Qormi – Triq il-Belt Valletta – espropjazzjoni ta’ art
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk inbdewx proċeduri ta' esproprjazzjoni sabiex il-Gvern jakkwista art li fuqha hemm parti mill-grawnd 5-a-side ta' Qormi FC li jinsab biswit iċ-ċimiterju fi Triq il-Belt Valletta f'Ħal Qormi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward il-ground tal 5-a-side ta’ Ħal-Qormi, għaddejjin proċeduri fil-qrati ta’ Malta bejn il-privat u l-Gvern. Ngħid ukoll li qatt ma kien hemm talbiet għal esproprjazzjoni min naħa tal-kunsill jew xi tip ta’ entità oħra.
Jista' l-Ministru jgħarraf il-Kamra fiex waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi li saret ftit snin ilu dwar il-bżonn ta’ speed camera fi Triq il-Wied bħala miżura ta' sigurtà fi Triq il-Wied f'Ħal Qormi?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.
Ħal Qormi – Triq il-Mitħna – devoluzzjoni tal-Mitħna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi li saret xhur ilu dwar id-devoluzzjoni tal-mitħna li tinsab fi Triq il-Mitħna u teħtieġ restawr b'mod immedjat qabel jintilef dan il-wirt storiku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Qormi ġiet milqugħa u l-proċess qiegħed ikun segwit.
Jista' l-Ministru jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward tender ta' art?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant illi fl-evalwazzjoni tat-talba in kwistjoni, l-Awtorità tal-Artijiet se tkun qed tieħu konjizzjoni tal-iskambju tal-korrispendenza li diġà kien hemm bejn id-Dipartiment u l-individwi dwar din l-istess talba.
Swieqi — Wied Għomor u Wied id-Dis - livell ta' protezzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 767 u jinforma lill-Kamra liema livell ta’ protezzjoni hemm għal Wied Għomor u Wied id-Dis fis-Swieqi? Hemm xi pjanijiet ta’ tibdil hekk kif qiegħda fin-North Harbour Local Plan? Dan qed jirrefletti fil-GeoServer? U jekk din hija ODZ, allura jista’ jgħid jekk dan kollu huwiex żball, u hemmx xi korrezzjoni fil-ġejjieni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li;
Wied Għomor, fil-limiti ta’ San Ġwann, San Ġiljan u s-Swieqi, kien skedat bħala Arja ta’ Importanza Ekologika u Sit ta’ Importanza Xjentifika b’partijiet bħala Livell 2 u oħrajn bħala ta’ Livell 3 u Żona ta’ Ilqugh ta’ Livell 4 kif ippubblikat fin-Notifka Tal-Gvern Numru 409 tal-1999 ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern datata 1 ta’ Gunju 1999, aċċessibbli mis-sit elettroniku ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar kif indikat hawn:
http://www.pa.org.mt/LpDocumentDetails?syskey=%20181
Wied id-Dis, bejn il-Għarghur u s-Swieqi, kienu bdew l-istudji f’Marzu ta’ l-2010 għal eventwali proposta ta’ skedar wara konsultazzjonijiet meħtiega, imma dan ma’ setghax jitkompla mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar minħabba li l-uffiċċjali speċjalizzati fl-ekoloġija marru jaħdmu ma’ aġenziji oħra, kif ukoll wara ir-riviżjoni ta’ Att dwar l-Iżvilupp u l-Ippjanar, 2016 ir-responsabilta’ biex jiġi propost skedar ta’ siti naturali ġiet investita fl-Awtorita’ ghar-Riżorsi u l-Ambjent.
M'hemmx pjanijiet biex jiġi rivedut l-pjan lokali għal din iż-żona.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali u proġetti li qed isiru mill-Ministeru tiegħu f'Bormla?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali u proġetti li qed isiru mill-Ministeru tiegħu fl-Isla?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali u proġetti li qed isiru mill-Ministeru tiegħu fil-Birgu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali u proġetti li qed isiru mill-Ministeru tiegħu fil-Kalkara?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Ħaż-Żabbar – xogħlijiet infrastrutturali u proġetti
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali u proġetti li qed isiru mill-Ministeru tiegħu f'Ħaż-Żabbar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali u proġetti li qed isiru mill-Ministeru tiegħu fix-Xgħajra?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-bus stops li hemm Baħar iċ-Ċagħaq huma mingħajr shelters, kemm fis-sajf u kif ukoll fix-xitwa? Jista’ jara li dawn isiru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif kien ġie spjegat f’risposti preċedenti fuq dan is-suġġett, Transport Malta kienet ħarġet Request for Proposals sabiex jitwaħħlu numru ta’ bus shelters ġodda ġewwa Malta u Għawdex, inkluż il-bus shelters imsemmijja f’din il- mistoqsija.
Il-proċess ta’ aġġudikazzjoni ġie imtawwal minħabba appell kontra r-rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Għażla. Għaldaqdstant, il-proċess t’evalwazzjoni għadu għaddej.
Fgura – Triq l-Għarnuq – xogħol ta’ bankini u asfaltar ta’ toroq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub illi jibda x-xogħol ta' bankini u asfaltar fi Triq Ġdida fi Triq l-Għarnuq, il-Fgura?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Ħal Tarxien – xogħol ta’ toroq u xogħol infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xogħol ippjanat ta' toroq u xogħol ieħor infrastrutturali minn issa sas-sena 2018 ġewwa l-lokalità ta' Ħal Tarxien?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Gudja — xogħol ta’ toroq u xogħol infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xogħol ippjanat ta' toroq u xogħol ieħor infrastrutturali minn issa sas-sena 2018 ġewwa l-lokalità tal-Gudja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Raħal Ġdid — xogħol ta’ toroq u xogħol infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xogħol ippjanat ta' toroq u xogħol ieħor infrastrutturali minn issa sas-sena 2018 ġewwa l-lokalità ta' Raħal Ġdid?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Santa Luċija — xogħol ta’ toroq u xogħol infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xogħol ippjanat ta' toroq u xogħol ieħor infrastrutturali minn issa sas-sena 2018 ġewwa l-lokalità ta' Santa Luċija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Fgura — xogħol ta’ toroq u xogħol infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xogħol ippjanat ta' toroq u xogħol ieħor infrastrutturali minn issa sas-sena 2018 ġewwa l-lokalità tal-Fgura?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Bridge/flyover ta’ Ħal Qormi – problemi strutturali
Question
Wara rapporti li dehru fit-Times of Malta, jista’ l-Ministru jassigura lis-sewwieqa u l-passiġġieri kollha kull darba li jgħaddu minn fuq jew minn taħt il-bridge/flyover ta’ Ħal Qormi jekk humiex qed ikunu f'riskju, minħabba problemi strutturali serji fl-istess bridge/flyover?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta temmen li tħassib dwar biċċiet tal-konkrit li jistgħu jaqgħu minn struttura għandhom jiġu meħudha serjament u fil-fatt il-pjan huwa li fil-ġranet li ġejjin se jkun hemm intervent fejn kuntrattur ikun qed jaħdem sabiex żoni fejn is-saff tal-konkrit li jagħti protezzjoni lir-rinforz tal-ħadid seta ġie imdgħajjef bl-elementi jew bid-dħaħen tal-vetturi jiġu msaffija u jitneħħa l-periklu li jaqgħu xi biċċiet. Fl-istadju intermedjarju, Transport Malta qeda diġa’ tieħu passi sabiex ikollha pariri tekniċi specjalizzati ta’ kif l-istat tal-istruttura jista’ jiġi mtejjeb.
Transport Malta qiegħda wkoll tħares lejn pjan ta’ rikostruzzjoni u
upgrade
tat-triq bejn il-Marsa-Hamrun Bypass u Triq Aldo Moro. Dan l-
upgrade
mistenni jseħħ fis-snin li ġejjin u ser ikun jinkludi wkoll
upgrade
tal-istruttura eżistenti, li possibilment terġa’ tinbena mill-ġdid.
Bridge/flyover ta’ Ħal Qormi – biċċiet ta’ konkrit li qed jaqgħu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux rapporti tekniċi li jiċħdu li l-biċċiet ta' konkrit li qed jaqgħu mill-bridge/flyover ta' Ħal Qormi (ħdejn il-posta) humiex kawża għal tħassib serju għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni li jgħaddu minn hemm kemm jekk isuqu jew bil-mixi?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 1453.