Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-servizz tal-ħelikopter ambulanza jibda jintuża biex jiġbor pazjenti mill-periferija ta' Malta bħall-Mellieħa u Marsaxlokk? Liema pazjenti minn dawn il-postijiet jista' jkun li qed idumu ma jaslu iktar minħabba problema ta' traffiku u għalhekk jekk jintuża l-ħelikopter ambulanza għal dawn il-każijiet din il-problema tispiċċa?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għalissa m’hemm l-ebda ħsieb li nintroducu servizz tal-ħelikopter ambulanza kif indikat. Tajjeb wieħed jinnota li meta pazjent ikollu bżonn is-servizz ta’ l-ambulanza għal xi każ li jkun indikat urġenti mit-tabib tal-familja, il-pazjent jitwassal l-isptar fl-iqsar żmien possibbli għall-fatt li l-ambulanza tingħata precedenza fuq it-traffiku normali. Barra minn hekk, ic-Centru tas-Saħħa tal-Mosta joffri servizz ta’ ambulanza kuljum sat-8.00 p.m. biex in-naħa ta’ fuq ta’ Malta tintlaħaq aktar malajr.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed juża dawl u ilma, l-Isptar Mater Dei? Kemm hija kkalkulata li tiġi tiswa din l-ispiża? Jeżistu xi pjanijiet għal investiment f'enerġija alternattiva?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li fuq medda ta’ 8 xhur, il-konsum medju kien hekk:
· ilma madwar 348 metri kubi (units) kuljum
· dawl madwar 119,000kWh (units) kuljum.
L-ispiża tiddependi mir-rati l-ġodda li għandhom jidħlu fis-seħħ.
Jeżiztu diversi sorsi ta’ enerġija alternattiva u hemm diversi modi kif dawn jistgħu jiġu integrati mas-sistemi eziztenti ta’ l-isptar biex jitnaqqas l-użu ta’ l-enerġija li ġejja miż-żejt. Il-
management
ta’ l-iStpar Mater Dei qed jesplora xi possibilitajiet bl-intenzjoni li fix-xhur li ġejjin isir studju dwar l-aħjar mod kif jistgħu jiġu wżati dawn is-sistemi ta’ enerġija alternattiva.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2009 ser isir ‘
Energy Performace Audit
’ mill-entitajiet pubblici fi ħdan il-Ministeru, kif mitlub fid-diskors tal-
budget
2009.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-popolazzjoni tan-nies li kellhom l-kartuna r-roża bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'inhi l-popolazzjoni tan-nies li kellhom l-kartuna s-safra tal-medċini b'xejn bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? Kemm hemm persuni li għandhom kemm il-kartuna s-safra u kemm l-kartuna r-roża?
Response (DALLI, JOHN)
In-numru ta’ kartun roża li ħareg mid-Dipartiment tas–Servizzi Soċjali bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007 kien ta’ 8,030. Dawn jinkludu reġistrazzjonijiet ġodda kif ukoll dawk imġedda. Il-kartun roża ma jinħariġx fuq bażi ta’ pazjenti individwali iżda fuq bażi ta’ familji jew households għalhekk f’dan il-każ wieħed ma’ jistax jitkellem fuq poplazzjoni per se. Il-kartuna safra tinħareg fuq pazjenti individwali u l-popolazzjoni ta’ nies li inħarġitilhom il-kartuna s-safra tal-mediċini b'xejn gdida bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007 kien ta’ 20, 226. Fil-preżent mhux possibli tinġabar informazzjoni fuq kemm hemm persuni li għandhom kemm il-kartuna s-safra u kemm l-kartuna r-roża flimkien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il berġa għandu mqassmin ma' Malta u Għawdex? Kemm-il servizz joffru dawn il-bereġ u kemm-il darba fil-ġimgħa jkunu miftuħin u qed jagħtu servizz?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li f’Malta hawn 42 berġa. Dawn il-bereġ joffru dawn is-servizzi:
1) Servizz bażiku ta’ tabib tal-familja u nfermiera b’appuntament
2) Servizz ta’ tqassim ta’ mediċini lill-pazjent fejn l-iskema ta’ l-Ispiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek għadha ma daħlitx.
3) Servizz ta’
Speech Language Pathology
fil-bereġ ta’ H’Attard, B Bugia, Dingli, Ħamrun, Kirkop, Mġarr, Naxxar, Qrendi, Safi, Siggiewi, Sta Lucija, Sta Venera, Tarxien, Żebbug, Żejtun u Żurrieq.
Il-ġranet u ħinijiet tal-ftuħ huma kif jidhru fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar il-bereġ ta’ Għawdex l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru għal Għawdex.
Dħul għall-gvern minn servizz residenzjali finanzjat mill-istat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4564, 4068 u 2780 u jgħid x’kien id-dħul tal-Gvern kull sena mill-1999 sal-lum minn Malta u Għawdex separatament: (i) taħt l-Artiklu 93 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u (ii) taħt l-Artiklu 95 ta’ l-istess Att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta’ kura/għajnuna mogħtija fid-djar? Jista’ jgħidli kemm hemm sodod f’istituzzjonijiet, djar, eċċ għall-anzjani li huma finanzjati/sussidjati mill-Gvern jew immexxija taħt partenariat bejn il-Gvern u l-privat f’Malta u Għawdex separatament? Jista’ jagħtini dan it-tagħrif istituzzjoni, istituzzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Tagħrif mitlub għall-ewwel parti tal-Mistoqsija għadu qed jinġabar. L-informazzjoni mitluba għat-tieni parti tal-Mistoqsija ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
appartamenti tal-gvern — ilmenti fuq ħmieġ fil-partijiet komuni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx arrangamenti għal residenti f'appartamenti tal-gvern mogħtija għall-kiri li jridu jagħmlu ilmenti dwar ħmieġ u akkumulazzjoni ta' imbarazz fil-partijiet komuni tal-appartamenti fejn qed jgħixu trabi?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' konsulenti, speċjalisti u tobba oħra li jaħdmu fl-isptarijiet tal-Gvern? F'liema sptarijiet jaħdmu dawn il-persuni?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru t'anzjani li huma rikoverati fid-djar tal-anzjani tal-gvern bħalissa, inkluż San Vinċenż de Paule? Kemm hu n-numru f'kull waħda minn dawn id-djar? Kemm hu n-numru t'anzjani li fil-fatt huma rikoverati fid-djar tal-anzjani tal-privat?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' anzjin li huma rikoverati fid-djar tal-anzjani tal-gvern bħalissa, inkluz San Vinċenz de Paule huma kif ġej:
Dar ta' l-Anzjani Numru ta' Anzjani
Floriana 46
Mosta 67
Msida 64
Mellieha 130
Mtarfa 123
Gzira 31
Bormla 130
Zejtun 165
San Vincenż de Paul 1006 (li jinkludu 5 anzjani respite)
l-Iskema tal-Private Partnership
Casa Serena 35
Casa Arkati 19
Villa Messina 51
Central Home 44
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-talblets Amro tal-pressjoni tad-demm għadhom out of stock f'Isptar Mater Dei u anke f'ħafna spizeriji tal-għażla tal-pazjent? Dan sal-ġurnata tal-lum li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lid-drug addicts mill-bereġ u ċ-ċentri tas-saħħa bejn Jannar 2008 u Ottubru 2008? Kemm tiġi tiswa kull siringa li titqassam?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni li huma reġistrati li għandhom pressjoni għolja
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-popolazzjoni li hija reġistrata li għandha l-pressjoni għolja f'Malta u Għawdex f'Ottubru 2008? Kemm minn dawn in-nies qegħdin fuq kura u għandhom il-kartuna s-safra? Kemm minn dawn jieħdu l-mediċini b'xejn mill-kliniċi tal-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li informazzjoni dwar il-popolazzjoni reġistrata li kellha l-pressjoni għolja f"Malta u Għawdex f'Ottubru 2008 għada qed tinġabar u tiġi analizzata u għaldaqstant ma tistax tingħata fil-mument. Huwa stmat li hawn madwar 72,700 ruħ li għandhom pressjoni għolja fil-gżejjer Maltin. Huwa wkoll stmat li madwar 55,000 minnhom qegħdin fuq kura għal din il-kondizzjoni. Din il-figura tinkludi dawk il-pazjenti li jiġu iddijanjonizzati u ikkurati fil-privat kif ukoll dawk li jużaw is-servizzi tal-Gvern. Mediċini għall-pressjoni għolja jingħataw b’xejn mis-servizzi tal-gvern kemm fuq il-kartuna safra kif ukoll fuq il-kartuna roża. L’Informazzjioni li għandu l-Ministru għad-dispożizzjoni tiegħu hija dwar in-numru ta’ pazjenti li huma irreġistrati li inħarġitilhom kartuna safra għal din il-kondizzjoni u dan in-numru ta’ nies sa l-aħħar ta’ Ottubru 2008 kien jammonta għal 21,250 (11,190 nisa u 10,050 irġiel). Ma dawn jiżdiedu wkoll pazjenti li jieħdu kura għall-pressjoni għolja, iżda d-dijonjisi ewlenija tkun oħra per eżempju dijabete, mard tal-qalb. Stattistika dwar dawn mhix disponibli fil-preżent. Normalment dawk il-pazjenti li tinħarġilhom kartuna safra għall-kondizzjoni partikolari jieħdu l-mediċini relevanti b'xejn mill-kliniċi tal-Gvern u l-Iskema ta’ l-Ispiżjar ta’ L-Għażla Tiegħek (POYC) fil-bliet u rħula fejn din l-iskema ġiet implimentata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu każijiet quddiem il-customer care ta' l-Isptar Mater Dei bejn Diċembru 2007 u Diċembru 2008? Jistgħu dawn it-talbiet jiġu kategorizzati?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Interventi fil-kirurġija, ortopedija u oftalmoloġija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru interventi fil-kirurġija, ortopedija u oftalmoloġija f'sena b'mod globali bejn 1 ta' Diċembru 2006 u l-1 ta' Diċembru 2007? Kemm saru interventi ta' l-istess tip bejn t-2 ta' Diċembru 2007 u t-2 ta' Diċembru 2008? Kemm huwa ppjanat li jkun hemm interventi bejn t-3 ta' Diċembru 2008 u t-3 ta' Diċembru 2009?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li r-records dwar l-informazzjoni mitluba jinżammu sa’ l-aħħar ta’ Ottubru ta’ kull sena u mhux kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Id-dettalji dwar l-interventi li saru bejn l-1 ta’ Novembru 2006 u l-31 ta’ Ottubru 2008 huma kif jidhru fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.