew dawk li ilhom l-iktar fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom dan l-intervent? Kemm kien hemm fuq din il-lista ta' stennija fil-2007/2008/2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Operazzjonijiet fuq l-imnieħer u l-widnejn — Waiting list
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm waiting list sal-aħħar ta' Awwissu 2010 għall-operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq l-imnieħer u widnejn? Liema tip ta' operazzjonijiet huma dawn u kemm jaħseb li jridu jistennew in-nies li hemm fuq il-waiting list tal-lum biex issirilhom din l-operazzjoni? Kemm ilhom snin u xhur jistennew dawk li ilhom l-iktar fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom dan l-intervent? Kemm kien hemm fuq din il-lista ta' stennija fil-2007/2008/2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Operazzjonijiet fuq l-imsaren u l-intern — Waiting list
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm waiting list sal-aħħar ta' Awwissu 2010 għall-operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq l-imsaren u l-intern? Liema tip ta' operazzjonijiet huma dawn u kemm jaħseb li jridu jistennew in-nies li hemm fuq il-waiting list tal-lum biex issirilhom din l-operazzjoni? Kemm ilhom snin u xhur jistennew dawk li ilhom l-iktar fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom dan l-intervent? Kemm kien hemm fuq din il-lista ta' stennija fil-2007/2008/2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Operazzjonijiet u interventi fuq il-moħħ — Waiting list
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm waiting list sal-aħħar ta' Awwissu 2010 għall-operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq l-moħħ? Liema tip ta' operazzjonijiet huma dawn u kemm jaħseb li jridu jistennew in-nies li hemm fuq il-waiting list tal-lum biex issirilhom din l-operazzjoni? Kemm ilhom snin u xhur jistennew dawk li ilhom l-iktar fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom dan l-intervent? Kemm kien hemm fuq din il-lista ta' stennija fil-2007/2008/2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li sa l-aħħar ta’ Awwissu 2010 kien hemm 7 pazjenti fuq il-waiting list għal operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq ilmoħħ fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn 3 qegħdin jistennew għal transphenoidal surgery waqt li 4 qegħdin jistgennew għal craniotomy. Dawn huma kollha każijiet ta’ pazjenti li m’għandhomx bżonn ta’ operazzjoni urġenti u xi wħud minnhom jirrikjedu ippjanar u ko-ordinazzjoni bejn speċjalisti minn oqsma differenti qabel ma jistgħu jsiru. Dawk l-operazzjonijiet li jkunu urġenti isiru minnufiħ.
In-numru ta’ pazjenti fuq il-waiting list għal interventi mhux urġenti fuq il-moħħ fit-tliet snin li għaddew kien kif jidher hawn taħt:
Ottubru 2007 - 2 pazjenti
Ottubru 2008 - 3 pazjenti
Lulju 2009 - 7 pazjenti
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont maqsum sena b'sena ta' kemm matul dawn l-aħħar għaxar snin ingħataw kuntratti ta’ servizzi lill-persuni b’dizabilita’ intellettwali lill-aġenzji jew entitajiet privati mill-oqsma li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista’ jagħti l-ammont li tħallsu taħt dawn il-kuntratti u jgħid kemm minn dawn il-kuntratti ingħataw wara sejħa pubblika għall-offerti, lil min ingħataw u kemm persuni ħadu servizzi taħt dawn il-kuntratti? Jista’ jgħid għala ma kienx hemm sejħa għall-offerti fil-kazijiet rilevanti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul dawn l-aħħar għaxar snin ma ngħatawx kuntratti ta’ servizzi lill-persuni b’diżabilità intellettwali mill-aġenzji jew entitajiet privati mill-oqsma li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti ta' ħsarat fl-Isptar Mater Dei, konsegwenza tax-xita li għamlet bejn il-Ħadd 24 ta' Ottubru u t-Tnejn 25 ta' Ottubru 2010? F'każ li iva, x'kienu dawn il-ħsarat u kemm huwa ikkalkolati li jammontaw f'termini ta' flus?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei — check up tas-sider - limitazzjoni ta età
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi limitazzjoni ta' età għal nisa li jkunu jridu jagħmlu check up ta' sidirhom fl-Isptar Mater Dei u li jintbagħtu biex jagħmlu ultrasound?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-eta’ waħedha mhux fattur li jinfluwenza jekk il-Breast Clinic tal-Isptar Mater Dei jirreferix pazjenta għal ultrasound tas-sider. Hekk ukoll, id-Dipartiment tal-Medical Imaging jagħmel ultrasound tas-sider fuq kull pazjenta rreferuta mill-Breast Clinic.
Jista' l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena f’dik li hija manutenzjoni u xiri ta’ tagħmir mediku għaċ-Ċentri tas-Saħħa f’pajjiżna? Jista' jagħtu din l-informazzjoni b’mod separat għal kull ċentru tas-saħħa? Jista' jgħid fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża f’kull ċentru tas-saħħa b’mod separat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsiru iktar tagħlim lill-anzjani tagħna biex jevitaw il-waqgħat u b'konsegwenza t'hekk jiffrankaw ir-riperkussjonijiet li jkollhom wara?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-proċess ta’ tagħlim lill-anzjani dwar kif jevitaw il-waqgħat għadu għaddej. Minn żmien għal żmien kemm l-istaff u kemm l-anzjani jiġu aġġornati dwar dan is-suġġett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ikollu jonfoq iktar kieku ma kienx hemm il-pilloli out of stock li kien hemm minn Jannar sa Settembru 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma hemm l-ebda korrelazzjoni bejn out of stock items u n-nefqa fuq mediċini. Fil-fatt meta xi prodott ikun out of stock, id-Dipartiment tal-Procurements iżid l-ordnijiet sabiex jassigura li jkollu stocks adegwati. Meta d-Dipartiment tal-Procurements ikun kostrett jixtri minn sorsi alternattivi meta mediċini jaqgħu out of stock minħabba dewmien minn naħa tal-kuntrattur, id-differenza fil-prezz titħallas mill-kuntrattur oriġinali.
Lista ta' stennija fl-Oftalmoloġija, ortopedija u kardjoloġija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk żdiditx il-lista ta' stennija fl-oftalmoloġija, ortopedija u kardjoloġija sa Settembru 2010 meta ikkomparata mas-snin 2006, 2007, 2008, 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm operaturi li offerew magni u servizzi tal-X-ray u għaliex intgħażlet it-tip ta' magna li ntgħażlet biex titwaħħal ġewwa il-Mosta Health Center?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19423.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-X-ray machine li ntgħażlet biex twaħħlet fil-Mosta Health Center u minn kemm-il magna oħra ġiet magħżula?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma kien hemm l-ebda sejħa pubblika biex intgħażlet l-X-ray machine li twaħħlet fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta. Din l-X-ray machine kien sarilha upgrade wara li ntlaħaq ftehim mal-kumpanija Philips. L-ispiża biex sar dan l-upgrade kienet € 348,000.00.
Operazzjonijiet u interventi fuq l-għajnejn — waiting list
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm waiting list sal-aħħar ta' Awwissu 2010 għall-operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq l-għajnejn? Liema tip ta' operazzjonijiet huma dawn u kemm jaħseb li jridu jistennew in-nies li hemm fuq il-waiting list tal-lum biex issirilhom din l-operazzjoni? Kemm ilhom snin u xhur jistennew dawk li ilhom l-iktar fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom dan l-intervent? Kemm kien hemm fuq din il-lista ta' stennija fil-2007/2008/2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li residenti ta' Ta Xbiex li soltu kienu jmorru ċ-Ċentru tas-Saħħa, l-Gżira qed jiġu riferuti l-Furjana b'seħħ mill-ġimgħa d-dieħla?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li b’effett mit-2 ta’ Novembru 2010 l-ispizerija fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira ingħalqet għall-pubbliku u dan għaliex tas-Sliema ġiet issa inkluża fl-iskema ta’ l-Ispiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek (POYC).
Il-pazjenti minn Ta’ Xbiex ilhom inklużi f’din l-iskema sa mis-sena 2008. Għalhekk jekk l-Onor. interpellant qed jirreferi għal-ġbir ta’ mediċini, l-egħluq ta’ l-ispiżerija tal-Gżira m’għandu jkollu ebda effett fuq ir-residenti ta’ Ta Xbiex ħlief għal-ġbir tal-prodotti mingħajr gluten. Dawn issa huma mitluba jiġbruhom mill-ispiżerija fiċ-Ċentru Tas-Saħħa tal-Furjana.
F’każ ta’ riċetti għal medicini meħtieġa urgenti minn fuq il-kartuna ir-roża u mediċini oħra li huma out of stock, dawn jistgħu jinġabru mill-Ispiżerija taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana.
Għas-servizzi l-oħra offruti miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira, ma sejjer jinbidel xejn.
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-pilloli Luvinsta tal-40g u Neulin SA 250g għal residenti ta' Ta Xbiex mhumiex ikunu available fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek u lanqas qed ikunu stocked regolarment fiċ-Ċentri tas-Saħħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pilloli Neulin SA 250 mg huma in-stock sew:
· fil-
Government Health Procurement Services
(u qatt ma kienu
out-of-stock
din is-sena),
· fl-i
stores
tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, kif ukoll
· fl-ispiżeriji kollha tal-Gvern.
Barra minn hekk ninsab infurmat li mid-
database
tal- Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) jirriżulta li kull meta din il-mediċina ġiet ordnata minn naħa tal-ispiżeriji privati dejjem ġiet fornuta.
Id-Dipartiment tal-POYC dejjem jagħmel l-għalmu kollu tiegħu biex iżomm id-99 spiżerija fornuta bl-istokk kollu meħtieġ - skond il-konsum individwali ta’ kull spiżerija - sabiex kull spiżerija tkun tista’ taqdi l-pazjenti bl-aħjar mod possibbli.
Għar-rigward tal-pilloli Luvinsta 40 mg, din il-mediċina kienet ilha
out of stock
mill-
Government Health Procurement Services
għal xi żmien u għalhekk ma tinstabx fl-ispiżeriji tal-Gvern. Id-doża ta’ 20 mg pero’ hija
in-stock
fil-
Government Health Procurement Services
u l-pazjenti jistgħu jinqdew xorta.
Fit-3 ta’ Novembru 2010, waslet kunsenja f’Malta u dawn bdew jitqasmu fl-ispizeriji kollha tal-Gvern inkluż fl-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek skond il-bzonn.
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-pilloli Temazepam 10Mg li suppost jinkisbu b'xejn mill-Isptar Mater Dei huma out of stock kemm mill-Isptar kif ukoll mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek ta' Tax-Xbiex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-mediċina Temazepam 10mg tablets qatt ma kienet out of stock mill-Ispiżerija ta’ l-Isptar Mater Dei.
Bħalissa il- mediċina Temazepam 10mg hija
out of stock
fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) ta' Tax-Xbiex kif ukoll fl-
istores
tal-
POYC
. Meta din mediċina tasal fil-
istores
tal-
POYC
, isir dak kollu possibbli biex din il-mediċina titqassam fid-99 spiżerija li bħalissa qed tipparteċipa fl-Iskema tal-
POYC
fl-iqsar żmien possibli, inkluz it-tliet spiżeriji ta’ tax-Xbiex.
Huwa ta’ min jinnota pero’ li din il-mediċina mhiex registrata Malta u gĦalhekk id-Dipartiment tal-
Procurement
[Taqsima tas-Saħħa] jimportaha direttament mill-Ingilterra fejn bħalissa hemm problema bl-
availability
– tant hu hekk li l-ordni li suppost waslet Malta sa’ nofs Awwissu 2010 għadha ma ġietx.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm djar privati li jieħdu residenti anzjani mingħand il-Gvern minflok ma dawn l-anzjani jmorru f'xi dar għall-anzjani mmexxija mill-Gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm ħames djar tal-anzjani privati li jieħdu residenti mingħand il-Gvern.