Public Service Obligation Agreement għat-trasport bejn Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Ministeru beħsiebu jniedi s-sejħa għall-Public Service Obligation agreement għat-trasport bejn Malta u Għawdex peress l-aħħar wieħed li sar fl-2012 ilu li skada? Jista' jassigura lill-Kamra li din is-sejħa ser tindirizza l-ħtieġa ta' trasport, anke b'mezzi veloċi, ta' passiġġieri u merkanzija bejn l-Imġarr u l-Port il-Kbir?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant, li ninsab infurmat li l-Ministeru qed jevalwa it-termini u l-krtiterji tal-offerti li kienu ħargu fis-suq, flimkien mal-osservazzjonijiet tal-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi. Dan sabiex il-Ministeru jkun jista’ jfassal it-termini u l-kundizzjonijiet għad-diversi servizzi tat-trasport bejn Malta u Għawdex.
Sadanittant, il-PSO attwali tas-servizz tat-Trasport bejn Malta u Għawdex ġie estiż għal sena oħra kif jippermettu l-kundizzjonijiet eżistenti tal-PSO.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex jitkabbar il-Port tal-Imġarr ta' Għawdex, speċjalment sabiex ikunu jistgħu jsorġu Katamarani tal-passiġġieri u trakkijiet tal-merkanzija?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.
San Pawl il-Baħar – Triq l-Imrejkba, Triq il-Konz u Triq l-Indipendenza — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jara li Infrastructure Malta b’urġenza tagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa fit-toroq u l-bankini fi Triq l-Imrejkba, Triq il-Konz u Triq l-Indipendenza f’San Pawl il-Baħar? Dewmien fix-xogħol li meħtieġ isir, jista’ jkun qed ifisser aktar perikli għal kull min jagħmel użu minnhom?
Jista’ l-Ministru jara li Infrastructure Malta b’urġenza tagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa fuq il-bankini fi Triq l-Emigranti fin-Naxxar? Dewmien fix-xogħol li meħtieġ isir,jista’ jkun qed ifisser aktar perikli għal kull min jagħmel użu minnha.
Naxxar – Triq San Pawl – tiswijiet fuq iż-Zebra Crossing
Question
Jista’ l-Ministru jara li t-tiswijiet li hemm bżonn isiru fuq iż-Zebra Crossing fi Triq San Pawl fin-Naxxar u li ilhom rapportati għal numru ta’ ġranet isiru bla dewmien mill-awtoritajiet responsabbli?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu. Nitolbu jindika liema zebra crossing qiegħed jirreferi minħabba li hemm aktar minn zebra crossing waħda fit-triq imsemmija.
Jista’ l-Ministru ġentilment jara għaliex it-tour operators qegħdin jiġu mitluba jħallsu r-route fee ta’ double decker buses, il-liċenzji tal-passenger boats, il-coaches u trains in full għas-sena 2020, meta dawn l-operaturi ħadmu anqas minn 3 xhur biss, f’din is-sena? Tista’ Transport Malta tikkunsidra tirrevedi l-ħlas peress li dawn ma ngħataw ebda għajnuna mill-gvern imma minflok qed jintalbu jħallsu l-ħlas ta’ sena li fiha jaħdmu biss tliet xhur?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tat-Trasport għandha l-obbligu sabiex tiġbor il-ħlasijiet li huma dovut lilha. Madankollhu ninsab infurmat li l-Awtorita’ qed tifhem is-sitwazzjoni finanzjarja tal-mument u qedgħha toffri skema ta ħlas lil dawn l-operaturi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ġie deċiż minn Transport Malta dwar bdil fis-sistema ta’ traffiku fil-Mosta f’toroq fl-inħawi ta’ San Pawl tal-Qlejja fil-Mosta u parti minn Triq il-Kbira fl-inħawi ta’ Triq San Pawl tal-Qlejja (Mosta)? Jista’ jgħid ukoll liema toroq fil-preżent qed ikun maħsub li tinbidel ir-rotta tat-traffiku fil-Mosta u jkunu introdotti sistemi ġodda ta’ one way? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta’ kif se jsir?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta tal-mistoqsija Parlamentari 18221 tas-Seduta 416.
Infrastructure Malta – Triq tas-Santi limiti tal-Imġarr — bollards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta hiex beħsiebha tinstalla bollards fit-Triq tas-Santi limiti tal-Imġarr minflok il-blokok tal-konkos li tqiegħdu u li minħabba fihom djieqet it-triq?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta għaddejja b’ħidma bla heda sabiex ittejjeb il-kwalità tat-toroq tal-pajjiż, fosthom toroq arterjali, toroq residenzjali u anke toroq rurali li sfortunatament kienu tħallew mitluqa bla ebda manutenzjoni għal snin twal.
Matul is-sena li għaddiet, Infrastructure Malta investiet aktar minn €15-il miljun biex tibni mill-ġdid u ttejjeb 102 toroq fil-kampanja li jintużaw mill-bdiewa li jaħdmu l-għelieqi madwarhom u minn ħafna oħrajn li jgħixu, jaħdmu u jivvjaġġaw fl-inħawi. Fl-2020 l-aġenzija bniet mill-ġdid jew irranġat mas-60 kilometru ta’ toroq rurali, jiġifieri aktar mid-doppju tat-tul ta’ Malta, miċ-Ċirkewwa sa Birżebbuġa. Taħt l-art f’dawn it-toroq, qiegħdet mal-40 kilometru ta’ pajpijiet, katusi u cables taħt l-art, biex ittejjeb il-provvista ta’ diversi servizzi f’dawn l-inħawi wkoll.
B’hekk mill-2019 sal-lum, Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’aktar minn 230 triq rurali f’aktar minn 30 lokalità.
Triq is-Santi, li fiha rotta ta' 3 kilometri bejn l-Imġarr u l-Baħrija, fil-limiti tar-Rabat, għadha kemm tlestiet u fiha sar investiment ta’ €1,035,250 biex minbarra tisħieħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid bl-asfalt sarulha wkoll servizzi tal-ilma. Huwa ppjanat li l-blokok tal-konkos ser jinbidlu ma’ sistema ta’ crash barriers siguri u ta’ tip u għamla li jkunu l-aktar kompatibbli mal-karattru rurali tal-inħawi, peress li qabel ma kienx hemm installazzjonijiet ta’ sigurezza ta’ dan it-tip.
Din il-ħidma għal infrastruttura aħjar għas-settur agrikolu f’Malta ser tkompli bla heda fl-2021 bil-bini mill-ġdid t’aktar toroq rurali u xogħlijiet oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni ħdejn iċ-ċimiterju tal-Mosta fi Triq Durumblat bankina tal-konkos li saret ftit ta’ żmien ilu, qed terġa’ tiġi mkissra? Jista’ jgħid ukoll meta Transport Malta ser tieħu d-deċiżjoni u tirranġa l-parti tal-bankina li tiġi quddiem l-entratura taċ-Ċimiterju tal-Mosta, peress li minn meta saret sal-lum, kull meta tagħmel ix-xita, qed ikun hemm għadira ilma li qed toħloq periklu u inkonvenjent għal min ikun dieħel iċ-ċimiterju?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn. Fil-lokalità tal-Mosta diġà saru Triq Dawret il-Wied, Triq il-Qares, Triq is-Snajja’, Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Sqaq Madre Tereża Spinelli, Triq Rużar Briffa (Żokrija), Triq Kumbu, Triq San Silvestru, Triq Alofju Wignacourt, Triq il-Ballata, Triq Dun Karm Schembri, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq it-Taħħan, Triq ta’ Venezja, Triq il-Baqqunier u Triq tal-Wej, waqt li bħalissa qegħdin isiru Triq Durumblat, Triq il-Kbira, Triq Patri Ġuże Delia u Triq il-Fortizza tal-Mosta. Saru wkoll xogħlijiet fi Triq il-Fortizza u Triq il-Kostituzzjoni waqt li diġà hemm ippjanti diversi toroq oħrajn f’din il-lokalità biex isiru fiż-żmien li ġej.
Triq Durumblat hija arterja ta' 1.8 kilometri bejn Ħ’Attard, Ta’ Qali u l-Mosta, u għaldaqstant il-bini mill-ġdid tagħha qed isir f’fażijiet biex l-inkonvenjent ikun mill-inqas possibbli. Minbarra tisħieħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid b’diversi kisjiet bl-asfalt, f’din it-triq qegħdin isiru diversi xogħlijiet ta’ servizzi taħt l-art għall-ilma, elettriku u telekomunikazzjoni kif ukoll dwal tat-triq ġodda.
Barra minn hekk, Infrastructure Malta qed tintroduċi bankini maż-żewġ naħat biex tiffaċilita l-konnessjonijiet bil-mixi bejn il-lokalitajiet li semmejt u biex ittejjeb ukoll l-aċċess għall-ġonna pubbliċi u l-faċilitajiet sportivi ta’ Ta’ Qali. Il-parti tal-bankina li qed issir referenza għaliha nbniet fuq livelli ġodda iżda x-xogħol fuq il-karreġġjata nnifisha għadu ma sarx u għalhekk meta din titlesta se jiġi rraġat ukoll il-livell t-triq.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
In-Naxxar – Triq Vjal il-21 ta’ Settembru – xogħlijiet ħdejn il-Playingfield
Question
Jista’ l-Ministru jikkonsidra li minkejja li mhix imniżżla mat-toroq li l-Gvern ħa jagħmel fin-Naxxar, tista’ tiġi rranġata dik il-parti ta' Vjal il-21 ta' Settembru ġewwa n-Naxxar biswit il-playing field peress li tinsab f'kundizzjoni ħażina minkejja li hija waħda mit-toroq prinċipali tan-Naxxar u waħda mill-iktar toroq traffikużi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn. Fil-lokalità tan-Naxxar diġà bniet mill-ġdid Triq il-Kappella ta’ San Mikiel, Triq ix-Xbieki, Triq John Adye, Triq San Franġisk t’Assisi u Triq San Pawl. Bħalissa qegħdin isiru Triq il-Forġa, Triq il-Fortizza tal-Mosta u triq bla isem fi Vjal il-Labour. Toroq oħrajn f’din il-lokalità li diġà huma ppjanti biex jinbnew mill-ġdid fiż-żmien li ġej jinkludu Triq il-Ġdida, Triq il-Magħtab, Triq Leli Falzon, Triq Ġdida fi Triq tat-Tarġa u Triq Santa Klara.
Waqt li t-triq indikata wkoll hija ppjanata biex isirilha titjib fiż-żmien li ġej, Infrastructure Malta diġà għamlet ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn fin-Naxxar. Dawn kienu jinkludu xogħol fit-Telgha ta’ Alla u Ommu, Triq Wied Filep, Triq Santa Fawstina ta’ Kowalska, Triq Tal-Balal, roundabout junction ġdida fi Vjal il-Labour, kif ukoll titjib fir-roundabout junction bejn Triq il-Parroċċa u Triq San Pawl fost oħrajn. Sar ukoll titjib kbir fit-toroq ewlenin tal-inħawi bejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija, l-Iklin u n-Naxxar, filwaqt li nbena parkeġġ ġdid ħdejn ir-Riserva Naturali tas-Salina.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’tip ta’ xogħol qiegħed isir fil-Bajja ta’ San Tumas Wied il-Għajn kemm ilu għaddej u meta huwa previst li jispiċċa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed tibni mill-ġdid tnejn mit-tliet mollijiet twal tal-Bajja ta’ San Tumas, f’Wied il-Għajn, wara li partijiet minnhom inqerdu bit-tgħawwir tal-baħar u l-maltemp matul is-snin. L-aġenzija qed tibnihom mill-ġdid permezz ta’ proġett ta’ €3 miljun bħala parti mill-impenn tagħha biex ittejjeb il-kwalità tal-infrastruttura fil-portijiet u f’żoni oħrajn mal-kosta f’Malta u Għawdex.
Iż-żewġ mollijiet twal mal-50 metru ‘l wieħed tant kienu fi stat imwiegħer li kienu qed jipperikolaw saħħet l-għawwiema, d-dilettanti tas-sajd u tad-dgħajjes u persuni oħrajn li jżuru din il-bajja popolari. Il-periti ta’ Infrastructure Malta ddisinjaw il-mollijiet il-ġodda b’mod li jkunu aktar siguri, b’materjali ta’ kwalità ogħla biex iservu aktar fit-tul.
Ix-xogħlijiet bdew f’nofs Awwissu u l-kuntratturi tal-aġenzija bħalissa qegħdin jibnu dawn il-mollijiet bi blokki tal-konkos maħduma minn qabel u strutturi oħra tal-konkos imsaħħaħ bl-azzar li jiffurmaw fuq il-post stess. Bħalma huwa l-każ ta’ kull proġett marittimu ieħor dawn ix-xogħlijiet jiddependu ħafna mit-temp u jkun hemm ġranet fejn il-kundizzjonijiet tat-temp u tal-baħar ma jippermettux li x-xogħol ikompli. F’dawn is-sitwazzjonijiet ix-xogħol ikollu jitwaqqaf sabiex tiġi mħarsa saħħet il-ħaddiema u l-ambjent marittimu tal-inħawi. Kemm-il darba t-temp jippermetti, x-xogħlijiet kollha huma skedati li jitlestew sas-sajf. Aktar tard din is-sena, wara li jitlesta x-xogħol attwali, Infrastructur Malta ser ittejjeb ukoll it-tielet moll li tħalla miftuħ għall-użu tas-sajjieda u nies oħrajn Ii jagħmlu użu miż-żona kif ukoll strutturi oħrajn fl-istess bajja, fosthom il-mollijiet u l-iskali li hemm biswit il-mollijiet il-ġodda, li wkoll jeħtieġu tiswijiet kbar.
Infrastructure Malta bħalissa qed tlesti wkoll proġett ieħor ta’ €840,000 biex tibni mill-ġdid żewġ mollijiet fiż-żona taż-Żonqor fil-Bajja ta’ Wied il-Għajn, fl-istess lokalità. Partijiet minn dawn il-mollijiet u l-mogħdijiet għall-aċċess tagħhom kienu ċedew wara li ttieklu mill-elementi u tħallew mitluqin għal żmien twil.
It-taqsima marittima ta’ Infrastructure Malta għadha kemm lestiet il-bini ta’ breakwater ġdid fil-Ponta tal-Qrejten, investiment ta’ €4 miljun biex ikennen il-Port ta’ Marsaxlokk u x-xtajtiet tal-madwar. Bħalissa qed twettaq investimenti oħrajn kbar madwar il-kosta f’Malta u Għawdex. Fuq ix-xaqliba l-oħra tal-Port ta’ Marsaxlokk, l-aġenzija qed ittejjeb il-puntuni fl-inħawi tal-Magħluq. Qed tagħmel ukoll studji preliminari biex tagħraf l-aħjar post u t-tip ta’ struttura li tista’ ssir fl-inħawi taħt Delimara, biex tkennen din in naħa tax-xatt ta’ Marsaxlokk ukoll.
Fil-ġimgħat li ġejjin ser ikun lest ukoll il-proġett ta’ €6 miljun għall-bini mill-ġdid tal-mollijiet, l-iskali u l-puntuni li jużaw is-sajjieda fil-Menqa tal-Port tal-Imġarr, Għawdex. Proġett ieħor li għaddej bħalissa huwa l-faċilitajiet ġodda għall-passiġġieri tat-trasport bil-lanċa f’Tas-Sliema u f’Bormla. Infrastructure Malta qed tagħmel ukoll tiswijiet u tibni mill-ġdid ta’ mollijiet oħrajn f’Delimara u ċ-Ċirkewwa.
Lejn l-aħħar tal-2020, l-aġenzija bdiet ukoll il-Grand Harbour Clean Air Project, investiment ta’ €49.9 miljun li jinkludi l-iżvilupp tal-infrastruttura meħtieġa biex twassal is-servizz tal-elettriku lill-vapuri tal-passiġġieri (cruise liners) u dawk li jġorru merkanzija (Ro-Ro vessels) waqt li jkunu ankrati fil-port. Dan l-investiment se jnaqqas b’aktar minn 90% t-tniġġis tal-arja li jikkaġunaw dawn il-bastimenti f’Malta.
Proġetti marittimi oħrajn jinkludu l-bini mill-ġdid tal-mollijiet fl-inħawi tat-Toqba (Sally Port), il-Birgu, kif ukoll l-introduzzjoni t’aktar faċilitajiet ġodda għall-passiġġieri tat-trasport bil-lanċa biex testendi dan il-mezz alternattiv ta’ vjaġġar lejn lokalitajiet oħrajn mal-kosta f’Malta.
Black cabs — Transport Malta – dewmien għall-Operating Licence
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għalkemm hemm min ilu jistenna l-Operating Licence xahrejn biex ikun jista’ jopera l-black cabs, dawn l-operating licences għadhom ma ħarġux bir-raġuni li qiegħda tingħata minn Transport Malta tkun li għadhom jistennew il-kondotta tal-individwu mingħand il-Pulizija? Jista’ jara li jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji biex dan id-dewmien jonqos ħalli titnaqqas it-tbatija ta’ dawn l-individwi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li wieħed mir-rekwiżiti sabiex wieħed jottjeni l-Liċenzja ta’ Operaturi għas-servizz ta’ ġarr ta’ passiġġieri b’vetturi żgħar, huwa li jinġab ċertifikat maħruġ mill-Pulizija li juri kull reat kriminali tal-applikant magħruf bħala l-Fedina Penali. Bil-kunsens tal-applikant, l-Awtorita’ għat-Trasport tapplika għal dan iċ-ċertifikat mingħand il-Pulizija. L-Awtorita’ għat-Trasport m’għadiex kontroll fuq id-dewmien għall-ħruġ tal-Fedina Penali. Ladarba l-Awtorita’ tirċievi ċ-ċertifikat u dan ikun jissodisfa l-kriterji li l-persuna hija ta’ reputazzjoni u kondotta tajba, skont id-dispożizzjonijiet fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.68, tgħaddi minnufih biex toħroġ il-Liċenzja tal-Operatur.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17374, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li għalkemm ix-xufiera li skaditilhom it-tag jew li ser tiskadilhom it-tag fil-futur qarib, jistgħu jkomplu jsuqu karozzi tal-linja bit-tag skaduta flimkien mal-irċevuta li turi li sar il-ħlas biex tiġi rrinnovata t-tag, l-operatur tat-Trasport Pubbliku mhux jimxi ma dawn il-linji gwida u għalhekk qiegħed iwaqqaf mix-xogħol ħaddiema li ma jkollhomx it-tag imġedda? Jista’ l-jara li dan l-atteġġjament jieqaf minnufih?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17374, ninsab infurmat li l-pendenzi li kien hemm għall-ħruġ tat-tags fil-perjodu li l-Awtorita’ għat-Trasport kienet sofriet s-Cyber Attack ġew rinnovati u rregolati kollha. Għalhekk m’għadx hemm iċ-ċirkostanzi li wieħed isuq vetturi għall-ġarr tal-passiġġieri bit-tag skaduta. Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li xahrejn qabel ma tiskadi t-tag, l-Awtorita’ tibgħat ittra lil kull persuna li tkun ser tiskadilha t-tag u tħeġġiġa biex iġeddidha mill-aktar fis possibbli. Ġialadarba l-Awtorita’ jkollha d-dokumenti u l-applikazzjoni neċessarji biex tiġi mġedda t-Tag, tkun qiegħda f’pożizzjoni li tgħaddi biex tipproċessaha minnufih.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17947, jista’ l-Ministru jikkonferma li bl-upgrading li sar tal-parkeġġ eżistenti f'Wied iż-Żurrieq, żdied il-parkeġġ għal coaches però naqas drastikament il-parking għall-vetturi żgħar fi żmien meta minħabba l-pandemija ftit turisti li jagħmlu użu mill-coaches qed iżuru din iż-żona? Jista’ jgħid xahar b’xahar minn meta beda jopera dan is-servizz sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm individwi li użaw is-servizz ċirkulari b’vetturi tat-trasport pubbliku minn u lejn Wied iż-Żurrieq peress li fir-risposta tiegħu qalli li dan is-servizz qed jintuża minn eluf ta’ ċittadini u turisti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport l- priority parking għal coaches inżamm kif kien oriġinarjament u nżebgħu l-parkeġġi tal-vetturi ż-żgħar, kif għandu jkun għal kull parkeġġ organizzat.
Tajjeb li jingħadd ukoll li s-servizz ċirkulat li qiegħed jaċċenna għalih l-Onorevoli Interpellant kien operat bejn 4 ta’ Lulju u l-5 ta’ Ottubru 2020 fejn inġarru l’fuq minn ħamest elef passiġġier.
L-Imdina – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18358, 18169 u 17902 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Imdina, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
Ħ’Attard – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18359, 17899 u 18170 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Ħ’Attard, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
San Pawl il-Baħar – Triq il-Kaħli – xogħlijiet ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jara li Infrastructure Malta tagħmel b’urġenza l-manutenzjoni meħtieġa li għandhom isiru fi Triq il-Kaħli f’San Pawl il-Baħar, peress li dewmien fix-xogħol li meħtieġ isir, ser ikun qed ifisser aktar perikli għal kull min jagħmel użu minnha?
Response (BORG, IAN)
Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn.
Bħal toroq oħrajn, it-triq indikata tinsab fil-pjanijiet ta’ Infrastructure Malta biex tinbena mill-ġdid ukoll fiż-żmien li ġej. L-aġenzija hija f’kuntatt dirett mal-Kunsilli Lokali biex fejn verament hemm bżonn, bħalma diġà għamlet f’ċerti lokalitajiet, tappoġġjahom fil-manutenzjoni tat-toroq liema ħidma hija fir-responsabbiltà tagħhom sakemm it-toroq residenzjali jinbnew mill-ġdid. Sadanittant, mistoqsijiet dwar tiswijiet tat-toroq sakemm jasal iż-żmien tagħhom biex jinbnew mill-ġdid għandhom isiru lill-ministeru konċernat miż-żamma ta’ toroq lokali.
Il-Mellieħa – Triq il-Gardell – xogħlijiet fuq bankina
Question
Jista’ l-Ministru jara li Infrastructure Malta tagħmel b’urġenza bankina li hemm nieqsa f’parti minn Triq il-Gardell fil-Mellieħa peress li dewmien fix-xogħol li meħtieġ isir ser ikun qed ifisser aktar perikli u skumdità għal kull min jagħmel użu minnha?
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17639, kif jista' l-Ministru jgħid illi "mhu qed isir l-ebda ksur tal-Public Service Obligation mill-Gozo Channel (Operations) Ltd u s-servizzi mogħtija huma kollha abbażi tal-istess Public Service Obligation" meta l-istess Public Service Obligation agreement li ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba 32791 tal-11-il Leġiżlatura jgħid ċar u tond fi klawsola 1.2(b) li l-"lifeline services" iridu jiġu pprovduti ukoll bejn Marsamxetto/Valletta u l-Imġarr, Għawdex u dan is-servizz ilu ma jingħata għal bosta snin ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita; tat-Trasport rigward PQ 18711, li Onor. Joseph Ellis mhux korrett. Ir-raġuni hija li l-PSO jiddikjara dan li ġej, fil-Klawsola 1.2 (a) u wkoll fil-Klawsola 1.2 (b) li qed tiġi kkwotata:
-
1.2(a) The Life Line services shall be provided at and from the following ports, or at or from any other ports agreed in writing by the Parties
- 1.2(b) The Life Line services shall be provided on the following routes, or on any other routes agreed in writing by the Parties
Fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, kien hemm qbil bejn il-partijiet biex l-operazzjonijiet tal-merkanzija jiġu trasferiti minn Marsamxett (Pietà) għaċ-Ċirkewwa minħabba l-Marina l-ġdida. Għalhekk, m'hemm l-ebda ksur tal-Public Service Obligation