Legislature:
Category:
Reset
Active:

Konfiska ta' senter

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' raġel, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li ħadulu s-senter u anke ħamġulu l-kondotta, jkunx jista' jidher quddiem min hu inkarigat biex jagħtih spjegazzjoni ta' x'ġara? Jista' dan is-sinjur jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, giet imressqa l-Qorti fuq diversi akkużi u, b'sentenza tas-7 ta' Frar 2006, hija instabet ħatja u ġiet ikkundannata għall-multa massima ta' sittin lira (Lm60) u konfiska tas-senter Luigi Franchi.

Bieb il-Belt — Dritt tal-gabbanni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-propretarji tal-gabbani ta' Bieb il-Belt għandhom dritt bil-liġi li jarmaw 0.50 cm 'il barra mill-gabbana peress li l-Ġustizzja talbet lis-sidien biex iżarmaw? Jista' jgħidli x'tgħid il-liġi? Kopja ta' dak li tgħid il-liġi qed tidher separatament.

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi, skont il-kondizzjonijiet tat-Tieni Skeda ta' l-Avviż Legali 1/2006, u b'mod partikolari l-paragrafu 03, li jgħid bl-aktar mod ċar illi l-ispazju li fih jistgħu jitqiegħdu oġġetti barra l-biebien ta' l-istabbilimenti m'għandux jeċċedi 50 ċentimetru, japplika għall-istabbilimenti kummerċjali kollha. Permessi biex sidien ikunu jistgħu jesibixxu materjal oltre minn dan il-parametru, normalment jinkisbu mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Intepellant iressaq din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Sliema — Triq Dingli - Hawkers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu u x'passi fi ħsiebhom jieħdu l-Pulizija fir-rigward diversi hawkers li qed joħolqu Dingli Circus fi Triq Dingli, Tas-Sliema, partikolarment fid-dawl ta' l-inkonvenjent li dawn qed joħolqu lir-residenti tal-madwar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li hemm proċeduri pendenti quddiem il-Qorti kontra żewġ persuni li nstabu li kienu qed jiksru l-Liġi. Il-Pulizija ser tkompli tagħmel sorveljanza fit-triq imsemmija u, fejn ikun il-każ, tieħu l-passi meħtieġa skont il-Liġi.
Leg 11 PQ #2320 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Maħfriet presidenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi ir-reazzjoni uffiċjali tal-Gvern dwar il-proposta tal-Prim Imħallef li għandu jkun hemm trasparenza sħiħa dwar il-maħfriet presidenzjali li jingħataw, li dawn jiġu pubbliċizzati u tingħata spjega għal liema raguni jkunu ngħataw?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi diġa` għamilt stqarrija pubblika b’reazzjoni għall-proposta mressqa mill-Prim Imħallef dwar il-Maħfriet Presidenzjali. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta’ l-istqarrija li kienet dehret f’waħda mill-gazzetta lokali fil-21 ta’ Settembru, 2008. Għall-benefiċċju ta’ dawk li, forsi, ma kenux qraw din l-istqarrija, nixtieq nerġa’ nikkonferma illi m’għandi l-ebda oġġezzjoni fil-prinċipju li jiġu ippublikati d-dettalji tal-Maħfriet Presidenzjali. Pero`, nemmen illi din it-tibdila għandha tiġi implimentata wara diskussjoni u konsultazzjoni wiesgħa kemm mal-pubbliku, kif ukoll mas-settur legali.

Priġġunieri u Klandestini — Stima ta' kemm jiġu jiswew lill-Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li jiġi jiswa' lil kaxxa ta' Malta kuljum priġunier fil-faċilità korettiva ta' Kordin? Kemm jiġi jiswa biex iżomm klandestin wara li jasal Malta kuljum? Jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li tidħol sistema li dawn l-persuni jitħarrġu fi snajja ħalli jibdew jagħtu xi ħaġa lura lill-pajjiżna waqt li qed jservu s-sentenza tagħhom u waqt li l-klandestini qegħdin f'Malta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Għar-rigward ta' l-ewwel u t-tieni domandi, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistosija parlamentari numru 1841. Dwar l-ewwel parti tat-tielet domanda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistosija parlamentari numri 2442. Ninsab infurmat illi bħalissa fiċ-ċentri magħluqa qed jibda proġett, b'kollaborazzjoni ma' diversi entitajiet lokali u internazzjonali u permezz ta' fondi Ewropej, bil-ħsieb li r-residenti jippreparaw ruħhom għal meta jinħelsu, u b'hekk ikunu jistgħu jutiliżżaw l-opportunitajiet edukattivi u vokazzjonali eżistenti f'pajjiżna. Fiċ-ċentri miftuħa ma jsir l-ebda taħriġ ta' snajja għaliex normalment dawn iffitxu x-xogħol. Madankollu, l-ammistrazzjoni ta' dawn iċ-ċentri tħeġġeġ u tindika lir-residenti għal taħriġ f'diversi snajja.
Leg 11 PQ #2701 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizja u Intern — Chairpersons u diretturi maħtura

Question

Jista' l-Minstru jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma nħatru ebda Chairpersonsjew Diretturi ta' kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi wara l-10 ta' Marzu 2008, pero' jrid jingħad li bħalissa hemm l-Ispettur Abraham Zammit li nħatar bħala Aġent Direttur fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.
Leg 11 PQ #2706 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kottonera — Serq ta karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' serq minn karozzi bejn Marzu 2008 u llum fil-lokalitajiet tal-Kottonera b'mod separat? Jista' jgħid ukoll kemm-il każ minn dawn ġie solvut?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li bejn Marzu u Settembru ta' din is-sena ġew irrapurtati dawn is-serqiet:- Birgu 22 Bormla 54 Isla 15 Kalkara 5 Ninsab infurmat ukoll li s'issa minn dawn is-serqiet ġew solvuti 11 il-każ .

Faċilita' Korrettiva Kordin — Priġunier li għandu bżonn operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li tinsab fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha bżonn operazzjoni u għalhekk hemm bżonn li tingħata l-importanza li jixirqilha?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-persuna indikata skontat is-sentenza tagħha fit-3 ta' Settembru 2008.

Immigranti Illegali mis-Somalia u Eritrea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-tul ta' żmien li immigranti illegali mis-Somalia u l-Eritrea jagħmlu fid-detention centre qabel ma jingħataw il-freedom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-policy ta' detenzjoni sa massimu ta' 18 il-xahar tapplika wkoll għall-immigranti illegali li jiddikjaraw li huma mis-Somalia jew mill-Eritrea. Huma jiġu rilaxxati fiċ-ċentri miftuħa jew meta jgħaddi l-perjodu msemmi nkella meta l-applikazzjoni tagħhom għall-istatus ta' refuġjat jew sussidjarju (umanitarju) jiġi rikonoxxut mill-Kummissarju għar-refuġjati.

Somalia u Eritrea — Immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu immigranti illegali mis-Somalia u Eritrea mis-sena 2000 sal-aħħar ta' Awwissu 2008? Kemm għad fadal minnhom Malta illum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' immigranti irregolari li daħlu Malta bid-dgħajjes mill-Eritrea u mis-Somalia bejn is-sena 2000 u l-aħħar ta' Awwissu 2008 huwa kif ġej:- 2000 2001 2002 2003 2004 2005 2006 2007 2008 Total Eritrea 0 0 334 1 199 372 368 211 98 1583 Somalia 0 0 249 86 533 146 311 613 1266 3221 Ninsab infurmat ukoll li hawn Malta fadal 1666 Somalu u 468 Eritrejan.

Immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm il-pajjiż daħlu immigranti illegali mis-sena 2000 sa' Awwissu 2008? Liema kienu dawn il-pajjiżi? Minn dawn l-immigranti illegali li daħlu Malta mis-sena 2000 sa Awwissu 2008, kemm minnhom kienu rġiel, kemm nisa u kemm minnhom kienu tfal taħt is-16-il sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Immigranti illegali f'pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu immigranti illegali f'pajjiżna f'dawn l-aħħar 12-il xahar? Kemm hemm persuni ficlosed centers u f'open centres separatament? Kemm minnhom inqabdu permezz tal-Frontex? Kemm minnhom applikaw għal status ta' refugjat? Kemm minnhom intbagħtu lura f'pajjiżhom? Kemm jieħdu benefiċċji minn ras għal ras fi flus u f'xort'oħra? Kemm ġew impjegati ħaddiema biex jieħdu ħsieb tagħhom kif ukoll tas-sigurtà taċ-ċentri ta' detenzjoni? Saru xi żviluppi mal-Gvern Libjan wara ż-żjara tal-Eċċellenza Tiegħu l-President tar-Repubblika aktar kmieni din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi kif ġej:- 1. Matul dawn l-aħħar 12-il xaħar, jiġifieri bejn l-ewwel ta’ Ottubru 2007 u l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, in-numru ta’ immigranti li daħlu Malta illegalment kien ta’ 2559 persuna. 2. Sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ l-2008 il-popolazzjoni fil-C losed Centres kienet ta’ 2001 persuna, filwaqt li n-numru ta’ persuni fl- Open Centres kien 2432. 3. L-operazzjoni Nautilus 111 tal- Frontex bdiet fis-19 ta’ Mejju 2008. Minn dak in-nhar sa l-aħħar ta’ Settembru ddaħħlu 409 immigrant bil-mezzi tal-Forzi Armati ta’ Malta li kienu qegħdin jipparteċipaw f’din l-operazzjoni. Kien hemm imbagħad 316 immigrant li ddaħħlu Malta fuq skejjen tas-sajd u minn mezzi tal- Marina Militare kif ukoll mill- Guardia Costiera Taljana f’ċirkostanzi, sew meta kienu waqt l-operazzjoni tan- Nautilus 111 u anke waqt rondi separatament mill- Frontex. 4. In-numru ta’ immigranti irregolari li applikaw għal status ta’ refuġjat f’dawn l-aħħar tnax il-xahar kien ta’ 2572. 5. Bejn Settembru ta’ l-2007 u Awwissu ta’ l-2008 ġew ripatrijati 269 immigrant illegali. Din iċ-ċifra tinkludi wkoll persuni ta’ nazzjonalita’ barranija li nstabu li kienu Malta illegalment. 6. Dawk l-immigranti irregolari li jkunu daħlu Malta bid-dgħajjes u jinżammu f’ Open Centres huma ntitolati għal ċerti benefiċċji finanzjarji, kif spjegat f’din it-tabella:- Status Rate € ASYLUM SEEKER 4.66 PER ADDITIONAL. CHILD 2.33 EMPLOYMENT TERMINATED 4.08 HUMANITARIAN 4.66 REFUGEE WITHOUT SOCIAL BENEFIT 4.08 REJECTED 3.49 SINGLE PARENT 4.66 Immigranti irregolari miżmuma fi Closed Centres ma jirċevux benefiċċji finanzjarji, pero’ jingħataw affarijiet oħra bħal ma huma ħwejjeġ, lożor u materjal ieħor għall-iġene personali tagħhom, phone card ta’ €4.66 kull xahar. 7. In-numru ta’ ħaddiema li kellhom ir-rwol li jieħdu ħsieb kemm l-immigranti irregolari kif ukoll is-sigurta’ taċ-Ċentri ta’ Detenzjoni huwa kif ġej:- 81 membru tal-Forzi Armati ta’ Malta 23 membru tal-Korp tal-Pulizija 111 Uffiċjal Każwali tas-Servizz ta’ Detenzjoni 8. Wara ż-żjara tal-President ta’ Malta ġewwa l-Libja aktar kmieni dis-sena, il-Gvern Libjan wera ruħu dispost li ssir laqgħa f’Malta bejn il-Ministri ta’ Afffarijiet Barranin ta’ Malta, tal-Libja u tal-Italja. Informat li saru kuntatti pożittivi biex tiġi stabbilita data għal dan l-iskop.

Immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu immigranti illegali mis-sena 2000 sal-lum sena b'sena? Kemm minn dawn ġew ittestjati għal HIV u kemm minnhom instabu pożittivi? Kemm minnhom ġew ittestjati għat-TB u nstabu pożittivi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' immigranti illegali li daħlu Malta bejn is-sena 2000 u l-aħħar ta’ Awissu 2008 huwa kif jidher kif ġej:- 2000 2001 2002 2003 2004 2005 2006 2007 2008* 24 57 1686 502 1388 1822 1780 1702 2223 * Jannar sa Awissu 2008 Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard ma jżommx statistika ta’ l-immigranti irregolari li jiġu ttestjati għall- HIV. Skond ma jien informat, jirriżulta li bejn l-2004 (minn meta l-HIV saret marda li t-tobba huma obbligati li jinnotifikaw) u l-aħħar ta’ Awissu ta’ l-2008, ġew notifikati 38 il-każ ta’ HIV f’immigranti irregolari. Għar-rigward tal-marda tat-TB, id-Dipartiment għandu programm ta’ screening għat-Tuberkulożi li permezz tiegħu, immigranti irregolari jiġu ttestjati kif jaslu Malta. Għalhekk, bejn l-2000 u l-aħħar t'Awissu ta' l-2008 ġew ittestjati total ta’ 10,587 immigrant irregolari. Barra minnhekk, immigranti irregolari jiġu ttestjati wkoll meta jiżviluppaw xi sintomi tal-marda tat-TB, kemm waqt li jkunu fiċ-ċentri ta' detenzjoni, kif ukoll wara li joħorġu. Id-Dipartiment pero', ma jżommx rekords ta' dawn it-testijiet. Ninsab infurmat illi bejn l-2000 u l-aħħar ta' Awissu 2008 ġew rapportati total ta' 98 każ. Dawn ir-rapporti jinkludu każjiiet li ġew identifikati waqt l-iscreening li jsir, kif ukoll minn testijiet li jsiru meta immigranti jiżviluppaw sintomi tal-marda.
Leg 11 PQ #2694 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija f'kull għassa skond il-grad

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' pulizija maqsuma skond il-grad li nsibu f'kull għassa f'Malta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhix il-prassi li jiġi ppubblikat tagħrif hekk dettaljat dwar l-operat tal-Korp tal-Pulizija.
Leg 11 PQ #2747 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Parental Leave - Irġiel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li fis-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant jirriżulta li, mid-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi kien hemm: 3 persuni li ħarġu fuq Paternal Leave, wieħed mill-1 ta' Ottubru tas-sena 1999 sal-14 ta' Ottubru tal-2001 u l-ieħor mill-1 ta' Diċembru tas-sena 2000 sas-26 ta' Ottubru tas-sena 2003. Fil-preżent hemm persuna waħda li ilha fuq Paternal Leave mis-6 ta' Diċembru 2007.

Korp tal-Pulizija — Ħlas ta' overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħallsu l-pulizija ta' l-overtime ta' l-elezzjoni ġenerali li għaddiet u ta' l-istrike tat-trasport pubbliku? Kemm kien il-pagament li rċieva l-Korp tal-Pulizija għal dan l-iskop s'issa? Meta u kif ser jitħallsu l-aħħar pagamenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Għar-rigward tal-ewwel parti tad-domanda, ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2582. Ninsab infurmat illi l-overtimemaħdum mill-membri tal-Korp tal-Pulizija b’konnessjoni ma’ l-istrike tat-trasport pubbliku f’nofs Lulju li għadda, qed ikun ipproċessat.

Korp tal-Pulizija — Ħlas ta' xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħallsu l-membri tal-Korp tal-Pulizija li ħadmu l-elezzjoni ġenerali ta' Marzu 2008, kif ukoll dawk li ġew ordnati jaħdmu waqt l-istrike tat-trasport pubbliku? Kemm kien il-pagament li rċieva l-Korp għal dan l-iskop?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2828.

Bomb hoaxes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bomb hoaxes din is-sena u fejn?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel seba' xhur ta' din is-sena, il-Pulizija rċeviet 17 il-rapport ta' bomb hoax,li saru f'dawn il-lokalitajiet:-

Kolliżjonijiet tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm weġġgħu persuni f'kolliżjonijiet tat-traffiku din is-sena? Kemm minn dawn weġġgħu gravament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel seba' xhur ta' din is-sena, il-pulizija rċeviet rapportati li kienu weġgħu 692 persuna f'inċidenti tat-traffiku. Minn dawn, 145 sofrew feriti gravi..

Armi liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn armi liċenzjati llum? Kemm minn dawn ġew liċenzjati din is-sena? X'tip huma l-armi liċenzjati llum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li din is-sena ġew liċenzjati 2,000 arma. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.