Legislature:
Category:
Reset
Active:

għajnuna mill-Fondi tal-Kawżi Ġusti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemmx xi NGOs jew għaqdiet involuti fil-ħidma volontarja fil-qasam tal-Animal Welfare li talbu għajnuna mill-Fondi għal Kawżi Ġusti? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid liema kienu dawn l-għaqdiet u kemm kien l-ammont li rċevew?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm erba’ talbiet, waħda minnhom ġiet approvata filwaqt li t-tliet talbiet l-oħra għadhom pendenti biex jiġu evalwati mill-kumitat tal-Kawżi Ġusti. Dettalji dwar it-talba li ġiet approvata qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema fid-Dipartiment tal-VAT

Question

Billi d-Dipartiment tal-VAT fit-twegiba tiegħu qal li sitt ufficjali tal-VAT Department kienu qed jattendu l-Universita’ fil-korsijiet tad-Diploma in Public Administration u Higher Diploma tal Financial Administration, jista' l-Ministru jgħid f’liema sezzjonijiet tad-Dipartiment jinsabu jaħdmu dawn l-uffiċjali, kif ukoll xi ħsieb hemm dwar id-deployment tagħhom meta jitlesta il-kors?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li tnejn minn dawn l-uffiċjali jinsabu fis-sezzjoni tal-ispettorat, t-tlieta l-oħra jinsabu fis-sezzjoni tar-review u nvestigazzjoni. Wieħed telaq mid-dipartiment għax sab impieg alternattiv. Il-kors li qed jattendu se jġħinhom aktar biex iwettqu x-xogħol tagħhom b’mod professjonali.

Inspectors fil-VAT Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' inspectors fil-preżent fid-Dipartiment tal-VAT? Kemm suppost għandu jkun il-complement? Kemm min numru prezenti ta' inspectors qed jaħdmu direttament taħt l-Operations Directorate u xi jfisser li l-kontrolli fuq il-kotba ta’ ircevuti għandu jsir mill-AFM personnel, kif id-dipartiment qed jgħid li kien qed jikkunsidra?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru attwali ta’ spetturi tal-VAT li jaħdmu fid-Dipartiment huwa ta’ 39 full time, 5 bir-reduced hours, 2 bil-pre-retirement leave, 1 bil-parental leave u 1 sospiż. Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta’ inspectors li jaħdmu taħt l-Operations Directorate huwa ta’ 33 full time u 2 bir- reduced hours . Il- complement approvat ta’ spetturi huwa ta’ 70. Sabiex l-ispetturi tal-VAT ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq xogħol relatat ma’ investigazzjonijiet u awditjar sar suġġeriment biex xogħol ta’ spezzjonijiet fuq irċevuti fiskali u fuq il-kotba ta’ l-irċevuti fiskali jsir minn 2 uffiċjali ta’ l-AFM li bħalissa huma attaċċjati mad-Dipartiment tal-VAT.

Ingaġġ ta' inspectors mad-Dipartiment tal-VAT

Question

Ir-rapport ta’ inkjesta dwar il-VAT Department nnota li d-Dipartiment qed isib diffikultajiet biex jingaġġa inspectors u jirrakkmanda li għandha issir public call for application. Jista' l-Ministru jgħid jekk din il- call for applications to fill posts of Inspectors at the VAT Department ħarġitx? Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm applikazzjonijiet u kemm nies ġew ingaġġati? Jekk fl-applikazzjonijiet għal recruitment of inspectors mill-Public Service il-livell ta’ accounts kienx ta’ livell ordinarju u kemm l-Management Personnel Office ipprova skrivani ġodda bi kwalifiċi ordinarji fl-accounts kif id-Dipartiment kien qal li kien ser jiġri fit-tweġiba tiegħu għar-rapport ta’ inkjesta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi din il-call for application għadha ma ħarġitx. Sal-lum ġew ingaġġati żewġ skrivani ġodda bi kwalifiċi fl- accounts .

Vacancies rriklamati mill-Malta Enterprise

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena 2011 sal-lum kemm ħarġu vacancies rriklamati mill-Malta Enterprise? Kemm minn dawn il-postijiet imtlew? X'kien l-istaff complement sa tmiem is-sena l-oħra u x'inhuwa l-istaff complement llum?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-bidu tas-sena 2011 sal-lum il-Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd irriklamaw 25 vacany. Min dawn imtlew 9 postijiet. L-i staff complement sa tmiem is-sena 2010 kien 106 impjegat filwaqt li llum il -complement huwa ta’ 113.

skema ġdida għal residenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għaddew iżjed minn disa' xhur qabel ma tħabbret l-iskema l-ġdida tar-residenti barranin wara li dik ta' qabel ġiet sospiża f'Diċembru tas-sena li għaddiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din l-ispjegazzjoni ngħatat waqt id-dibattitu Parlamentari dwar mozzjoni dwar l-istess suġġett. Din l-iskema tmiss ma’ numru ta’ kwistjonijiet legali u aspetti oħra li jħallu impatt sostanzjali fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna, u għalhekk kienet teħtieġ studji dettaljati. Aktar minn hekk, matul dan il-proċess, il-gvern ikkonsulta regolarment lill- i stakeholders ikkonċernati, fosthom il-Malta Developers Association, il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija, l- I nstitute of Financial Services Practioners kif ukoll ma’ kumpaniji oħra Maltin u barranin li joperaw fis-settur, kif ukoll numru ta’ entitajiet governattivi oħrajn.

skema biex tħajjar residenti barranin lejn Malta — fehma tal-imprendituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jaħseb dwar il-fehma ta' imprendituri ewlenin fil-qasam tal-bejgħ tal-proprjetà li jaħsbu li l-iskema l-ġdida li nħolqot minflok dik ta' qabilha biex tħajjar ir-residenti barranin lejn il-gżejjer tagħna mhi xejn attrajenti meta mqabbla ma' dawk tal-kompetituri tagħna u se tagħti daqqa kbira lis-suq tal-proprjetà lokali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28298.

Talba għal kumpens dwar għalqa

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' armla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li l-Gvern kien ħa l-għalqa tagħha biex fetaħ triq u baqgħet ma ħaditx kumpens?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-każ imsemmi jittratta l-esproprjazzjoni ta’ art li kienet ittieħdet għall-formazzjoni tat-Triq Tal-Barrani f’Ħal Tarxien u s-service road ta’ l-istess triq. Biex jitħallas kumpens skont il-Liġi, jeħtieġ li d-dipartiment ikollu indikat il-kejl tal-art li tippossjedi din il-persuna. Wara, tkun tista’ tittieħed il-proċedura biex jiġi aċċertat it-titolu fuq l-art u eventwalment jitħallas il-kumpens. Għaldaqstant, ikun aħjar jekk din il-persuna tagħmel kuntatt dirett mas-Sezzjoni tal-Kuntratti fid-Dipartiment tal-Artijiet sabiex tingħata dettalji ta’ xi jrid isir biex tinkiseb din l-informazzjoni.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saru mill-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Triq San Pawl - main tad-drenaġġ

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27897, jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni oħra fl-isqaq imsemmi, għaliex jidher li l-periklu qed ikompli jikber kuljum?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret fl-isqaq imsemmi, nstab li hemm tappiera li trid tiġi mibdula biex jitneħħa kull periklu.

Għawdex — kumpaniji li twaqqfu b'għajnuna finanzjarja jew fiskali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpaniji twaqqfu f’Għawdex fl-2010 u din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru b’għajnuna finanzjarja jew fiskali tal-Malta Enterprise ? Jista’ jgħid x’tip ta’ għajnuna ngħatat kull kumpanija u kemm hija l-għajnuna li nagħtat? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal Malta ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Għawdex — Malta Enterprise - nefqa fuq industriji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fl-2010 u din is-sena sal-lum fuq inċentivi mill-Malta Enterprise għall-industrija f’Għawdex? Għal liema sena/snin ta’ operat kienet in-nefqa? Kemm kumpaniji bbenefikaw minn dawn l-inċentivi? Kemm hemm għotjiet li huma approvati u għadhom ma tħallsux? Għal liema snin huma u kemm hu l-ammont għal kull sena? Meta huwa mistenni li jitħallsu? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont l-iskema ta’ għajnuna? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Għawdex — Malta Enterprise - skemi t'għajnuna lill-industriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-iskemi ta' għajnuna tal-Malta Enterprise li kienu/huma speċifkament għal Għawdex fl-2010 u din is-sena sal-lum? Kemm kienu u x'kienu l-benefiċjarji ta' dawn l-iskemi? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi? Kemm minnhom kienu fondi Ewropej?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Malta Enterprise — għajnuna lill-kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-Malta Enterprise fl-2010 u din is-sena sal-lum biex twaqqaf impriża f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu jew ta’ servizzi li jagħtu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex fl-istess perjodu? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tathom l-Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skont is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies meta bdew joperaw meta sar il-ftehim mal-Malta Enterprise u kemm qed iħaddmu llum? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Malta Enterprise — tkabbir ta' kumpaniji f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-Malta Enterprise fl-2010 u din is-sena sal-lum biex tkabbar l-impriża tagħha f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu jew ta’ servizzi li jagħtu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex għat-tkabbir tal-operat tagħhom? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tathom il-Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skont is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies qabel kabbru l-operat tagħhom u kemm qed iħaddmu llum? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

informazzjoni dwar intrapriżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tas-sena 2010 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena u li kienu jħaddmu (i) anqas minn 10 ħaddiema; (ii) minn 10 sa 49 ħaddiem; (iii) minn 50 sa 249 ħaddiem u (iv) minn 250 ħaddiem ‘il fuq?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Persuni Maltin li jgħixu barra minn Malta — statistika

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżamx statistika ta' kemm hemm Maltin jgħixu barra minn Malta? Kemm hemm f'kull pajjiż u kemm hemm minnhom tal-first generation, second u third?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma tinġabarx u ma tinżammx dan it-tip ta’ statistika.

Good Causes Fund — ġbir ta' fondi

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta' kemm inġabru fondi fis-sena għall-Good Causes Fund mis-sena 2004 sal-lum u kif tqassmu dawn il-fondi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Good Causes Fund twaqqaf fl-2005 u l-fondi bdew jinġabru mill-2006 hekk kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall- mistoqsijiet parlamentari 283, 2435, 11170, 18666 u 21385.

nuqqas ta' qbil fuq l-evalwazzjoni ta’ post

Question

Meta jkun hemm każ fejn jiġi reġistrat nuqqas ta' qbil fuq l-evalwazzjoni ta’ post li jkun se jinxtara minn individwu mingħand il-gvern jew mill-Joint Office, jista' l-Ministru jgħid għalfejn dejjem tipprevali l-opinjoni tal-perit tal-gvern? Għalfejn ma jkunx hemm ċans għal laqgħa bejn il-periti tal-partijiet ħalli wieħed jingħata sodisfazzjon għal evalwazzjoni li tkun qed tingħata mill-perit tal-gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-prassi li sid l-art jistabbillixxi prezz għall-proprjetà tiegħu tgħodd ukoll għad-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern li għandu d-dmir li jamministra l-proprjetà tal-Gvern. Barra minn hekk, f’każijiet fejn proprjetà tal-Gvern tkun ser tinbiegħ permezz ta’ sejħa għall-offerti, mis-sena 2010, il-valur minimu tal-proprjetà li tkun ser tinbiegħ ikun rifless fl-avviż tas-sejħa għall-offerti wara li dan il-prezz kif stabbilit mill-Perit tal-Gvern, ikun ġie approvat mill-Kumitat tat- Te nders tad-Dipartiment. Fil-kaz ta’ proprjetà mibjugħa mill-Uffiċċju Konġunt permezz tal-Iskema, il-valur tal-proprjetà jiġi stabbilit skont ir-rati stabbiliti tal-bejgħ magħmula f’din l-Iskema. Madanakollu, f’każ li jkun hemm kontestazzjoni tal-prezz, id-Dipartiment jista’ jikkunsidra il-kontestazzjoni, u jekk jidhirlu li din tkun ġustifikata, id-dipartiment jista’ jqabbad periti oħra biex jerġgħu jagħmlu stima li tikkonferma jew tirrevedi l-istima oriġinali li tkun saret.

Każ ta' kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma ta' anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha ma tirċevih minn Marzu peress li n-nies fit-triq tagħha rċevewh?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.