Jista' l-Ministru jgħid minn Ġunju 2008 sa l-aħħar ta' Settembru 2008 kemm kien hemm pulizija li jagħmlu ronda f'Buġibba u l-Qawra? Jista' jagħti rendikont ta' kemm rapporti saru fl-għassa ta' Buġibba dwar:
a) serq min turisti li kienu mixjin fuq il-bankina?
b)serq minn ħwienet?
c)serq minn residenzi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Ġunju u l-aħħar ta' Settembru 2008, kien ikun hemm medja ta' 7 Pulizija kuljum flimkien ma' oħrajn tal-Mobile Squad jagħmlu r-ronda fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra.
Infurmat ukoll li kien hemm 12 il-rapport ta' serq minn ħwienet u 25 minn residenzi. Għar-rigward ta' serq min turisti li kienu mexjin fuq il-bankina, ninsab infurmat li ma tinżammx statistika b'tali kategorija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk issuktawx l-investigazzjonijiet tal-Pulizija fil-każ li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li kien hemm indizji oħra li jistgħu jixħtu xi dawl ġdid sabiex tissokta l-investigazzjoni fuq il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru arresti fuq pussess ta' droga matul is-sena 2008 waqt parties? Jista' jgħid fejn kien il-post ta' kull arrest u x'kienet id-droga maqbuda? Minn liema lokalita' kienu dawk arrestati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, kien hemm 50 persuna li ġew arrestati fuq suspett ta’ pussess ta’ droga waqt parties li kienu qed isiru ġewwa Paceville, Ta’ Qali, ir-Rabat, il-Floriana, Ħal Farruġ u Paradise Bay. Id-droga maqbuda kienet tinkludi kokaina, ekstasi u reżina tal-kannabis. Dawk arrestati kienu joqogħdu f’diversi lokalitajiet ta’ madwar Malta u Għawdex, fosthom, Bormla, l-Isla, Ħal Luqa, il-Marsa, l-Imsida, l-Imtarfa, Ħaż Żabbar, iż-Żurrieq, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Belt, il-Kalkara, San Ġiljan, is-Siġġiewi, B’Kara, B’Buġia, il-Mosta, is-Swieqi, M’Xlokk, M’Skala, Pembroke, Santa Luċija, Sta Venera; u f'Għawdex, il-Belt Victoria, Għajnsielem u s-Sannat
Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif dwar in-numru ta' persuni li allegatament inqabdu isuqu taħt l-influwenza tax-xorb, bejn Jannar u Awwissu 2008? F'liema lokalitajiet inqabdu u minn fejn huma?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2908.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa minn djar privati ġew rappurtati minn residenti fil-Furjana fl-aħħar 5 snin, sena b'sena? F'kemm-il każ tressaq xi ħadd il-Qorti? F'kemm il-każ min tressaq ġie misjub ħati mill-Qrati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi s-serq minn djar privati fil-Furjana rrapurtati lill-Pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej:-
2004 10
2005 5
2006 8
2007 3
2008 2 (sa l-aħħar ta' Settembru)
Infurmat ukoll li s'issa, mill-investigazzjonijiet li saru mill-Pulizijia dwar dawn ir-rapporti, għad m'hemmx eżitu pożittiv.
Ċertifikati tal-kondotta — aċċess minn fuq l-internet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandhux l-intenzjoni li ċ-ċertifikati ta' kondotta li jinħarġu mill-pulizija jibdew ikunu ordnati u/jew aċċessibli minn fuq l-internet bħal ma illum insibu ċertifikati tat-twelid, żwieġ u mewt?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent il-Korp tal-Pulizija qed jaħdem fuq sistema sabiex iċ-ċertifikati ta' kondotta jkunu jistgħu jiġu ordnati minn fuq is-sit elektroniku tagħhom.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Ħaddiema impjegati part-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati fuq bażi part-time mal-entitajiet governattivi? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema li ilhom part-time għal iktar minn tliet snin u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu ingaġġati full-time?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata aktar tard.
Persuni bi status ta' refuġajti, displaced persons u immigranti irregolari
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma il-persuni f'Malta reġistrati bħala refuġjati, displaced persons u immigranti irregolari u jagħti dan sena b'sena mill-2000 sal-lum? Kemm huwa n-numru ta' persuni li ngħataw status ta' refuġjati sena b'sena mill-2000 sal-lum?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-promozzjonijiet ta' messaġġiera tal-Qorti għal pustiera għadhom ma seħħewx meta dawn suppost ħarġu żmien ilu? Jista' jispjega kif messaġġiera ġodda qed jingħataw l-inkarigu jagħmlu n-notifiki u jaqilgħu flus żejda meta suppost dan ix-xogħol isir mill-pustiera?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Filwaqt li qiegħed nassumi li l-Onorevoli Membru qed jirreferi għal “purtiera”, jiġifieri l-ushers, ninsab infurmat li ma jeżistix xi arranġament jew ftehim ieħor dwar promozzjonijiet li kellhom joħorġu għal din il-kariga, kif qed jingħad fl-interpellanza.
Ninsab infurmat ukoll li, kemm fil-Qrati Ċivili kif ukoll f’dawk Kriminali, ma jirriżultax li hemm xi messaġġiera ġodda li qed jagħmlu n-notifiki minflok il-purtiera.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm kien hemm persuni akkużati bi stupru li:
a.) nżammu taħt
house arrest
b.) nżammu l-ħabs
sakemm instemgħu l-każi tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru breathalyser tests matul is-sena 2008, xahar b'xahar? F'liema lokalità saru, u kemm minnhom instabu li kienu qabżu l-limitu? X'sar f'kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, it-testijiet tan-nifs li saru mill-Pulizija wara li l-ewwel test meħud fir-triqi rriżultat fil-pożittiv, kienu kif ġej:
2008
Numru ta’ persuni miġjuba għat-test tan-nifs
Test Pożittiv
Test Negattiv
Irrifjuta jew test mhux komplut
Jannar
12
6
-
6
Frar
5
2
-
3
Marzu
15
12
-
3
April
9
7
2
Mejju
6
3
-
3
Ġunju
3
3
-
-
Lulju
-
-
-
-
Awwissu
1
1
-
-
Settembru
-
-
-
-
Total
51
34
-
17
Dawn inqabdu f’dawn il-lokalitajiet – Raħal Ġdid; Ibraġġ; St Andrews; Gżira; San Ġiljan; Baħar iċ-Ċagħaq; Qawra; Buġibba; San Gwann; Żabbar; Mellieħa; Mosta; Furjana; B’Kara; Bormla; M’Skala; Rabat; u l-Belt Victoria f'Għawdex.
Fil-każijiet kollha nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Billi wieħed mill-argumenti li l-aktar jissemmew mill-pubbliku, ta' kuljum, jikkonċerna d-dewmien li wieħed ikollu jiffaċċja meta, għal xi raġuni jidħol l-Qorti, jista' l-Ministru jara kif jitnaqqas dan iż-żmien u f'xi okkażjonijiet jiġi stabilit terminu massimu li fih għandhom jinqatgħu l-kawżi li jispiċċaw il-Qorti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi preżentement qed jiġu preparati miżuri legali li jindirizzaw aħjar din is-sitwazzjoni. Minkejja dan kollu, iżda, wieħed għandu japprezza li dejjem ser ikun hemm kawżi b'diffikultajiet varji, u għalhekk ma jkunx dejjem possibbli li jiġi stabbilit terminu massimu ta' żmien ta' meta kawżi għandhom jinqatgħu.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1740 u jgħid kemm saru stupri f'pajjiżna fis-snin 2005, 2006 u 2007? X'sentenzi rċevew dawk il-persuni li kkommettew dan ir-reat serju?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Sena
Każi rappurtati
Sentenzi
2005 7 1 - sentenza ta prigunerija
1 - sentenza sospiza
1 - multa
4 - ghadhom pendenti quddiem il-Qorti
2006 13 2 - sentenza sospiza
11 - ghadhom pendenti quddiem il-Qorti
2007 11 1 - sentenza sospiza
10 - ghadhom pendenti quddiem il-Qorti
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Serqiet rappurtati lill-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati lill-Puluzija li saru fil-ministeru/appartamenti/entitajiet/awtoritajiiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba f'din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2503, jista l-Ministru jinfurmani bl-istess tagħrif mill-gżira t'Għawdex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' serqiet rappurtati lill-Pulizija minn karozzi, djar privati, u ħwienet/entitajiet kummerċjali bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena f'Għawdex hu kif ġej:-
Serq ta' Karozzi
Serq minn Residenzi
Serq minn Ħwienet
12
40
10
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu membri tal-Korp tal-Pulizija jużaw id-droga jew kienu fil-pussess ta' droga jew ittraffikaw id-droga matul din is-sena? Kemm minnhom għadhom fil-Korp tal-Pulizija? X'rank għandhom jew kellhom u x'passi ttieħdu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm erba' membri tal-Korp tal-Pulizija – żewġ surġenti u żewġ kuntistabbli - li nqabdu b’abbuż ta’ droga. Infurmat ukoll li, filwaqt li ħadd minn dawn ma’ għadu jservi fil-Korp, bħalissa għadejjin proċeduri kriminali fil-konfront tagħhom quddiem il-Qorti.