Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x'servizzi toffri l-Berġa tas-Saħħa tal-Fgura?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li minn ġo l-Kinika tal-Komunità tal-Fgura jiġu offruti dawn is-servizzi li ġejjin:
• Klinika tat-Tabib tal-Familja
• Klinika tal-Infermiera
• Podjatrija
• Fiżjoterapija
• Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma
• Saħħa Mentali
• Klinika għall-pazjenti li huma cancer-free (Survivorship Clinic) (Din il-Klinika toffri servizz lill-pazjenti li fiequ minn ċertu mard tal-kanċer u li għandhom bżonn ikomplu jiġu segwiti.)
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex Odansteron (mediċina li tintuża f'emerġenza kontra r-remettar) kienet out of stock fiċ-ċentri tas-saħħa fi tmiem il-ġimgħa tal-21 ta' Ġunju 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fi tmiem tal-ġimgħa msemmija l-mediċina Ondansetron kienet disponibbli fiċ-Ċentri tas-Saħħa, ħlief fil-Furjana HC Treatment Room għal perijodu qasir sakemm l-istokk ġie rifornut mill-ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-inħawi tar-Rabat u l-Imġarr mhux qed isir għalf tal-ġrieden (mid-dipartiment responsabbli mis-sanità) biex tonqos il-popolazzjoni ta' ġrieden u firien li dejjem qed tikber u li qed twassal għal ħsara fil-prodott agrikolu u anke fl-apparat użat mill-bdiewa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ħaddiema mit-Taqsima tal-Pest Control Unit fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali wettqu diversi trattamenti għall-kontra l-ġrieden fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Matul dawn l-aħħar tlett xhur intużaw madwar elf (1,000) pakkett ta’ kimika għat-trażżin tal-ġrieden u firien f’żoni differenti fl-inħawi tar-Rabat u madwar disa mija u ħamsin (950) pakkett ta’ kimika għat-trażżin tal-ġrieden u firien f’żoni differenti madwar l-Imġarr u li bihom saru t-trattamenti meħtieġa għal kontra l-ġrieden u firien.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jżomm ukoll kuntatt regolari mal-Għaqda Bdiewa fejn dawn jiġu nfurmati fejn ikunu saru it-trattamenti. L-istess Għaqda Bdiewa tgħaddi ukoll lid-Direttorat iż-żoni l-iktar problematiċi u fejn imbagħad f’dawn iż-żoni jsir trattament meħtieġ immedjat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma t-time frames għall-bini tal-Isptar ġdid ta’ Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-time frame biex il-proġett kollu jkun lest hu ta’ bejn 5 u 7 snin, jiddependi jekk ikunx hemm dewmien fil-proċessar u fl-appelli tat-tenders.
Att dwar l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani – Fornituri tas-servizz liċenzjati
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-fornituri kollha tas-servizz liċenzjati skont l-Att dwar l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-lista li l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA) tilliċenzja, ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-lista qed tirreferi għall-fornituri kollha tas-servizz liċenzjati skont l-Att dwar l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA).
Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani – applikazzjonijiet għal liċenzjar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani għandhiex applikazzjonijiet pendenti għal-liċenzjar biex topera kwalunkwe servizz marbut mal-kura ta’ persuni anzjani? Jekk iva, jista’ jagħti informazzjoni dettaljata dwar kull applikazzjoni pendenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani, bħalissa ma għandha l-ebda liċenzja pendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani għandhiex liċenzji sospiżi u revokati bħalissa? Jekk iva, jista’ jagħti dettalji tal-liċenzji li ġew sospiżi jew revokati u f’kull każ, ir-raġuni jew raġunijiet għaliex il-liċenzja ġiet sospiża jew revokata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani, bħalissa ma għandha l-ebda liċenzji sospiżi jew revokati.
Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tad-djar tal-anzjani privati f’Malta u f’Għawdex li l-Gvern għandu ftehim magħhom għal xiri ta’ sodod mill-Gvern?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha ftehim ma’ djar tal-anzjani privati f’Malta biss u mhux f’Għawdex, hekk kif spjegat mill-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Mellieħa – Dar Residenzjali – Każ ta’ suwiċidju
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex fil-25 ta' Mejju 2024, seħħ suwiċidju ta' anzjan li kien jirrisjedi fid-Dar Residenzjali tal-Mellieħa? Jista' jgħid ukoll jekk saritx investigazzjoni separata minn dik tal-Pulizija u jekk iva, x'kien l-eżitu ta' din l-investigazzjoni? Jekk le, għaliex ma nħassitx il-ħtieġa li ssir din l-investigazzjoni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mill-investigazzjonijiet li saru mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunitá (AACC) u l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA), irriżulta li ma kien l-ebda nuqqas fil-kura, attenzjoni u servizz li l-anzjan kien qed jingħata.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Pannelli Solari
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fil-preżent m’hemmx pannelli solari installati fuq il-bejt tal-Ministeru.
Il-Ministeru hu konxju tal-importanza li nħaddnu s-sorsi ta' enerġija rinovabbli biex nikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u nsaħħu s-sostenibbiltà. Għaldaqstant, ser isiru l-arranġamenti mal-esperti tagħna f’dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex iffirmat xi ftehim għas-sussidju għall-inkontinenza għall-anzjani? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan il-ftehim jiġi fis-seħħ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità joffri servizz ta’ Kontinenza fejn anzjani li jbagħtu minn inkontinenza jingħataw prodotti ssussidjati. Dan is-servizz ilu jingħata għal diversi snin.