Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birżebbuġa — Triq Feliċjan - Modifiki

Question

Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex fit-truf ta' Triq Feliċjan f'Birżebbuġa jsiru l-modifiki neċessarji fit-triq biex karozza tal-linja tkun tista’ tidħol u toħroġ minn din it-triq bla diffikultà?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment.

Trasport Pubbliku – Rotot u frekwenza

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta r-rotot u l-frekwenza ta' rotot tat-trasport pubbliku numru 80, 82, 82A, 119, X4 u 85?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dettalji dwar ir-rotta 82A ma ġietx provduta għaliex din ir-rotta għadha ma daħlitx fis-seħħ.

Birżebbuġa — Triq Dun Ġorġ Zammit - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser tibda u titlesta l-bankina fi Triq Dun Ġorġ Zammit Birżebbuġa u jispjega fiex ser jikkonsistu x-xogħlijiet u jinkludux preparazzjoni sabiex jgħaddu cables u servizzi oħra mill-bankina?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara talba mill-kunsill Lokali ser issir site visit biex jiġi stabbilit ix-xogħol involut.

Birżebbuġa – Triq il-Ġebel – Water culverts

Question

Fid-dawl li meta Triq il-Ġebel f'Birżebbuġa ngħatat wiċċ ġdid, intradmu culverts li kienu jiddirezzjonaw l-ilma tax-xita biex ikun evitat illi garaxxijiet u djar jiġu mgħarrqa, jista' l-Ministru jgħid hux ser jinvestiga din il-problema maħluqa minn Infrastructure Malta u tinstab soluzzjoni sostenibbli għaliha?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Transport Malta – Spot checks ta’ vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm inġiniera bil-warrant u kemm hemm tekniċi kwalifikati ma’ Transport Malta li għandhom il-kompetenza u huma responsabbli li jispezzjonaw u jagħmlu spot checks fuq vetturi kbar, vetturi li jġorru l-passiġġiera u vetturi kummerċjali?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Transport Malta – Spot checks ta’ vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spot checks minn inġiniera bil-warrant u/jew tekniċi kwalifikati fuq vetturi kbar, vetturi li jġorru l-passiġġiera u vetturi kummerċjali, sena sena u kategorija kategorija, wara li jkunu għaddew mill-VRT, mill-1 ta' Jannar 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

San Ġwann – Triq Bellavista — stage

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-istage tal-linja fi Triq Bellavista ġewwa San Ġwann ser jerġa’ jitpoġġa lura peress li kien tneħħa biex ikunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet u issa dawn ix-xogħlijiet ilhom lesti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sakemm jitwaħħal bus stop pole permanenti ġdid fuq il-bus stop li jġib l-isem “Naspli” ġewwa Triq Bella Vista, f’San Ġwann, ġie nstallat wieħed temporanju. Il-bus stop permanenti ser jiġi nstallat fil-ġimgħat li ġejjin.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16476 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li din ir-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Siġġiewi — Proġett taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta' San Nikola

Question

Jista' l-Ministru jagħti garanzija li l-ewwel fażi tal-proġett taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta' San Nikola fis-Siġġiewi, u ċjoè l-parti ċentrali tat-taraġ, se tkun lesta fil-ħin għall-festa ta' San Nikola fl-aħħar ġimgħa ta' Ġunju?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-proġett taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta' San Nikola fis-Siġġiewi qed jinqasam f’fażijiet bil-għan li x-xogħol ma jimpattax il-festa ta’ dan ir-raħal.

Karozzi tal-linja — Rotot

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18063 u għal kull rotta tal-karozzi tal-linja jgħid, kemm-il darba karozza tal-linja ħarġet tard u kemm-il darba ma ħarġitx fuq ir-rotta, għal kull xahar minn Marzu 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, separatament għal kull rotta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Birżebbuġa – Traffic Management

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta pjanta tat-traffic management għall-inħawi wara li jkun tlesta l-proġett ta’ żvilupp residenzjali bi tliet sulari taħt il-livell tat-triq għal parkeġġi b'aċċess għal karozzi minn Triq Għar Dalam, Triq Bourlemaque u Triq F.M. Ferretti fil-Qajjenza, Birżebbuġa (PA/02901/16) u jikkonferma li toroq illi ġew imkissra jew imneħħija waqt il-proġett u li kienu jagħtu aċċess lill-pubbliku ġenerali u għall-proprjetajiet privati ta' terzi ser jerġgħu jiġu mibnija u aċċessibbli, min ser iħallas għal dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Ħ’Attard – Bus stage fil-waqfa “Għeneb”

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li l-bus stage "Għeneb" fi Triq Santa Katarina, Ħ'Attard jerġa’ lura għal fejn kien qabel tmexxa temporanjament minħabba xogħlijiet li kienu qed isiru?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bus stop “Għeneb” fi Triq Santa Katarina, kien ġie relokat fil-post li jinstab fih illum b’mod permanenti u mhux temporanju. Dan wara li l-post fejn kien jinstab qabel, jiġifieri ħdejn ir-roundabout li tinstab fil-junction li hemm bejn Triq Santa Katarina, Triq l-isptar, u Triq Annibale Preca, kien meqjus li seta’ jkun ta’ periklu. Dan sar wara diskussjonijiet li l-Awtorità kellha mal-Kunsill Lokali.

Ħ’Attard — Triq Victor Vassallo - Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18005, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjan li rrefera għalih u li fuqu ser isiru x-xogħlijiet fi Triq Victor Vassallo, Ħ’Attard?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ħ’Attard – Triq Santa Katarina, Triq Durumblat u Triq tat-Torba — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tax-xogħlijiet li qed isiru u li jridu jsiru fi Triq Santa Katarina, Triq Durumblat u Triq tat-Torba, Ħ'Attard?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet proposti għaż-żona msemmija jinkludu trinek ta’ telekomunikazzjoni, trinek u arranġamenti għat-tibdil tal-arbli u dawl tat-triq, trinek għat-titjib tas-servizzi tal-Enemalta, partijiet ta’ trinek għas-servizzi tal-ilma u d-drenaġġ, bini u disinn ta’ roundabout ġdida fil-parti ta Triq Durumblat, Triq it-Torba u Triq Santa Katarina, tibdil fid-disinn tar-roundabout ta' Santa Katarina, Attard, trinek u tqegħid ta’ pajpijiet ġodda għall-ġbir tal-ilma tax-xita, skavar u bini tat-triq mill-ġdid, u linji taż-żebgħa u tabelli meħtieġa. Ma’ din it-tweġiba qed inpoġġi l-pjanti tal-proġett fuq il-Mejda tal-Kamra.