Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament tingħata refund ta' flus żejda li kienet ħallset fuq three-phase peress li issa qiegħda bis-single phase?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li għandu kont tad-dawl u l-ilma ta' 'l fuq minn €10,000 u qed iħoss li huwa inġust u minkejja li ilu jċempel qatt ma ħa sodisfazzjon?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' negozjant li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li dejjem ħallas il-kont tad-dawl u l-ilma fil-ħin imma meta ġie biex japplika għad-dawl u l-ilma f'post ieħor qalulu li ma jistax għax għandu kont pendenti? Jista' jara li xi ħadd mill-Arms Ltd. jikkuntattja lil dan in-negozjant għax mhijiex ġusta li xi ħadd li dejjem jobdi r-regoli jiġi akkużat li għandu kontijiet pendenti u jispiċċa vittma?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jgħid sa meta hu mistenni li jiġu introdotti l-ismart meters ma' Malta u Għawdex kollu? Sakemm se ddum titħaddem is-sistema tal-estimated billing mill-Arms Ltd u mhux permezz ta' kontijiet attwali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li sa nofs l-2013, il-meters kollha f’Malta u Għawdex se jkunu nbidlu għal smart meters.
Imbagħad tiġi mplimentata t-tieni fażi tal-proġett, jiġifieri dik tal-
commissioning
, fejn il-
meters
jitqabbdu direttament mal-
back office
tal-proġett.
It-tielet fażi tal-proġett hija dik fejn il-kontijiet jinħarġu fuq bażi ta’ qari awtomatiku mill-
ismart meters
. Ninsab infurmat li hija l-mira tal-ARMS li tibda taqleb għall-kontijiet attwali permezz tal-
ismart
meters b’mod progressiv hekk kif dawn jiġu
commissioned
. Diġà qegħdin jintbagħtu kontijiet ta’ dan it-tip lil numru sostanzjali ta’ klienti fl-Imdina, fil-Manikata u fiż-Żurrieq. Huwa ppjanat li sal-aħħar ta’ din is-sena, ma’ dawn jiżdiedu żewġ lokalitajiet oħra f’Malta, u lokalità ġewwa Għawdex.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema u f'liema grad huma u kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm minnhom huma impjegati maċ-ċivil direttament mal-Ministeru u entitajiet fid-dikasteru tiegħu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Xogħlijiet b'risq persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma u xogħlijiet saru b'riżq persuni b'diżabilità mill-Ministeru tiegħu f'kull uffiċċju u dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal Kamra.
Self-employed, intrapriżi u sole traders — applikazzjonijiet għall-invertiment ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm s’issa applikazzjonijiet minn self-employed, intrapriżi u sole traders f’Għawdex biex jagħmlu investiment ġdid taħt l-iskema ta’ 60% kreditu ta’ taxxa? Jista’ jgħid jekk l-applikazzjoni biex wieħed jibbenefika minn din l-iskema għandhiex issir qabel isir l-investiment? Jista’ jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minn Malta ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi sa llum daħlu 195 applikazzjoni minn Għawdex u 513 applikazzjoni minn Malta. L-applikazzjoni biex tibbenefika mill-Microinvest issir wara li jitlesta l-investiment.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proġett il-Malta Enterprise approvat matul l-2010 u sa Settembru din is-sena f’Malta u f’Għawdex rispettivament? Kemm mistenni jkun l-investiment tagħhom? Kemm minn dan l-investiment huwa barrani? Jista’ jgħid ukoll kemm hu mistenni li jħaddmu nies dawn il-proġetti, dejjem għal Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-2010 sal-lum f’Għawdex ġew approvati proġetti biex jitwaqqfu 3 kumpaniji ġodda ta’ investiment lokali. L-assistenza mitluba u mgħotija kienet l-art minn fejn joperaw. L-investiment totali huwa ta’ €60,000. L-impjieg mistenni huwa ta’ 8 impjegati sa l-aħħar tal-ewwel 3 snin tal-operat tagħhom.
F’Malta ġew imwaqqfa 37 kumpanija ġdida (8 minnhom investiment barrani) li joperaw f’setturi varji fosthom elettronika, riċerka, ICT, għamara, ikel, servizzi ta’ tindif, avjazzjoni, saħħa u ambjent. L-investiment totali huwa €6.9 miljuni. Dawn ser ikunu qed iħaddmu 470 impjegat sal-aħħar tal-ewwel 3 snin tal-operat tagħhom.
kuntratt mogħti t lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata taħt il-proċedura negozjata għall-provista ta’ servizzi, ħwejjeġ (goods) u xogħlijiet lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku separatament f’Għawdex fl-2010 u sa Settembru din is-sena? X’kienu s-servizzi, xogħlijiet,eċċ provduti f’kull każ? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Gazzetta tal-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u kemm kien is-self mill-banek f’Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2010, fl-aħħar ta’ Marzu 2011, fl-aħħar ta’ Ġunju 2011 u fl-aħħar ta’ Settembru 2011? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati? Jista’ jagħti tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għalfejn fil-postijiet tad-divertiment f’Paceville teżisti differenza b’tali mod li hemm toroq fejn il-mużika minn stabbilimenti ma tistax tibqa' tinstema' barra mill-ħanut wara l-11.00 p.m. u ftit metri 'l bogħod minnhom hemm stabbilimenti tal-istess ġeneru fejn dawn għadhom il-permess estiż sas-1.00 a.m.?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi dak li qiegħed isaqsi l-Onor. Interperlant joħroġ mill-Liġi Sussidjarja 441.7 Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ
Din tistipula (regolament 38) li huwa projbit id-daqq ta’ mużika b’kull mezz ġewwa post kummerċjali li jkun liċenzjat biex idoqq mużika amplifikata wara l- 11.00 p.m. u bejn is-1.00 p.m u l-4.00 p.m. jekk il-mużika tkun tinstema’ minn barra. Iżda fil-lokalitajiet ta’ Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar il-mużika li tista’ tinstema’ minn barra tista’ tibqa’ tindaqq sa nofs il-lejl. Dan b’eċċezzjoni għal dawk iż-żoni ġewwa Buġibba, l-Qawra u Paceville, kif stabilit fil-ħames Skeda, fejn id-daqq ma jistax jinstema’ minn barra tal-post wara s-1.00 a.m.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — tiswijiet u servizzi ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif għadna nesperjenzaw tiswijiet jew servizzi ġodda min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'toroq ġodda jew relattivament ġodda li jiġu reinstated b’cold asphalt? Jista' jara li din il-prattika tispiċċa immedjatament u li r-reinstatement isir b’hot asphalt mill-ewwel?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infrumat illi minħabba ċ-ċokon u n-numru kbir ta’ eskavazzjonijiet li jkollha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kuljum, mhux prattiku li dawn jiġu asfaltati b’hot asphalt mill-ewwel. Fil-fatt, il-korporazzjoni tuża materjal cold mix biex tagħmel reinstatement temporanju biex ma jkunx hemm periklu għal minn juża t-triq. Il-korporazzjoni għandha ftehim mal-kunsilli lokali biex tħallas lil dawn biex jagħmlu r-reinstatement permanenti bil-hot asphalt f’salt u mhux eskavazzjoni waħda waħda.
Jista' l-Ministru jara li t-talba li kienet saret numru ta snin ilu taħt l-iskema tal-qbiela, u li d-d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tiġi proċessata kemm jista' jkun malajr?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li t-talba ta’ din il-persuna, hija waħda minn diversi applikazzjoniet li hemm fuq l-art imsejħa ta’ Ċafċaf, is-Siġġiewi, li kienu saru taħt l-iskema tal-qbiela.
L-applikazzjonijiet taħt din l-Iskema qegħdin jinħadmu fuq sistema ta’ żoni f’kull lokalità madwar Malta u Għawdex. Għalkemm fis-Siġġiewi inbdew jinħadmu applikazzjonijiet u anke saru kuntratti f’xi żoni ta’ din il-lokalità, l-ipproċċessar tal-applikazzjonijiet li hemm fl-inħawi ta’ Ċafcaf għadhom ma ġewx ipproċessati. Huwa ttamat li l-ipproċessar ta’ dawn l-applikazzjoniet f’din iż-żona jinbeda dalwaqt.
Ħal Far — użu ta' triq li ma tinfed imkien - Island Karting Club
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'użu qed isir mit-triq li ma tinfed imkien ġewwa Ħal Far (it-tarf tar-runway antika) u li kienet tintuża bħala korsa tat-tlielaq tal-karting nhar ta' Sibt u l-Ħadd xi drabi matul is-sena mill-Island Karting Club u xi oħrajn?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-art in kwistjoni hija amministrata mill-Malta Industrial Parks Limited skond il-Kap 169 tal-Liġijiet ta’ Malta, u hija triq biswit fabbriki li jimmanifatturaw prodotti ta' valur mizjud għoli bħalma huma l-farmaċewtiċi. It-triq hija parti minn network ta' toroq ġewwa Ħal Far u ser tingħaqad ma' toroq oħrajn bħala parti minn proġett ta' titjib fl-infrastruttura taż-żona industrijali ta' Ħal Far.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28886 u 28522 u ċioe: B’referenza għar-rapport li Malta rċeviet aktar minn €700 miljun f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea (taħt diversi fondi) bejn is-snin 2004 sa 2010, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat fuq liema proġetti ġew allokati dawn il-fondi? Jista' jagħti d-dettalji sena b’sena u kull proġett jiġi identifikat u tingħata l-ispiża fuq kull wieħed mill-proġetti li għalih dawn il-fondi ġew allokati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Ħal Lija - soluzzjoni għat-tappieri
Question
Jista' l-Ministru jara jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tistax timplimenta soluzzjoni, anke jekk temporanja, għall-problema tat-tappieri tal-manholes tad-drenaġġ fit-triq quddiem il-ġibjun ta' Ħal Lija, li jiġu spustjati kull meta tagħmel ix-xita bil-konsegwenza li t-tappieri u l-fetħa tal-manhole joħolqu periklu kbir għall-vetturi li jkunu qed jużaw din it-triq?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi mhijiex soluzzjoni faċli biex wieħed isolvi l-problema li jiġu spustjati t-tappieri tad-drenaġġ f’Ħal-Lija. Kif qal sewwa l-Onorevoli Interpellant, dan il-fenomenu jiġri biss waqt xita qawwija, meta ħafna ilma tax-xita li mhux suppost li jmur fis-sistema tad-drenaġġ, xorta waħda jispiċċa hemm, bil-konsegwenza li s-sistema li mhux iddisinjata għal dan il-għan, tfur.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tlesti biex tagħmel xogħol ta’ skavar fuq parti mill-infrastruttura tad-drenaġġ ta’ din l-akkwata biex tagħmel tajjeb għal dan l-ammont kbir ta’ ilma li jiġi waqt ix-xita. Din tirrikjedi xogħol estensiv fuq il-kanen tad-drenaġġ li għaddejjin minn din it-triq. Peress li dawn il-kanen għaddejjin fil-fond ħafna u huma ta’ daqs kbir, trid titħaffer parti kbira minn Triq in-Naxxar f’Ħal-Lija. Il-Korporazzjoni qiegħda f’kuntatt ma’ Transport Malta biex isiru l-pjanijiet meħtieġa għal dawn ix-xogħolijiet u għall-immaniġġjar tat-traffiku f’din l-arterja prinċipali, kif ukoll biex jitqabbad kuntrattur biex jagħmel ix-xogħolijiet meħtieġa.
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex l-ARMS Ltd qed toħloq problema lill-armla anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fl-applikazzjoni li hija għamlet biex taqleb il-meter tad-dawl u l-ilma minn fuq ir-raġel li ġie nieqes għal fuqha stess, fejn qed jingħad lilha li ma jistax jinqaleb il-meter qabel ma tħallas il-kont kollu pendenti li qed jitħallas bi ftehim kull xahar mal-istess kumpanija? Ma jaħsibx il-Ministru li huwa fl-interess tal-ARMS Ltd stess li jinqaleb dan il-meter? Ma jaħsibx li din hija burokrazija żejda u qtigħ il-qalb għal dawn l-anzjani?
Jista' l-Ministru jgħid kif dan il-kont mibgħut fl-10 ta' Ottubru reġa' tela' għal €1143.81 meta riċentement irċeviet notifika li kien għad fadlilha xi €400 ħlasijiet pendenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — below the line account
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28919, u b'referenza għat-tweġibiet parlamentari li taw il-maġġoranza tal-Ministri kollegi tiegħu għall-istess mistoqsija, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28919 u jgħid kemm kien il-below the line account f'kull l-aħħar tax-xahar matul l-2011 fid-dekasteru tiegħu? Jista jgħid kif qed jintużaw il-fondi li qegħdin fil-below the line account?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta’ taxxa addizzjonali li nġabret mid-Dipartiment tat-Taxxi, imposta fuq individwi wara li l-valur tal-proprjetà li jkunu xtraw mingħand il-gvern jew il-Joint Office, tiġi riveduta mill-periti tal-gvern?
Kemm kien hemm każi bħal dawn?
Kemm kien l-ammont ta' penali li tħallsu bħala parti minn dan l-eżercizzju?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fejn it-trasferitur ikun il-gvern jew il-Joint Office, mhijiex il-prattika li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni jibgħat periti biex jagħmlu spezzjonijiet. Għaldaqstant ebda penali ma tiġi imposta f’każijiet bħal dawn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma r-riservi tal-pajjiż f’dak li huwa deheb? Jista’ jgħid kemm kienu dawn ir-riservi fl-1987 u kemm kienu sena b’sena mill-2003 sal-lum il-ġurnata?
F’każ li r-riserva tad-deheb tul is-snin naqset, jista’ l-Ministru jispjega x’ġara minn dan id-deheb?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.