Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva - Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll:
(i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena;
(ii) kemm kien hemm direct orders kull sena;
(iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order;
(iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz;
(v) min awtorizza dawn id-direct orders?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2023?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19760, jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalità fir-reġjun tal-port tat-Tramuntana se jkun qed jinfetaħ iċ- ċentru ġdid għall-persuni bid-dimensja?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jitwettqu l-proċessi meħtieġa biex jiġi identifikat l-aħjar post għal dan iċ-ċentru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ser ikunu qed jiġu mpjegati ħaddiema għall-Isptar ġdid ta’ Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jagħti importanza assoluta li jkompli jkabbar is-servizzi tas-saħħa u ma joqgħodx lura milli jimpjega aktar professjonisti skont il-ħtieġa.
Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani — standards regolatorji minimi għas-servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istandards regolatorji minimi għas-servizzi regolati bl-Att dwar l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani tirregola fuq l-Istandards Regolatorji. Dawn ser ikunu qed jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra:
‐ Servizzi ta' Kura għal Anzjani b'Kundizzjonijiet Kroniċi u b'Dipendenza
‐ Servizzi Residenzjali għall-Anzjani
‐ Servizzi Residenzjali għal Persuni li jgħixu bid-Dimenzja fid-Djar tal-Anzjani
Att dwar l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani — liċenzji
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-għoti, rifjut, sospensjoni u revoka ta’ liċenzji regolati bl-Att dwar l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-għoti, rifjut, sospensjoni u revoka ta’ liċenzji huma regolati bl-Istandards Regolatorji tal-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA), hekk kif imsemmi fil-mistoqsija parlamentari 20162.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva- Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2023?
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li meta saru kuntratti mal-media houses, dawn kienu jinkludu, fejn ikun il-każ, kemm it-television, radju u online portal. F’dan il-kuntest, l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Healthcare fees regulations u hospital fees for foreign patients – Avviż legali
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ġiet riveduta u ppubblikata l-aħħar subsidiary legislation (avviż legali) dwar healthcare fees regulations u hospital fees for foreign patients u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Avviż Legali 105/2024 ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern fis-7 ta’ Mejju 2024 u diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li l-mediċina speċifika għall-kura u t-trattament tal-kanċer bl-isem ta' Daratumumab tibda tingħata mill-Gvern peress li tiswa €13,000 u l-persuni li għandhom bżonnha ma jistgħux iħallsu għaliha biex jeħduha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm talba għad-dħul tal-mediċina Daratumumab u oħrajn għall-istess kundizzjoni indikata li hija tal-myeloma multipla. Fil-preżent qed jigi ppjanat ‘pathway’ tal-mediċini li hemm bżonn għal din il-kundizzjoni mal-konsulenti biex ikompli l-proċess li din il-mediċina u oħrajn jidħlu fil-formularju għal pazjenti li jinħtiġuhom. Dan il-proċess huwa mportanti għal diversi raġunijiet fosthom li mediċina ma taffettwax kull pazjent bl-istess mod u dak li hu tajjeb għal xi ħadd mhuwiex għal ħaddiehor bl-istess kundizzjoni. Raġuni oħra hi li dawn it-tip ta’ mediċini huma speċifiċi ħafna u ma jaħdmux għal żmien twil. B’hekk wieħed irid jaħseb għal dawk il-każijiet meta jkun hemm bżonn mediċini alternattivi għat-trattament ħolistiku tal-pazjenti milquta.
Anzjani li jintbagħtu fil-Faċilità San Vinċenz de Paul minflok l-Isptar Mater Dei — Proġett pilota
Question
Jista’ l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar il-proġett pilota li ħabbar il-Gvern f’Marzu li għadda fejn l-anzjani minflok jintbagħtu l-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei qed jintbagħtu fil- Faċilità San Vincenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll min jiddeċiedi jekk l-anzjan imurx l-Isptar Mater Dei jew fil-Faċilità San Vincenz de Paul? Jista’ jgħid jekk anzjan jistax imur minn jeddu f’każ ta’ emerġenza fil-Faċilità San Vincenz de Paul minflok imur l-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid ukoll jekk l-anzjani li diġà jirrisjedu fil-Faċilità San Vincenz de Paul humiex qed jibbenefikaw minn dan is-servizz jew f’każ ta’ emerġenza humiex xorta qegħdin jintbagħtu l-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalma tħabbar f’Marzu li għadda, il-pazjenti eleġibbli li jirċievu s-servizz minn Narċis, huma anzjani residenti f’Dar tal-Anzjani li jirriżulta li jkunu ġew bżonn kura medika konsegwenza ta’ kundizzjonijiet pre-determinati. Dan is-servizz beda jingħata mit-8 ta April 2024.
Il-proċess biex jiddaħħlu Narċis jinvolvi analiżi tal-każ mediku mill-konsulent tad-Dar li jiddiskuti l-każ mal-konsulent ġerjatriku responsabbli minn Narċis. Jekk il-kundizzjoni tal-anzjan taqa’ fil-kriterji pre-determinati, isiru l-arranġamenti meħtieġa għat-trasferiment tal-pazjent. Id-dħul tal-pazjent ġewwa Narċis jiġi aċċettat biss wara qbil bejn dawn iż-żewġ partijiet.
Min-naħa l-oħra, pazjenti li huma resident f’San Vinċenz de Paul, jiġu ittrattati l-isptar San Vinċenz stess. Pazjenti li jkollhom bżonn trattament mediku intensiv biss jiġu trasferiti lejn l-Isptar Mater Dei. F’każ bħal dan, huma ma jkunux eleġibbli għal Narċis, peress li Narċis mhijiex f’pożizzjoni li toffri kura intensiva.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il CCTV camera hemm fil-Faċilità San Vincenz de Paul u fejn jinsabu dawn il-cameras? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx CCTV cameras li jagħtu għas-swali u/jew il-kmamar tar-residenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant, li ġewwa San Vinċenz de Paul, hemm total ta' 107 CCTV cameras madwar il-post. L-ebda waħda mill-cameras ma tinsab fil-kmamar tal-pazjenti u dan minħabba raġunijiet ta' privatezza.
Sptar Sir Anthony Mamo — Pazjenti bil-kanċer li ma ngħatawx il-kimoterapija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn kien hemm pazjenti bil-kanċer fid-Dipartiment tal-Outpatients f’Sir Anthony Mamo li ma ngħatawx il-kimoterapija u ntbagħtu d-dar nhar is-Sibt 8 ta' Ġunju u l-Ħadd 9 ta’ Ġunju 2024 wara li qalulhom li dan qed isir minħabba l-elezzjoni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ebda trattament tal-kanċer ma ġie kkanċellat minħabba l-elezzjonijiet u ma kien hemm l-ebda pazjent bil-kanċer fid-Dipartiment tal-Outpatients f’Sir Anthony Mamo li ma ngħatax il-kimoterapija u ntbagħt lura d-dar nhar is-Sibt 8 ta' Ġunju u l-Ħadd 9 ta’ Ġunju 2024.
L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex — Under water sealed drain
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu pazjenti fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex minħabba li m'hemmx l-apparat li jissejjaħ ‘under water sealed drain’ (UWSD) bejn l-2013 u l-2024, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ma jirriżulta l-ebda mewt ta’ pazjent/i fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex minħabba li m'hemmx l-apparat li jissejjaħ ‘under water sealed drain’ (UWSD) bejn l-2013 u l-2024.
Infurmat ukoll li l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għandu dan it-tip ta’ apparat disponibli f’każ ta’ bżonn.