Ħal Kirkop – xogħlijiet infrastrutturali u proġetti
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali u proġetti li qed isiru mill-Ministeru tiegħu f'Ħal Kirkop?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali u proġetti li qed isiru mill-Ministeru tiegħu f'Ħal Safi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Mosta — Ħruġ ta’ permess għal bini fuq sit arkeoloġiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’ser isir biex ladarba jsir il-bini approvat mill-Planning Authority fuq sit li kien deskritt bħala sit arkeoloġiku fil-Mosta, jara li dak li hu ta’ valur arkeoloġiku jkun preservat? Jista’ jara li l-Kappella ta’ Sant’Andrija fil-Mosta li hija l-eqreb ta’ dan il-bini li nħariġlu l-permess, tkun suġġetta għal ħidma ta’ restawr bħala community gain għal dawk li ser ikunu qed jibnu fil-qrib tal-istess kappella?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema żvilupp propost qed jirreferi u jindika l-applikazzjoni għall-iżvilupp quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.
Jista’ l-Ministru jieħu passi sabiex jara jekk l-applikazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament li huma żewġ applikazzjonijiet fuq sit wieħed, humiex applikazzjoni għall-bini f’ODZ? Jikkonferma l-Ministru li dawn iż-żewġ applikazzjonijiet huma għal full development f’area indikata ODZ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma żewg applikazzjonijiet ta’ full development (id-dettalji dwarhom qed jingħataw hawn isfel) u huma t-tnejn f’area indikata ODZ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet taħt l-Iskema Irrestawra Darek imnedija mill-Awtorità tal-Ippjanar u minn liema lokalitajiet kienu l-applikazzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Għall-Iskema Irrestawra Darek imnedija mill-Awtorità tal-Ippjanar kien hemm 884 applikazzjoni li minnhom 830 applikazzjonijiet kienu validi. Aktar informazzjoni tinsab fuq id-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tal-Ippjanar – family friendly measures għall-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-
policy
tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar
family friendly measures
għall-ħaddiema?
Response (BORG, IAN)
Ninfurma lil Onor. Interpellant li l-Awtorita' tal-Ippjanar għandha diversi family friendly measures. Dawn jinkludu:
· leave specjali bi ħlas bħal leave tal-maternita’ u leave għall-addozzjoni, u leave specjali bla ħlas bħal parental leave, career break leave, u responsibility leave, biex jgħin lill-impjegati jieħdu ħsieb uliedhom li jkun għadhom f’eta' żgħira;
· il-faċilita' ta’ reduced hours li permezz tagħha l-impjegati jkunu jistgħu jaħdmu ħinijiet imnaqqsa, biex ikunu jistgħu ilaħħqu aħjar mal-familja;
· il-faċilita' ta’ teleworking li permezz tagħha l-impjegati jkunu jistgħu jrabbu lil uliedhom jew jieħdu ħsieb lill-ġenituri anzjani tagħhom;
· sistema ta' child care reimbursement għal dawk l-impjegati li jkollhom tfal taħt l-eta' ta' tlett snin, u ġenitur wieħed biss ikun qed jaħdem.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — transfers ta' ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ transfers li ngħataw lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, u dan għall-perjodu bejn is-6 ta' Ġunju u t-12 ta’ Ġunju?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħid għal liema sena qed jirreferi.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?
Response (BORG, IAN)
Bi tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari 184, skont ir-records tal-entitajiet tagħna fi ħdan il-Ministeru ghat-Trasport, Infrastruttura u Progetti Kapitali, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport ta’ kemm kienet in-nefqa mill-MTIP f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-13 ta’ Lulju 2017.
Attachments:PQ 184 - MTIP all entities compiling total amount of adverts spent between 1st Jan 2017 to 13th July 2017.xlsx
Awtorità għat-Trasport – Triq is-Siġġiewi u Triq l-Imdina f'Ħaż-Żebbuġ — konġestjoni tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandha l-Awtorità għat-Trasport f'Malta sabiex tissolva l-problema kbira ta' konġestjoni tat-traffiku li jiltaqgħu magħha s-sewwieqa b'mod partikolari fil-ħinijiet ta' filgħodu biex joħorġu mis-Siġġiewi lejn Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi u ċjoè fil-parti fejn tinsab ir-roundabout bejn Triq is-Siġġiewi u Triq l-Imdina f'Ħaż-Żebbuġ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta bħalissa għaddejja bl-ippjanar ta’ diversi xogħlijiet fuq ir-road network u fost dawn ix-xogħlijiet hemm inklużi wkoll titjib ta’ junctions eżistenti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu biex jitneħħew l-inkonvenjent li qed joħloq il-Ġibjun tal-Imqabba li hemm biswit il-bypass tal-Imqabba u dan fid-dawl li meta dan il-ġibjun jimtela’, l-ilma qiegħed jispiċċa fi proprjetajiet privati?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura qed ifassal proposta, flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Imqabba, biex jinbena ġibjun ġdid fl-akkwati tal-ġibjun eżistenti li hemm fil-bypass tal-Imqabba, biex jilqa’ fih l-ilma li jfur mill-ġibjun eżistenti. Kif din il-proposta tkun finalizzata, issir talba għall-fondi biex dan il-proġett ikun jista’ jitwettaq.
Rabat – Triq Santu Wistin – uplighters mal-Knisja ta’ San Mark
Question
Peress li l-uplighters li jdawlu l-faċċata tal-Knisja ta' San Mark fi Triq Santu Wistin, ir-Rabat kienu proġett tal-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura u peress li minħabba nuqqas ta' manutenzjoni din il-mixgħela ilha mitfija minn Settembru 2016, jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex jerġgħu jinxtegħlu anke minħabba li din il-knisja tinsab fil-qalba tar-Rabat u hi sit li jżuruh it-turisti għax hu parti mill-wirt kulturali?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 969, il-fittings tad-dawl li ser jintuzaw f'dan ix-xogħol ġew ordnati mill-Italja u hekk kif jaslulna aħna mmexxu bix-xogħol meħtieg.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 761 u ċjoe: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet li ħarġu għall-karigi ta' Senior Manager fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nħarġet l-ebda sejħa għall-kariga ta’ Senior Manager fi ħdan l-Awtorità ta’ l-Artijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 762 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li nħatret Assistant Principal f’kariga ta’ Senior Manager fl-Awtorità tal-Artijiet mingħajr interview u mingħajr sejħa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma kien l-ebda Assistant Principal li laħaq bħala Senior Manager.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 763 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda fis-salarji ta’ dawk kollha li nħatru Senior Managers fl-Awtorità tal-Artijiet meta kkumparat mas-salarju li kellhom qabel? Jista’ jagħti dan għal kull każ rispettivament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ż-żidiet fil-pagi għal dawk li għamlu ċaqliq laterali u fl-istruttura l-ġdida qed jaqdu l-irwol ta’ Senior Manager, raw żidiet fis-salarju ta’ €77 f’każ wieħed, €1,136 fi tliet każi oħra, €6,148 f’każ ieħor u €568 f’każ ieħor.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 764 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm mid-Diretturi fid-Dipartiment tal-Artijiet nħatru bħala Senior Manager fl-Awtorità tal-Artijiet, u għal kull każ, jista’ jgħid jekk ħarġitx sejħa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-post ta’ Senior Manager fi ħdan l-istruttura tal-Awtorità tal-Artijiet, hija bbażata fuq dik ta’ skala ta’ Direttur tal-Gvern. Kien hemm Direttur wieħed, u għaldaqstant ingħata l-iskala ta’ Senior Manager bħala ċaqliqa laterali.
Awtorità tal-Artijiet – kariga ta’ Media Coordinator
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 765 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa għal kariga ta’ Media Coordinator fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma teżisti l-ebda kariga ta’ “Media Co-ordinator”.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 766 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tas-sejħa għall-kariga ta’ Human Resources Manager fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma ħarget l-ebda sejħa għall-kariga ta’ Human Resources Manager. Bħalissa qed isir użu minn uffiċjal misluf minn entita’ oħra Governattiva, sakemm din l-Awtorita’ ġdida toħroġ diversi sejħiet għal karigi fi ħdana”
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fit-triq tal-Baħrija qabel il-ġibjun fejn it-triq sfrundat, jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa sabiex ikun evitat il-periklu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq tal-Baħrija msemmija fil-mistoqsija parlamentari ma tiffurmax parti mill-lista ta’ toroq arterjali jew distributorji u għalhekk ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta. Madanakollu galadarba qed jissemma li jeżisti periklu mill-Onor. Interpellant, se nara li l-Ministeru jidħol f’diskussjoni ma’ esperti u l-Kunsill Lokali tar-Rabat fuq din il-materja.
Wara li l-Ministru vara lista ta’ toroq li fuqhom se jsir xogħol bi prijorità, jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra dwar il-pjanijiet li hemm għat-triq li twassal mix-Xemxija għall-Mellieħa peress li din it-triq qiegħda fi stat li qed tiddeterjora u hija l-aċċess ewlieni għal-lokalità tal-Mellieħa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed tħejji pjanijiet ta’ rikostruzzjoni u twessiegħ ta’ toroq bejn il-pont tal-Mistra u l-junction li tagħti għal Selmun. Hemm ukoll pjanijiet ta’ rikostruzzjoni fil-bqija tat-triq u ċjoè sal-junction fl-inhawi tas-Simar u x-xogħlijiet se jkunu qed isiru skont il-prioritajiet u l-ħruġ tal-permessi meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jagħti update dwar il-proġett tat-triq tal-Għadira? Għad hemm pjanijiet li din it-triq tkun inkluża fil-proġett tat-TEN-T? Jekk iva, hemm xi timeline partikolari? Peress li fil-passat kien hemm anke diskussjonijiet dwar diversi possibilitajiet kif jista’ jitwettaq dan il-proġett, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gvern għadux bil-ħsieb li jimxi fuq xi waħda minn dawn il-possibilitajiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed jiġu finalizzati l-applikazzjoni għall-fondi mill-Unjoni Ewropea għat-Ten-T, liema applikazzjonijiet jagħlqu f’Novembru li ġej. Għaldaqstant dettalji ta’ liema toroq ikunu se jingħataw fondi, ser tingħata wara li jagħlaq il-proċess.