Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — rispons tal-ambulanzi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3142, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux jikkunsidra li jbiddel il-proċedura biex ir-rispons tal-ambulanza f'Għawdex, f’każi ta’ emerġenza, ikun iktar immedjat? Peress li s'issa dejjem kienet il-prassi li, f’każ ta’ emerġenza, l-ambulanza titlaq mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex, imbagħad tmur tiġbor it-tabib miċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat Għawdex, imbagħad minn hemm tmur fuq il-post tal-inċident, jista’ jgħid huwiex possibbli li l-ambulanza tibda titlaq mill-Isptar Ġeneral ta’ Għawdex bit-tabib mill-Isptar t'Għawdex biex tevita t-traffiku ta’ Pjazza San Franġisk u ta’ ħdejn is-Seminarju tar-Rabat Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddej taħriġ pre-hospital sabiex il-bżonn li jintbagħat tabib mal-ambulanza jkompli jonqos.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Park and Ride

Question

Jista' l-Ministru, iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3372 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-Park and Ride li kien qed jintuża għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex twaqqaf? Kemm kien ġie jiswa sakemm kien qed u baqa’ jiġi pprovdut is-servizz? Jista’ jgħid inħarġux tenders għal Park and Ride jew inkella ngħatawx permezz ta’ direct order?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-raġuni ewlenija li ma kompliex jiġi offrut is-servizz tal-Park and Ride kienet illi ma kienx qed isir użu ta’ din il-faċilita’ mill-pubbliku inġenerali u wisq inqas mill-ħaddiema tal-istess sptar. Is-servizz tat-transport li kien ipprovdut minn u lejn il-Park and Ride kien magħżul wara li saret call for quotes fejn kienet intagħżlet l-orħos offerta (minn tlieta) u li kienet konformi mal-esiġenzi rikjesti għal dan is-servizz mitlub.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – emergency ambulance responders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslet is-sitwazzjoni tal-emergency ambulance responders (EARs) tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għaddejjin laqgħat mar-rappreżentanti tal-EARs fi ħdan il-UĦM, sabiex jiġi diskuss u jintlaħaq qbil li xogħol li ma’ jaqax fil-job description ta’ EAR ma’ jibqax isir minn dawn l-istess ħaddiema. Bħalissa, permezz ta’ direttiva mill-istess Union, l-EARs qegħdin jagħmlu biss xogħol ta’ emerġenza jew transfers ta’ pazjenti b’ambulanza.

Djar tal-Anzjani – standards għall-ħarsien tal-kura tal-anzjani

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3851 jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif inhuma kklassifikati d-Djar tal-Anzjani? Jista’ jgħid x’monitoraġġ isir biex dawn l-istandards jinżammu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-djar tal-anzjani huma biss ikklassifikati bħala tal-gvern, tal-privat u tal-knisja. Biex jiġu lliċenzjati, id-djar kollha jiġu spezzjonati tal- inqas darba fis-sena minn spettorat li jifforma parti mid-Direttorat għall-istandards fil-kura tas-saħħa li jaqa taħt is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika. Minn din s-sena dawn l-ispezzjonijiet bdew isiru għal għarrieda biex wieħed ikun jista' jsir jaf aktar x’inhuma l-prattiċi normali. Qabel ma tinħareġ il-liċenzja jiġi ¿gurat li r-rakkomandazzjonijiet impost jkunu saru. Anali¿i ta’ riskju jiddetermina jekk tkunx meħtieġa spezzjoni oħra. Spezzjonijiet oħra jsiru kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa biex jiġi ¿gurat li ma jkunx hemm konsegwenzi b’temperatura baxxa jew għolja ħafna. Id-Direttorat jinvestiga kull ilment b’mod immedjat, u fejn hemm b¿onn issir spezzjoni fi ¿mien 3 ijiem. F'ċerti ka¿ijiet u fejn jinħass l-b¿onn l-management ta’ dawn id-djar jiġi msejjaħ biex jattendi għal laqgħa li tin¿amm fid-Direttorat. Il-kwestjonarju li jintu¿a waqt l-ispezzjonijiet jirrefletti l-istandards minimi għad-djar tal-anzjani li kienu ppubblikati fl-2015 i¿da jiġu ukoll imħarsa u ndirizzati aspetti oħra. bħal per e¿empju intervisti mal-pazjenti nfushom u seminars li jiġu organizzati mid-Direttorat b’mod regolari biex l-impjegati u l-management jiġi nfurmat bi prattiċi tajba li jissalvagwardjaw is-saħħa tar-residenti. L-ismijiet tad-djar illiċenzjati huma ppublikati fuq il-website tad-Direttorat li tiġi aġġornata b’mod regolari.

Stennija għall-operazzjoni ta’ knee replacement – każ ta’ persuna

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara meta l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ser tissejjaħ biex tagħmel l-operazzjoni tan-knee replacement?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-isem u n-numru tal-karta tal-identità tal-persuna msemmija minnu u kif mogħtija minnu ma jikkorrispondux ma xulxin.

Komunikazzjoni bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Vitals Global Healthcare – nuqqasijiet li jimxu mal-ftehim

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk sarux komuniki mill-Ministeru tiegħu jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, l-ittri legali jew ittri ġudizzjarji kontra l-Vitals Global Healthcare minħabba nuqqasijiet tagħhom li jimxu mal-ftehim? Jekk iva, jista’ l-Ministru jqiegħdhom kollha fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, jista jgħid għaliex le? Jista’ jgħid meta l-Vitals naqsu b’mod ċar milli jonoraw obbligi importanti mill-kuntratt tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif diġa nfurmajt lill-kamra, l-obbligazzjonijiet tal-VGH kienu marbuta mal-ħruġ ta’ permessi u liċenzji relattivi sa dati speċifiċi. Il-Gvern fi kwalunkwe każ jirriserva d-drittijiet tiegħu skont it-termini tal-kuntratti relattivi.

Vitals Global Healthcare — pagamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti skeda tal-pagamenti kollha li rċevew il-Vitals Global Healthcare (VGH) u ħdejn kull pagament x’jirrapreżenta dak il-pagament u meta sar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3310.

Vitals Global Healthcare – parir legali dwar il-ħlas li qed jingħataw

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn il-Vitals Global Healthcare (VGH) baqgħu jitħallsu meta kienu naqsu milli jagħmlu l-parti tagħhom kif iddettat mill-kuntratt? Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħax parir legali dwar dan? Jista’ jgħid jekk għandux il-parir bil-miktub? Jekk iva, jista’ l-Ministru jpoġġi dan il-parir bil-miktub fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3900.

VGH – infiq ta’ fondi pubbliċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont dettaljat ta’ kif u fuq xiex intefqu l-fondi pubbliċi; ta’ aktar minn €50,000,000 li għaddew lill-Vitals Global Healthcare (VGH) sa minn meta din ħadet f’idejha t-tliet sptarijiet f’Malta? Jista’ jagħti garanzija li l-fondi pubbliċi ntużaw kollha skont il-liġijiet u regoli stabbiliti għall-użu ta’ fondi pubbliċi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4421.

VGH – request for Proposals

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-Request for Proposals fis-settur tas-Saħħa li ħareġ il-Gvern fl-2015 u li eventwalment intrebaħ minn Vital Global Healthcare (VGH)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dokument tas-sejħa għall-offerti kien disponibbli biss għal min wera interess, bl-akkwist tad-dokument relattiv soġġett għall-iffirmar ta’ non disclosure agreement minħabba n-natura sensittiva tal-informazzjoni.

Programm Designated Dual Diagnosis Therapeutic Programme Capacity

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3574 u għall-kapitlu 5 tar-Rapport Annwali tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali 2016 imsemmi Psychoactive Substance Misuse – the way forward, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jiġi estiż il-programm imsejjaħ Designated Dual Diagnosis Therapeutic Programme Capacity?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħala parti mid-Designated Dual Diagnosis Therapeutic Programme Capacity, ġiet identifikata binja fl-isptar Monte Carmeli biex tiġi żviluppata f’ċentru speċjalizzat għall-kura ta’ pazjenti bi problemi ta’ sustanzi psikoattivi. Bħalissa, din il-binja qiegħda tintuża temporanjament bħala transit ward sakemm jitlesta xogħol urġenti ta’ strutturar fi swali oħra f’dan l-isptar. Hekk kif jitlesta dan ix-xogħol, jissokta l-pjan biex jitwaqqaf dan iċ-ċentru speċjalizzat li ser ikun jista’ jilqa’ fih numru akbar ta’ pazjenti bi problemi psikoattivi.

Pjan għal-Gvern biex titneħħa Ward 8

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3574 u għall-kapitlu 5 tar-Rapport Annwali tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali 2016 imsemmi Psychoactive Substance Misuse – the way forward, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex jimplimenta r-rakkomandazzjoni 3(b) (f’paġna 158) sabiex titneħħa Ward 8 u jinħolqu units separati għal gruppi bi bżonnijiet differenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pjan huwa li tingħalaq Ward 8 u minflok jiġi mwaqqaf ċentru speċjalizzat għall-persuni bi problemi ta’ sustanzi psikoattivi. Dan iċ-ċentru ser ikun maqsum fi tliet taqsimiet: - Taqsima għall-pazjenti rġiel - Taqsima għall-pazjenti nisa - Taqsima għall-pazjenti li għalkemm isegwu programm ta’ kura fl-isptar, jirrifjutaw li jagħmlu kull xorta ta’ programm ta’ riabilitazzjoni

Persuni li għandhom bżonn programm terapewtiku

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3574 u għall-kapitlu 5 tar-Rapport Annwali tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali 2016 imsemmi Psychoactive Substance Misuse – the way forward, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed isir għal dawk il-persuni li għandhom bżonn programm terapewtiku imma ma jistgħux jidħlu għall-kura għax id-Dual Diagnosis Unit (DDU) huwa full up?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li jkollhom bżonn programm terapewtiku minħabba psychoactive substance misuse preferenzjalment jingħata din il-kura fid-Dual Diagnosis Unit (DDU). Fejn dan ma jkunx possibbli, l-pazjenti jiġu ammessi f’sala oħra fejn xorta waħda tingħatalhom il-kura kollha meħtieġa. Hawnhekk, xorta waħda jinbeda l-programm ta’ riabilitazzjoni minn tim multidixxiplinarju.

Servizz Drop In Shelters

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3574 u għall-kapitlu 5 tar-Rapport Annwali tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali 2016 imsemmi Psychoactive Substance Misuse – the way forward, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx ħsieb li jinħoloq servizz ġdid bħal dak irrakkomandat tad-Drop In Shelters?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għaddejjin diskussjonijiet flimkien ma aġenziji u NGO’s li huma responsabbli mill-qasam tal-addictions.

Pjan biex jinħolqu sober homes

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3574 u għall-kapitlu 5 tar-Rapport Annwali tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali 2016 imsemmi Psychoactive Substance Misuse – the way forward, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjan li jinħolqu sober living homes kif irrakkomandat f’para. 3d (pg 159)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4088.

Qasam tad-Direttorat tal-Public Health – kampanji ta’ promozzjoni

Question

B’referenza għall-kampanji ta’ promozzjoni li jsiru mill-Qasam tad-Direttorat tal-Public Health jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont tan-numru ta’ riklami promozzjonali/avviżi li saru fis-sena 2017 lill-istazzjonijiet tat-televiżjoni kollha (jiġifieri kull stazzjon wieħed b’wieħed), lir-radjijiet kollha (jiġifieri kull radju wieħed b’wieħed) u lill-gazzetti kollha (jiġifieri kull gazzetta waħda b’waħda) u lil siti li huma news portals kollha (jiġifieri kull portal wieħed b’wieħed) u kemm kienet in-nefqa globali għal kull kategorija ta’ komunikazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt: Sena Mezz ta' Komunikazzjoni Nefqa 2017 Radju €35,719.55 2017 Web Banners €5,534.00 2017 Gazzetti €2,763.94 2017 Televizjoni €15,983.69 2017 TOTAL €60,001.18

Riċerka fuq is-saħħa — nefqa

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3575, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk din in-nefqa tinkludix is-salarju tal-ispeċjalisti li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u li jagħmlu r-riċerka tagħhom waqt li qed jagħtu servizz lill-pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-salarji tal-ispeċjalisti li jaħdmu Mater Dei huma separati minn nefqa fuq ir-riċerka msemmija fil-mistoqsija parlamentari numru 3575.

Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali – Rapport Annwali 2016

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3574, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn dan ir-rapport tpoġġa lejliet li twieġbet l-istess mistoqsija, jiġifieri fis-seduta numru 71 tat-22 ta’ Jannar 2018 (PL 1063) u dan bi ksur ċar tal-liġi tas-Saħħa Mentali, meta l-imsemmi rapport huwa datat l-10 ta’ Novembru 2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika għal liema ksur ta’ liġi qed tirreferi għalih.

Rapport tal-Uffiċċju għall-Kummissarju għas-Saħħa Mentali

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3574, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jkun lest, u meta se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali għas-sena 2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissarju għas-Saħħa Mentali għadu ma ppreżentax ir-rapport għas-sena 2017.

Rapport Annwali tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali 2016

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3574 u għall-kapitlu 5 tar-Rapport Annwali tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali 2016 imsemmi Psychoactive Substance Misuse – the way forward, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema rakkomandazzjonijiet bdew jiġu implimentati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Monte Carmeli żdied in-numru ta’ sodod fil-Female DDU. Għalhekk dawn il-pazjenti nisa li għandhom l-intenzjoni li jsegwu programm ta’ riabilitazzjoni tad-droga m’għandhomx iktar kuntatt mar-revolving door patients. Is-sala 8B issa ġiet stazzjonata għal sala oħra sabiex b’hekk tjieb ukoll l-ambjent għal dawn il-pazjenti. Ninfurmaha ukoll illi bis-saħħa tat-tibdil strutturali ser ikun hemm titjib fis-servizz lill-persuni li huma drug addicts minħabba l-fatt li ser ikun hemm tkabbir fiż-żona ddedikata għal dawn il-pazjenti.