Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skola Medika Maltija – Studenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17107, li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti barranin fl-Iskola Medika Maltija fis-sena ta' qabel fetħet l-iskola ta' Barths? Jista’ jgħid ukoll kemm kien it-total ta' studenti li kienu eżentati milli jħallsu għall-istudju tagħhom u kemm kien l-ammont totali li huma ffrankaw kollha flimkien?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Skejjel tal-Gvern – LSEs barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk biex LSE barrani jaħdem fi skola tal-Gvern iridx ikun jaf il-Malti bażiku? Jekk le, x'inhuma l-kriterji?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waħda mill-kriterji hi l-kapaċità li tikkomunika bil-lingwa Maltija.

Skejjel tal-Istat — Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Ombudsman għall-Edukazzjoni jibda serje ta' taħdidiet fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, l-istess kif beda jagħmel fl-iskejjel tal-Knisja, dwar l-importanza tal-Ombudsman u l-Governanza t-Tajba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċju tal-Ombudsman huwa uffiċju Indipendenti.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni minn Jannar tal-2024 s’issa, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Ftehmiet kollettivi jew ftehmiet settorjali

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehmiet kollettivi jew ftehmiet settorjali kollha, inkluż addenda u dokumentazzjoni supplimentari għal istess ftehimiet li saru mill-2013 ‘il quddiem u li tagħhom huwa firmatarju l-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħtu, bħal MCAST, Università ta’ Malta, Junior College u entitajiet oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali dokumenti ma jiġux ippublikati.

Malta Model Aircraft Flying Association

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kera tal-art li tintuża mill-Malta Model Aircraft Flying Association (MMAFA) f’Ta’ Qali ma ġietx imġedda? Jista' jgħid jekk sarx ħlas għal din l-art? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser jiġi ffirmat il-kuntratt għall-kirja ta’ din l-art u meta, u jekk le liema art alternattiva ser tingħata lill-MMAFA?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li għaddej il-proċess sabiex il-kuntratt tal-kiri jerġa jiġi mġedded. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li tali kirja tiġi mħallsa kif dovut.

Għalliema li ggradwaw fis-suġġetti tar-Reliġjon u tal-Etika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iggradwaw għalliema fis-suġġetti tar-Reliġjon u tal-Etika mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom qed jgħallmu s-suġġett li ggradwaw fih?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2021 gradwaw total ta’ 13-il għalliem fis-suġġetti msemmija.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Tenders u Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ismijiet u/jew kumpaniji li ngħataw direct orders u/jew tenders mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni mis-sena 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti l-ammont monetarju li ngħata lil kull persuna jew kumpanija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

SportMalta – Tenders u Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' ismijiet u/jew kumpaniji li ngħataw direct orders u/jew tenders minn SportMalta mis-sena 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti l-ammont monetarju li ngħata lil kull persuna jew kumpanija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li d-Direct Orders maħruġa minn Sport Malta ġew ippublikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Skejjel — evacuation chair għal persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15799 u 16554 u jgħid f'liema skejjel hemm evacuation chair li jista' jintuża minn persuni b'diżabilità f'każ li jkun hemm nirien fis-sular ta' fuq tal-istess skejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Skola tal-isport – Ħlas għal tipi oħra ta’ sport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk barra t-taħriġ tal-isport, fl-Iskola tal-Isport f'Malta, hemmx xi tipi oħra ta' sport li għalih l-istudenti jridu jħallsu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru mhux infurmat li hemm xi CEOs li għandhom xi negozju ieħor.

Applikazzjonijiet għal LSEs pendenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14041, jista’ l-Ministru jagħti l-etajiet, in-nazzjonalità, u jekk l-180 student li l-applikazzjoni tagħhom għal LSE għadha pendenti humiex fi skejjel tal-istat, tal-Knisja jew tal-Privati/Indipendenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li dawn il-każijiet jiġu proċessati b’mod kontinwu u b’ċertu regolarita u żgur mhux ser nidħol f’tali proċessi abbażi ta’ nazzjonalità tal-istudenti fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja jew tal-Privati/Indipendenti.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15997 jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament m’hemmx Deputati tal-Gvern li jgħamlu parti minn xi board tal-Ministeru.

Klabb 3-16 – Lista ta’ stennija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-lista ta' stennija (waiting list) għal Klabb 3-16 sal-aħħar tas-sena 2023? Jista' jgħid ukoll kemm kienet il-lista ta' stennija (waiting list) għal kull skola li fiha jattendu t-tfal għal Klabb 3-16 sal-aħħar tas-sena 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16580.

Klabb 3-16 – Attendenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li attendew Klabb 3-16, sal-aħħar tas-sena 2023 u jaqsam din l-informazzjoni skola skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13531.

Skola Medika ta’ Malta — Studenti barranin

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16149, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti barranin mill-215-il student li attendew l-Iskola Medika matul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ġiet provduta fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16149.

Skola Medika ta’ Malta — Studenti barranin

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16149, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont fit-total tiegħu li l-istudenti barranin li jattendu l-Iskola Medika Maltija iffrankaw flus matul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena akkademika 2022/2023 ġie frankat €108,100 filwaqt li matul is-sena akkademika kurrenti s’issa ġie frankat €109,700.

Skola tal-Isport – Ħlas għal taħriġ fit-tennis

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn fl-Iskola tal-Isport tal-Gvern, studenti li jitħarrġu professjonalment fit-tennis qegħdin jintalbu jħallsu għat-taħriġ tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-Iskola Nazzjonali tal-Isports ma titlob l-ebda ħlas mill-ġenituri li wliedhom qed jitħarrġu d-dixxiplina tat-Tennis. Dan huwa servizz li jingħata b'xejn. Dan japplika għall-kumplament tad-dixxiplini sportivi li jiġu mgħallma f'din l-iskola. Nikkonferma wkoll li xi ġenituri li wliedhom jitħarrġu t-Tennis jistgħu juru l-interess li fuq xewqa personali tagħhom, wliedhom jiġu mħarrġa minn coaches speċifiċi (skont l-għa¿la tagħhom u bi spejjeż għalihom, bil-għan li tinżamm kontinwita' bejn it-taħriġ ta' filgħodu u dak li jkompli wara l-ħin tal-iskola) bil-coach tal-iskola jkun dejjem disponibbli.