Jista' l-Minsitru jgħid meta sejjer jsir l-intervent ortopediku fuq il-pazjent, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, fejn din l-operazzjoni fuq dan il-pazjent għal diversi raġunijiet ġiet posposta diversi drabi, liema posponiment ħoloq u qed joħloq ħafna tbatija psikoloġika żejda fuq dan il-pazjent?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pazjent li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ilu jiġi segwit mill-konsulent tiegħu għal dawn l-aħħar 3 snin. Minnħabba l-kundizzjoni tiegħu l-operazzjoni li għandu bżonn ma setatx issir qabel, għaliex kien ikun hemm riskju kbir ta’ kumplikazzjonijiet serji għad-dannu tal-pazjent. Dan kollu ġie spjegat bir-reqqa kollha diversi drabi kemm lill-pazjent u lill-qrabatu. Huwa mistenni li l-operazzjoni li qiegħed jistenna se ssirlu fix-xhur li ġejjien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa f'kontijiet ta' dawl l-Isptar Mater Dei kull ġimgħa għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ispiża medja fuq kontijiet tad-dawl fl-Isptar Mater Dei kienet hekk:
fl-ewwel tlett xhur tas-sena 2010 - €83,000 fil-ġimgħa
fit-tieni perjodu ta’ tliet xhur - €80,000 fil-ġimgħa
fit-tielet perjodu ta’ tliet xhur - €141,000 fil-gimgħa
L-istima ta’ l-ispiża totali f’kontijiet tad-dawl fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2010 hija ta’ €3,948,000. Din hija stima għax il-kontijiet tad-dawl li ntbagħtu s'issa kienu sal-bidu ta’ Marzu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa f'kontijiet tal-ilma l-Isptar Mater Dei għall-ewwel 9 shur tas-sena u kemm allura jintnefaq medja ta' ilma fil-ġimgħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ta’ l-ispiża tal-kontijiet tal-ilma fl-Isptar Mater Dei għall-ewwel 9 xhur tas-sena 2010 hija ta’ €100,000. Din hija stima għax il-kontijiet tal-ilma li ntbagħtu s'issa kienu sal-bidu ta’ Marzu.
L-istima ta’ l-ispiża medja fil-ġimgħa matul l-ewwel tliet perjodi ta’ tliet xhur tas-sena hija kif ġej:
Jannar sa Marzu - €2236 fil-ġimgħa
April sa Ġunju - €2393 fil-ġimgħa
Lulju sa Settembru - €3077 fil-ġimgħa
Jista' l-Ministu jgħid kemm ġie jiswa l-manutenzjoni fl-Isptar Mater Dei għall-ewwel 6 xhur tas-sena 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena, l-ispiża għall-manutenzjoni fl-Isptar Mater Dei kienet tammonta għal €5,433,000. Dan l-ammont jinkludi manutenzjoni fuq il-post u apparat fost affarijiet oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20911, jista' l-Minisru jagħti risposta għal dawk li huma prodotti li jikkonċernaw ikel u mediċini?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mediċini li s’issa kellhom jitneħħew mis-suq matul l-2010 kienu:
- Worthington Medical Oxygen cylinders (35L, 40L, 50L), magħmul lokali.
- Cisplatine Mylan® (Cisplatin), soluzzjoni ghal infuzjoni, ġej mill-Unjoni Ewropea
- Fucidin® (Sodium Fusidate), Pdr soluzzjoni ghal infuzjoni, ġej mill- Unjoni Ewropea
- Citanest 1%® (prilocaine HCl), gej mill- Unjoni Ewropea
- Salofalk®, gej mill-Unjoni Ewropea
- Reductil ® (sibutramine), ġej mill-Unjoni Ewropea
- Avandia, ® (rosiglitasone), ġej mill-Unjoni Ewropea
- Avadamet ® (rosiglitasone), ġej mill-Unjoni Ewropea
- Avaglim ® (rosiglitasone), ġej mill-Unjoni Ewropea
- Octagam ®, ġej mill-Unjoni Ewropea
Għall-iskop tal-liġi is-suq tal-mediċini huwa wieħed fl-Unjoni Ewropea.
Għar-rigward il-prodotti tal-ikel ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qegħdha tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18659, jista' l-Ministru jgħid jekk minn dak iż-żmien 'il hawn hemmx xi pjanijiet għall-Isptar San Luqa u l-Isptar Sir Paul Boffa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18659.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pazjenti fl-Isptar Mater Dei li daħlu l-isptar bl-ambulanza u mill-emergenza matul ix-xahar ta’ Novembru bi ksur fil-hip bone u sal-lum għadhom ma ingħatawx il-kura għax qegħdin fil-waiting list?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm 3 pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei bejn il-5 u t-8 ta’ Novembru 2010 minħabba ksur fil-hip bone. Tnejn minn dawn il-pazjenti diġà ġew operati, filwaqt li t-tielet wieħed se jkun operat illum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu bżonn iktar ħaddiema f'Awwissu 2010 biex l-istaff tal-isptar jiġi bil-full complement? Jista' jgħid kemm jkollu bżonn iktar budget biex ikun jista' jħallas lil dawn il-ħaddiema għax-xogħol tagħhom? Jista' jgħid dawn il-ħaddiema f'liema kategorija huma? Jista' jgħid meta hemm ippjanat li dan il-full complement jintlaħaq u kif?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — kuntratti lill-kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-gvern hux se jkun qed jagħti scholarships partikolari lill-istudenti tal-mediċina biex ikunu jistgħu jispeċjalizzaw f'oqsma partikolari tas-saħħa? Jista' jagħti ukoll tagħrif dwar jekk il-gvern identifikax jew hux qed jipprova jidentifika oqsma parikulari tas-saħħa li fihom huma meħtieġa speċjalizzazjoni bħalissa u matul is-snin li ġejjin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li permezz tal-ftehim kollettiv bejn il-Gvern u l-MAM tal-2007 tqiegħdet il-bażi għall-programmi organizzati ta’ taħriġ post-graduate fil-mediċina.
Fil-livell ta’
Basic Specialist Trainee (BST)
t-taħriġ isir kollu lokalment, b’żieda ta’ xi korsijiet qosra li jsiru barra minn Malta f’xi speċjalitajiet. F’dawn il-każijiet l-BST jingħata
study leave
bi ħlas u sabiex itaffi l-ispejjeż l-BST jista’ juża parti mill-fondi li jingħata bħala
specialisation allowance
(Ħlas għas-sena 2010: BST 1 - €2,329.00 u BST 2 - €3,727.00) kif ukoll is-
Continuous Medical Education (CME) Allowance
(€1,164.69 fis-sena).
Fil-livell ta’
Higher Specialist Trainee(HST)
hemm provedimenti differenti għal speċjalitajiet differenti. Il-ħatra ta’ HST tipprovdi sabiex isir taħriġ barra minn Malta. Meta HST imur barra minn Malta bħala HST b’salarju mħallas minn barra, l-HST jingħata
study leave
bla ħlas minn Malta sakemm itemm it-taħriġ meħtieġ. Meta HST imur barra minn Malta bħala HST mingħajr salarju mħallas minn barra, HST jingħata
study leave
bi ħlas li jkun ekwivalenti għas-salarju bażiku. Meta HST ikun meħtieġ jitħarreġ f’xi qasam speċifiku jingħata
scholarship
bir-regoli tal-Staff Development Organisation tal-Offiċċju tal-Prim Ministru wara sejħa tal-applikazzjonijiet. Dan sar riċentament fi speċjalitajiet tal-kirurġija.
Barra minn dan għal korsijiet qosra li jridu jsiru barra minn Malta f’xi speċjalitajiet, l-HST jingħata
study leave
bi ħlas u sabiex itaffi l-ispejjeż l-HST jista’ juża parti mill-fondi li jingħata bħala
specialisation allowance
(€4,426.00 għas-sena 2010) kif ukoll is-
CME Allowance
(€1,164.69 fis-sena).
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, n-numru ta' Maltin li ntbagħtu barra minn Malta biex ikunu jistgħu jingħataw il-kura meħtieġa u li ma tingħatax Malta? F'liema pajjiżi ntbagħtu l-pazjenti Maltin għall-kura?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, n-numru ta' Maltin li ntbagħtu barra minn Malta biex ikunu jistgħu jingħataw il-kura meħtieġa u li ma tingħatax Malta kien ta’ 246. Dawn kollha ntbaghtu gewwa l-Ingilterra.
Jista' l-Ministru jara li wara numru ta' mistoqsijiet parlamentari rigward anzjan, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li jinsab Casa Messina u dan issa dara fil-home u mhux qiegħed jieħu l-ebda sussidju u qiegħed iħallas għall-home huwa personali? Peress li dan ilu jistenna xhur biex il-gvern jagħtih sussidju fuq part 3 skont l-iskema li għandu l-gvern mal-homes privati, dan wasal fis-sitwazzjoni li ma jistax iħallas u skont il-familjari tiegħu dan l-anzjan mhux tad-dar, imma kienu mill-Isptar li bagħtu hemm bit-tama li joħroġ is-sussidju?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 18605 u 19436.
Operazzjonijiet fuq is-snien u l-ħalq — Waiting list
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm waiting list sal-aħħar ta' Awwissu 2010 għall-operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq s-snien u l-ħalq? Liema tip ta' operazzjonijeit huma dawn u kemm jaħseb li jridu jistennew in-nies li hemm fuq il-waiting list tal-lum biex issirilhom din l-operazzjoni? Kemm ilhom snin u xhur jistennew dawk li ilhom l-iktar fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom dan l-intervent? Kemm kien hemm fuq din il-lista ta' stennija fil-2007/2008/2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
1. Infurmat li d-dettalji dwar il-lista ta’ stennija għal operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq is-snien u l-ħalq sal-aħħar ta’ Awwissu 2010 hija mqassma skont it-tip ta’ operazzjoni. Id-dettalji huma kif jidher hawn taħt:
a. Oral Surgery under General Anaesthesia
– hemm 204 adult u 122 tfal fuq il-
waiting list
b. Local Analgesia
– M’hemmx
waiting list
c. Sessjonijiet ta’
General Anaesthesia
għal tfal bi bżonnijiet speċjali – hemm 27 pazjent fuq il-
waiting list
.
2. Iż-żmien ta’ stennija għal dawn l-interventi huwa kif jidher hawn taħt.
a. Oral Surgery under General Anaesthesia
, Adulti – bejn wieħed u ieħor sena;
b. Oral Surgery under General Anaesthesia
, Tfal – bejn wieħed u ieħor tmien xhur;
c. Sessjonijiet ta’
General Anaesthesia
għal tfal bi bżonnijiet speċjali – bejn wieħed u ieħor, sena u disa’ xhur.
3. Id-dettalji dwar dawk il-pazjenti li ilhom l-iktar fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom dan l-intervent huma kif jidher hawn taħt.
a. Oral Surgery under General Anaesthesia
, Adulti – għaxar xhur;
b. Oral Surgery under General Anaesthesia
, Tfal – tmien xhur;
c. Sessjonijiet ta’
General Anaesthesia
għal tfal bi bżonnijiet speċjali – sena u disa’ xhur.
4. Ninsab infurmat li peress li l-
waiting lists
jiġu aġġornati kuljum, mhuwiex possibbli li tingħata l-informazzjoni dwar il-listi ta’ stennija fl-aħħar ta’ Awwissu 2007, 2008 u 2009.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija twila l-waiting list u ukoll x'inhuwa l-perjodu ta' stennija minn meta jiġi ordnat MRI sakemm jsir it-test attwali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li Normalment iż-żmien ta’ stennija għal MRI huwa ta’ 5 xhur. Kull referral għal MRI jiġi vetted mir-radjoliġisti u tingħata data skont l-urġenza tal-każ. Dawk li huma urġenti jsiru immedjatament. Fil-5 ta’ Ottubru, kien hemm 1,804 appuntament ibbukkjati għall-MRI. Dawn kollha ingħataw appuntament u se jkunu saru l-MRIs kollha sas-7 ta’ Marzu 2011. L-appuntamenti huma mqassma kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Xahar
Numru ta’ appuntamenti
Ottubru 2010
538
Novembru 2010
454
Diċembru 2010
316
Jannar 2011
330
Frar 2011
83
Marzu 2011
83
1,804
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija twila l-waiting list u ukoll x'inhuwa l-perjodu ta' stennija minn meta jiġi ordnat CT Scan sakemm jsir it-test attwali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li normalment iż-żmien ta’ stennija għal CT scan ivarja bejn 5 u 6 xhur. Kull referral għal CT scan jiġi vetted mir-radjoliġisti u tingħata data skont l-urġenza tal-każ. Dawk li huma urġenti jsiru immedjatament. Fil-5 ta’ Ottubru 2010, kien hemm 1691 appuntament ibbukkjati għal CT scan. Dawn kollha ingħataw appuntament u se jkunu saru is-CT scans kollha sat-23 ta’ Marzu 2011. L-appuntamenti huma mqassma kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Xahar
Numru ta’ appuntamenti
Ottubru 2010
682
Novembru 2010
458
Diċembru 2010
207
Jannar 2011
150
Frar 2011
165
Marzu 2011
29
1691
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pilloli out of stock minn Jannar sa Awwissu 2010? X'kienu dawn il-pilloli u kemm damu kull tip ta' pilloli out of stock? X'kienet ir-raġuni għaliex kull tip ta' pillola kienet out of stock?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 17996 u 20663.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm materja prima u affarijiet vitali li jiġu użati biex permezz tagħhom jsiru operazzjonijiet u interventi fuq il-qalb, l-għajnejn, irkoppa u hips minn Jannar sa Awissu 2010 u li minħabba n-nuqqas ta' din il-materja prima ma setgħux jsiru l-interventi neċessarji li soltu jkunu pjanati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul il-perjodu indikat ma kien hemm l-ebda operazzjoni jew intervent fuq l-għajnejn, l-irkoppa u l-hips li ma setgħux isiru minħabba nuqqas ta’ materjali meħtieġa sabiex issir operazzjoni. Matul l-istess perjodu kien hemm interventi mhux urġenti tal-qalb li ma setgħux isiru minħabba problemi fit-tender biex jinxtraw l-istents. Sal-lum ħafna mill-interventi posposti saru u sa l-ewwel ġimgħatejn ta’ Novembru huwa mistenni li jkunu saru l-interventi kollha li kellhom jiġu posposti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm suppost nefaq iktar il-Gvern kieku kellu jixtri l-materja prima li soltu jagħmel użu minnha f'interventi tal-qalb, għajnejn u għadam imma peress li kienet out of stock ma xtarax u għalhekk ma nefaq xejn għalihom u li dawn kienu out of stock bejn Jannar u Awwissu 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Dwar id-dettalji li jikkonċernaw l-interventi msemmija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi ghat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19565. Mhux se jkun hemm differenza fin-nefqa tal-Gvern fuq materjali meħtieġa peress li l-interventi proposti saru jew se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20834 u jgħid kemm ilhom out of stock il-pilloli tal-istonku tar-Remeprazole 20 (lusec)? Għaliex? Meta se jerġgħu jkunu available?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 20797.