Gozo Alive – sejħa għall-offerti jew expression of interest biex intgħażlu l-artisti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ħarġitx sejħa għall-offerti jew expression of interest biex jintgħażlu l-artisti li ħadu sehem fil-Gozo Alive li nżamm f'Mejju 2019 f'Għawdex? Min kien iċ-Chairman u l-membri tal-bord li għażlu l-artisti? Tista’ l-Ministru tgħid kif intgħażlu ċ-Chairman u l-membri tal-bord u jekk iċ-Chairman u l-membri tal-bord kenux imħallsa għal dan ix-xogħol? Jekk iva, tista’ tgħid kemm?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret Call for Artists. Chairman u bord ma kienx hemm imma kien hemm working group li kien kompost minn membri taċ-ċivil u oħrajn midħla sew tax-xena kulturali. Il-ħaddiema tal-Gvern minn Skala 7 ’l isfel ġew imħallsa overtime jekk ħadmu wara l-ħin tax-xogħol tagħhom filwaqt li Clint Bajada u Alfred Zammit tħallsu €3,500 + VAT kull wieħed.
Għawdex – Triq li mir-Rabat twassal sal-Pjazza taż-Żebbuġ — xogħol
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid tat-triq li mir-Rabat, Għawdex twassal sal-pjazza taż-Żebbuġ f’Għawdex u dan peress li partijiet minn din it-triq jinsabu fi stat perikoluż? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol hux se jsir matul is-sena 2019?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan ta’ xogħlijjiet fuq it-toroq għas-sena 2019 huwa lest u qed jitwettaq kif pjanat.
Tista' l-Ministru tgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tagħha fix-xahar t’April u Mejju 2019?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Tista’ tikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien il-Ministeru għal Għawdex stess li matul din il-leġislatura talab lill-Kummissjoni biex isir audit dwar l-aċċessibilità biex tiġi assigurata aċċessibilita’ sħiħa skont kif titlob il-liġi.
Tista' l-Ministru tghid jekk jekk ġiex identifikat ir-raba' vapur biex jitjieb is-servizz ta’ traġitt bejn Malta u Għawdex? Jekk iva, meta mistenni li jibda jopera? Tista' tikkonferma li dan ser jinkera bil-crew tiegħu b' kollox? Jekk iva għal kemm żmien ser tkun il-kirja u kemm ser jkun il-ħlas għal kull ġurnata?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ir-raba’ vapur ser jibda jopera fil-ġranet li ġejjin.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu ppjanat li jsir, biex jinbnew imħażen għad-dilettanti li jibnu l-karrijiet tal-Karnival ġewwa Għawdex? Tista' sserraħ ras id-dilettanti tal-Karnival li dawn l-imħażen se jkunu jistgħu jintużaw għall-Karnival tas-sena 2020?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret laqgħa mad-dilettanti tal-karrijiet u kull spjegazzjoni ingħatat lilhom direttament
In-Nadur — Ta' Xħajma - kors taż-żwiemel - xogħol ta' skavar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li x-xogħol ta’ skavar jew xogħol ieħor simili li kien ilu għaddej għal dawn l-aħħar ġimgħat ħdejn il-korsa taż-żwiemel f'Ta’ Xħajma fil-limiti tan-Nadur, Għawdex waqaf għalkollox f'dawn l-aħħar ġranet? F'liema xahar tas-sena hu ppjanat li jitkompla x-xogħol ta' skavar f'dan is-sit?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol tal-iskavar li qiegħed isir skont il-Permitted Development li toħroġ mis-SL552.08-Class 13i u issa ser isir il-coring tas-sit.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux condition surveys u condition reports tat-toroq kollha li se jsir xogħol fuqhom mill-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2019? F'dawn ir-rapporti, kien ġie identifikat xi ħsarat għandhom dawn it-toroq bħal rutting, crocodile cracks, x'ammont mit-triq preżentement hemm mibnija, eċċ? Tista’ l-Ministru tpoġġi dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika fuq liema toroq irid l-informazzjoni.
Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-Għar ta' Calypso ġewwa x-Xagħra Għawdex u tgħid jekk tlestix ix-xogħol ta' 3D scanning tas-sit u tal-għar u studji oħra, u x'kienu l-konklużjonijiet u f'liema xahar tas-sena 2019 hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li fi żmien Gvern Nazzjoanlista ma sar xejn fuq dan is-sit, dan il-Ministeru kellu jibda kollox mill-bidu. It-3D scanning tas-sit minn barra u tal-għar minn ġewwa tlesta. Dan tal-aħħar għandu jiġi ripetut minħabba li r-riżultati miksuba ma kinux dawk mistennija. L-istudji l-oħra li hemm ippjanati mistennija jibdew meta jitlesta t-3D scanning. Xogħlijiet ta’ moniteraġġ fuq is-saff ta’ tafal li hemm u kif dan jaffettwa l-moviment tal-blat irid isir fuq perjodu ta’ erba’ staġuni. Ix-xogħlijiet ser jiġu ppjanati meta jkollna l-istudji lesti.
Tista' l-Ministru tgħid meta beħsiebha tawtorizza u tagħti l-approvazzjoni tagħha biex jimtlew il-postijiet vakanti fil-kumpanija Gozo Channel u dan peress li t-talba biex jimtlew dawn il-postijiet ilha li saret minn Settembru 2018 u sal-lum għad ma hemmx l-approvazzjoni bil-konsegwenza li ħafna ħaddiema qed jaħdmu 12-il siegħa kuljum għal sebat ijiem fil-ġimgħa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lil llum l-HR plan qed isir skont HR audit li sar u mhux mingħajr pjan skont kif kien isir taħt Gvern Nazzjonalista.
Tista' l-Ministru tgħid minn issa sal-aħħar tas-sena 2019 kemm-il ħaddiem tal-Gozo Channel hu mistenni li jirtira bl-età u x'inhu l-grad ta' kull wieħed minn dawn il-ħaddiema li mistennija jirtiraw?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlmaentari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8506 kollha u taġġorna lill-Kamra fuq il-varji Master Plans li qed iħejji u jagħmel il-Ministeru għal Għawdex bħalissa? Fiex jikkonsistu u għalxiex qed isiru dawn il-Master Plans u minn min qed isiru? Kif intgħażlu l-persuni li qed jagħmluhom, kemm tħallsu s’issa u meta huma ppjanati li ser jiġu konklużi dawn il-Master Plans? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Master Plans li ġew konklużi fl-aħħar sena u nofs?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari ser tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9701, tista’ l-Ministru tgħid jekk in-Night Shelter fix-Xagħra Għawdex bediex jopera f’April 2019 u jekk iva kemm qed jilqa’ residenti? Tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-bankina u t-triq ta' quddiem dan in-Night Shelter għadhom mhux lesti, iktar minn sitt xhur wara li ġie inawgurat dan in-Night Shelter?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, iva, in-night shelter beda jopera ( u minnu qed jibbenefikaw persuni li għandhom bżonn).
Dwar ix-xogħlijiet indikati, ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol msemmi ma kellux x’jaqsam mal-proġett.
Tista' l-Ministru taġġorna dwar x'sar f'dawn l-aħħar sentejn dwar ir-riġenerazzjoni u l-Master Plan ta' Marsalforn u x'hemm ippjanat li jsir (proġetti infrastrutturali) qabel jibda s-sajf 2019? Kemm kienet in-nefqa fuq Marsalforn mill-Ministeru għal Għawdex fl-aħħar sentejn?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’xi seduta oħra.
Ix-Xewkija Għawdex — tneħħija ta' Cold Stores u Pitkalija
Question
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra fiex wasal il-proċess ta' tneħħija tal-Cold Stores u tal-Pitkalija fix-Xewkija Għawdex minn fejn huma preżentement,u meta huwa ppjanat li jitneħħew għal kollox, peress li hu ppjanat li fiż-żona fejn illum hemm il-Cold Stores u l-Pitkalija, issir il-Qorti l-ġdida ta’ Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent il-Ministeru għal Għawdex għaddej minn proċess ta` konsultazzjoni kemm mal-Planning Authority kif ukoll mal-istakeholders involuti.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 9657 kollha u tgħid x’widien ġew imnaddfa u rijabilitati minn Ġunju 2017 sal-lum ġewwa Għawdex? Tista’ tgħid x'kienet l-ispiża fuq kull wieħed mill-widien u fiex kien jikkonsisti x-xogħol? Tista' tgħid x'widien hemm ippjanati li jitnaddfu matul is-sena 2019 u x'tenders diġà ħarġu u ġew awarded u f’liema xahar tas-sena 2019 hu ppjanat li jibda x-xogħol?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-widien li ser ikunu qegħdin jitnaddfu u jiġu riabilitati fis-sena 2019 huma: parti mill-Wied tax-Xlendi; Wied il-Għasri; Ta’ Kittina, Marsalforn u l-Wied tal-Grazzja. Diġà nkisbu l-permessi neċessarji kollha u fondi Ewropej għall-ammont ta’ €8,066,000, li bihom ser isir ix-xogħol fil-widien.
It-
tender
tat-tindif tal-Wied tax-Xlendi ġie ppublikat, evalwat u
awarded
. It-
tenders
għat-tindif tal-widien l-oħra qiegħed għand id-Dipartiment tal-Kuntratti. Ix-xogħol jibda skont l-iskadenzi mogħtija fil-permessi approvati..
Proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Pjazza San Franġisk – tenders
Question
B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li kellha l-Ministru reċentament fejn ġiet ikkwotata tgħid li l-proġett ta' riġenerazzjoni ta' Pjazza San Franġisk “ser jiġi jiswa madwar 3 miljun ewro” tista’ l-Ministru tgħid x' tenders ħarġu s’issa u fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders, u għal kemm prezz(valur) ġew awarded, u x'tenders fadal joħorġu għal dan il-proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tenders li ġew ippubblikati sa issa huma kif indikat hawn taħt:
·
Tender
għall-provvista, installazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' Servizzi Mekkaniċi u Elettriċi fi Pjazza San Franġisk, Victoria, Għawdex – €117,362.45
·
CT2263/2018
Tender
għal Xogħlijiet ta’ Pavimentar u Tisbiħ
fi Pjazza San Franġisk, Victoria, Għawdex – €2,578,091.55
Ix-xogħol beda.
Tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex inħasset il-ħtieġa li toħroġ is-sejħa biex id-Diretturi Ġerenali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex jiżdiedu għal tnejn? Fil-preżent x'inhuma l-irwoli tal-uniku Direttur Ġenerali, u x’ser ikunu separatament l-irwoli taż-żewġ Diretturi Ġenerali l-ġodda fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-bidliet qed isiru wara eżerċizzju ta’ ristrutturar tal-Ministeru għal Għawdex.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9655, tista’ l-Ministru tgħid x'tip ta' azzjoni ttieħdet u liema xogħol infrastrutturali sar fuq Triq l-Imġarr fin-Nadur Għawdex minn Gvern Laburista bejn it-8 ta' Marzu 2013 u t-3 ta' Ġunju 2017?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 1987 ‘il hawn qatt ma saru xogħlijiet fuq l-imsemmija triq. Kienet din l-amministrazzjoni f’din il-leġislatura li ħadet azzjoni sabiex jibdew xogħlijiet ħalli tinbena mil-ġdid.