Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #45 Sitting 334 2020-05-25 Written · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li jaħdmu bit-teleworking

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq bażi ta’ teleworking fl-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet li hemm fid-dekasteru tiegħu u jaqsam l-informazzjoni skont il-grad li għandhom il-persuni rispettivi?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13968.
Leg 13 PQ #14593 Sitting 334 2020-05-25 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Telefown 153 — ilmenti dwar saħħa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13847 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm daħlu lmenti fuq saħħa permezz tal-153 mill-2017 sal-lum u kemm minnhom għadhom pendenti?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14158 għal kemm daħlu ilmenti fuq is-saħħa. Ninsab infurmat li minn dawn, ma hemm l-ebda każ individwali pendenti. Il-politika tas-servizz.gov hija li kull każ ikollu tweġiba u jekk din ma tkunx tista tingħata waqt telefonata, l-aġenti ta’ servizz.gov iċċemplu lura lill-klijenti bit-tweġiba . Servizz.gov għandu ukoll sistema ta’appuntamenti għal każijiet li jkollhom bżonn iktar attenzjoni għal soluzzjoni.Appuntamenti bħal dawn jistgħu isiru personali jew virtwali skont iċ-ċirkostanzi.
Leg 13 PQ #14594 Sitting 334 2020-05-25 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Telefown 153 — ilmenti fuq servizzi soċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13848 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm daħlu lmenti fuq servizzi soċjali permezz tal-153 mill-2017 sal-lum u kemm hemm minnhom għadhom pendenti?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 14158 għal kemm dahlu ilmenti fuq servizzi soċjali . Ninsab nfurmat li minn dawn, ma hemm l-ebda każ individwali pendenti. Il-politika tas-servizz.gov hija li kull każ ikollu tweġiba u jekk din ma tkunx tista tingħata waqt telefonata, l-aġenti ta’ servizz.gov iċċemplu lura lill-klijenti bit-tweġiba . Servizz.gov għandu ukoll sistema ta’appuntamenti għal każijiet li jkollhom bżonn iktar attenzjoni għal soluzzjoni.Appuntamenti bħal dawn jistgħu isiru personali jew virtwali skont iċ-ċirkostanzi.
Leg 13 PQ #14831 Sitting 334 2020-05-25 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Magħtab — Konsultazzjonijiet ma’ bdiewa fuq art

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk talabx li ssir konsultazzjoni bejn il-bdiewa u l-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u jistax jgħid jekk wara li l-bdiewa tal-Magħtab offrew alternattiva għal siti ta' spazzju fejn hemm art li mhux raba', jgħid jekk talabx lill-Ministru jagħmel l-istudji fuq l-art imsemmija sabiex finalment tkun ikkunsidrata bħala art alternattiva għall-proġetti ta' riċiklaġġ?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diskussjoni dwar il-pjan tal-Gvern għall-impjanti ġodda fl-inħawi tal-Magħtab saret diversi drabi fil-livell ta’ Kabinett. Dan wassal biex l-ammont ta’ art li se tittieħed tinżel b’mod drastiku minn 279,000 metru kwadru għal 82,000 metru kwadru. L-investiment se jkun qiegħed jara li l-iskart f’pajjiżna ma jibqgħax jintrema’ fil-landfill u allura se jkun qiegħed iwassal biex ma nibqgħux nistrieħu fuq it-teħid ta' art agrikola bħala l unika soluzzjoni għal-ġejjieni. Is-sit li ntgħażel huwa l-aqwa għażla skond diversi kunsiderazzjonijiet, anke għaliex se jkun qed jicentralizza l-ħidma tal-WasteServ u tnaqqas l-impatt fuq l-ambjent. L-impjanti jikkumplimentaw lil xulxin b diversi modi. Li kieku kellhom jitferrxu tintilef l effiċjenza, jiżdiedu l impatti ambjentali, u saħansitra jiżdied it teħid ta art minħabba l bżonn ta aktar toroq u faċilitajiet anċillari. Is-siti alternattivi identifikati mill-Opożizzjoni huma siti fejn jew hemm siġar protetti, jew dak inkella dak li jisejjaħ garigue u fl-istess ħin jinsab viċin ħafna tal-kosta, jew inkella sit ieħor fuq l-landfill stess magħrufa taż-Żwejra, fejn studji minn esperti jisħqu li dan ikun perikoluż ħafna għall-impjanti għaliex fost l-oħrajn il-pedamenti mhux sodi barra l potenzjal ta ħsarat ambjentali katastrofiċi.
Leg 13 PQ #14341 Sitting 333 2020-05-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji — tmexxija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #14392 Sitting 333 2020-05-20 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftehim bejn il-Gvern Malti u Steward HealthCare

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ġie ffirmat mill-Gvern Malti u Steward Healthcare f'Awwissu 2019?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #14467 Sitting 333 2020-05-20 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati li jaħdmu ma’ kuntratturi li jagħtu servizz lis-settur pubbliku

Question

B' referenza ghall-interpellanza 13812 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-kuntratturi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament li jagħtu servizzi lill-entitajiet Governattivi?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #13998 Sitting 332 2020-05-19 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – ingaġġ ta' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'impjieg jew karigi kellha l-persuna li isimha u kunjomha qegħdin jingħataw separatament, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fl-entitajiet u fl-awtoritajiet kollha li jaqgħu jew li kienu jaqgħu taħtu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-persuna li isimha u kunjomha ingħataw separatament, kienet ingaġġata bħala Deputy Chief of Staff mas-Segretarjat tal-Prim Ministru mit- 3 ta’ Ġunju 2013 sat- 2 ta’ Mejju, 2014.
Leg 13 PQ #14640 Sitting 332 2020-05-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Captain Morgan – ħlas ta’ fuel

Question

Jista’ l-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk il-fuel għall-vapuri tal-Captain Morgan li għandhom fuqhom l-immigranti rregolari, hux qed jitħallas mill-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #14641 Sitting 332 2020-05-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Captain Morgan – ikel u provvisti provduti

Question

Jista’ l-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk l-ikel u xi provisti oħra li ġustament qed jiġu pprovduti lill-immigranti irregolari fuq il-Captain Morgan, humiex qed jiġu pprovduti mill-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #14248 Sitting 331 2020-05-18 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa fuq komunikazzjoni lill-media

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'nefqa saret għall-komunikazzjoni lill-media u reklamar, press conferences, u fuq facebook mill-2017 ’l hawn?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar
Leg 13 PQ #14501 Sitting 331 2020-05-18 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Immigranti llegali — bastimenti

Question

Peress li diversi rapporti tal-media qed jgħidu li dawk il-bastimenti li qegħdin jintużaw għall-immigranti, se jitħallsu mill-EU, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dan huwiex fatt? Jekk le, allura jista’ jgħid kif ġiet allokata din il-kumpanija speċifika? Jista’ jgħid liema tenders inħarġu? Jekk s’issa il-gvern se jħallas, jista’ jgħid kemm?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14502
Leg 13 PQ #14590 Sitting 331 2020-05-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13761 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12850, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta’ kull direct order u lil min ingħatat?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #14639 Sitting 331 2020-05-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Captain Morgan – ħlas tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk il-ħaddiema tal-vapuri tal-Captain Morgan li għandhom l-immigranti fuqhom humiex qed jitħallsu mill-gvern? Jekk iva, x’inhi s-somma ta’ ħlas li qed jingħataw kuljum is-sidien?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14208.
Leg 13 PQ #14648 Sitting 331 2020-05-18 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Magħtab — proġetti

Question

Wara li fuq il-Mejda tal-Kamra tpoġġiet il-proposta tal-bdiewa tal-Magħtab, li juru l-pjanti ta’ spazju alternattiv fejn jistgħu jinbnew il-proġetti msemmija mill-Ministru responsabbli mill-Ambjent, jista’ l-Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex: a) jara li ssir konsultazzjoni bejn il-bdiewa u l-Ministru Aaron Farrugia; u b) jara li jsir kulma hu meħtieġ sabiex dawk il-proġetti jsiru fuq art fil-Magħtab sors li mhux raba’ u b’hekk il-Gvern ikun irnexxielu jagħmel il-proġetti bla ma jieħu raba’?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diskussjoni dwar il-pjan tal-Gvern għall-impjanti ġodda fl-inħawi tal-Magħtab saret diversi drabi fil-livell ta’ Kabinett. Dan wassal biex l-ammont ta’ art li se tittieħed tinżel b’mod drastiku minn 279,000 metru kwadru għal 82,000 metru kwadru.
Leg 13 PQ #14681 Sitting 331 2020-05-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratt ta’ impjieg tal-Gvern ta’ individwu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqisja parlamentari 14389, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Appendix A tal-istess kuntratt?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed ngħaddilha t-tagħrif mitlub b’mod kunfidenzjali.
Leg 13 PQ #13987 Sitting 330 2020-05-13 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Governance Unit

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn huma l-persuni li fil-preżent jiffurmaw parti jew jaħdmu fi ħdan il-Governance Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-grad u l-kariga ta' kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill Onor Interpellant biex jelabora għalxiex qed jirreferi.
Leg 13 PQ #14158 Sitting 330 2020-05-13 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Telephone 153 — ilmenti relatati ma' saħħa u ma' servizzi soċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13691 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il ilment daħal mill-153 mill-2017 sal-lum? Kemm kienu relatati ma' saħħa u kemm ma' servizzi socjali?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat illi fil-perjodu indikat, iġifieri mill-2017 sad-data li qed titwieġeb din il-Mistoqsija Parlamentari, in-numru totali ta’ ilmenti li daħlu fuq 153 huma 68 li jikkonċernaw is-Saħħa u 620 li jikkonċernaw is-Servizzi Socjali. SENA SAĦĦA SERVIZZI SOCJALI 2017 36 179 2018 29 81 2019 1 345 2020 2 15 TOTAL 68 620 Infakkar is-suċċessi li kiseb servizz.gov matul dawn is-snin fejn anke waqt sitwazzjoni bla preċedent, matul il-pandemija f’xahar wieħed biss fuq il-freephone 153 wieġeb 93,000 telefonata. Dan minkejja li servizz.gov naqqas l-agenti tiegħu biex ikun jista’ jgħin fit-teħid tat-telefonati tal-111. Infurmat ukoll li kien hemm zieda ta’ 32% fl-aċċess tas-sit elettroniku ta’ servizz.gov, fejn mal-125,000 persuna aċċesaw is-servizzi tal-gvern minn dan is-sit li jiprovdi ‘l fuq minn 1,000 servizz governattiv.
Leg 13 PQ #14314 Sitting 330 2020-05-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid: a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva? b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #14389 Sitting 330 2020-05-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratt ta’ impjieg tal-Gvern ta’ individwu

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13612, fejn il-Prim Ministru reġa’ għamel referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10751, nerġa’ nfakkar lill-Prim Ministru li din ir-risposta ma tinkludix il-kuntratti ta’ xogħol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mal-Gvern. Nistaqsi allura, hemmx xi raġuni għalfejn il-Prim Ministru ma jridx ipoġġi l-imsemmija kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra għall-iskrutinju kif mistenni?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-unika raġuni li, hi standard fil-Gvern kollu, hi li kuntratti simili ma jkunux ippubblikati fl-isfond tal-prinċipji ta’ proċessar li joħorġu mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data EU 2016/679 u bl-ebda raġuni ulterjuri. L-istess japplika fil-ka¿ tal-Liġi għal-Libertà tal-Informazzjoni. Minkejja dan, m’għandix oġġezzjoni biex dan jingħata lill-Onor. Interpellanta f’idejha, flok jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.