Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Benefiċċji relatati mal-karigi ta' chairman u kap eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm huwa s-salarju u/jew onorarja, u benefiċċji oħra relatati mal-karigi ta' chairman u kap eżekuttiv, f'awtoritajiet, aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li juri s-salarju u/jew onorarja u benefiċċji oħra relatati mal-karigi mitluba fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.

prezz taċ-ċilindru tal-gass

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15489, fejn il-Ministru tani informazzjoni dwar żidiet fil-prezz ta' gass, jista' l-Ministru jgħid u jispjega fid-dettal kif l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi waslet għal dawn iż-żidiet u għal xiex huma attribwita dan meta l-LPG huwa regolat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-każijiet imsemmija, skont kif speċifikat fil-Liġi (Kap. 423 paragrafu 4. 1.i), bħal f’każijiet simili meta jintalab aġġustament fil-prezz, l-Awtorità dwar ir-Riżorsi ngħatat dokumenti finanzjari biex l-awtorità tiżgura li l-prezz ikun wieħed ġust.

Proġett ta' restawr tal-Victoria Lines

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett ta' tindif u restawr tal-Victoria Lines? Liema fortizzi huma sal-lum okkupati illegalemnt minn escavaters u allura ma jistax isir użu tagħhom u jkunu parti mill-proġett ta' għoti ta' ħajja lura lil Victoria Lines?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm bħalissa t-Taqsima tar-Restawr mhix qed tagħmel xogħol ta' restawr fuq il-Victoria Lines, preżentement diġà qegħdin isiru xogħlijiet preparattiv necessarji biex ix-xogħol fiżiku fuq dan is-sit jitkompla fil-futur qarib. Informazzjoni konnessa mal-użu tal-artijiet tal-gvern hija amministrata mid-Divizjoni ta’ l-Artijiet. Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jitlob din l-informazzjoni mingħand il-Ministru konċernat.

management ta’ ħażniet ta’ ħut fil-Mediterran

Question

Jista’ l-Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji u/jew rapporti ta’ evalwazzjoni li saru mis-servizzi tal-gvern dwar l-impatt fuq is-sajd Malti tar-regolamentazzjoni Nru 1967/2006 tal-Unjoni Ewropea dwar il-management ta’ ħażniet ta’ ħut (fish stocks) fil-Mediterran?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istudji u/jew rapporti ta’ evalwazzjoni dwar ħażniet ta’ ħut (fish stocks) fil-Mediterran saru fl-ambitu ta' l-obbligi li Malta għanda kemm bħala parti mis-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll bħala membru sħiħ fi ħdan il-General FisheriesCommission for the Mediterranean (GFCM). Għadaqstant dawn l-istudji/rapporti ġew ippublikati direttament u/jew inkorporati f' rapport usa u jinstabu fuq l-internet. Għall-benefiċju tal-Interpellant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja eletronika ta' dawn id-dokumenti

numru ta' sajjieda li marru jistadu għat-tonn/pixxispad

Question

Jista' l-Ministru jagtħi tagħrif dwar in-numru ta' sajjieda li marru jistadu għat-tonn/pixxispad f'kull waħda mis-snin 2004-2009? Kemm hu n-numru ta' sajjieda li hu mistenni jagħmlu dan is-sajd din is-sena? Minħabba l-bdil fil-kwota tat-tonn, hemm il-ħsieb li dawn is-sajjieda jibdew jistadu għal xi tip ta' ħut ieħor?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.

Triq bejn Għajn Tuffieħa u x-Xemxija — xogħol fuq bankijiet u ċnut

Question

Billi ħaddiema mill-Ministeru qed iwettqu biċċa xogħol tajba bejn Għajn Tuffieħa u x-Xemxija fil-bdil ta' bankijiet/ċnut li hemm fil-ġenb ta' din it-triq mat-tul kollu tagħha, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta dan ix-xogħol u ukoll fiex jikkonsisti preċiżament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Dan ix-xogħol kollu mistenni jitlesta sa l-aħħar tas-sena. Dan ix-xogħol jikkonsisti fir-rikostruzzjoni taċ-ċnut tal-gagazza li kienu inbnew żmien ilu matul it-triq li mix-Xemxija tieħu sal-bajja ta' Għajn Tuffieħa. Xogħol simili diġà sar matul il-Coast Road li tieħu għas-Salini u li kien sar ukoll mit-Taqsima tax-Xogħlijiet.

Marsa — informazzjoni fuq l-inċineratur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parmalentari 15301, 14744 u 13448 u jgħid kemm ġie jiswa l-impjant tal-inċineratur tal-Marsa biex jiġi stallat? Kemm intnefqu flus fuq ir- retrofitting tiegħu ? Kemm kienu l- operational costs tiegħu sa mill-i start up sal-lum sena b’sena, inkluż il-perjodu qabel ma ġie fully commissioned ? Kemm-il tunnellata skart ġie inċinerat? Kemm kien hemm waqfien tal-impjant li ma kienx skedat u ppjanat bil-quddiem? Kemm-il darba twaqqaf l-impjant għall-manteniment mill-bidu tiegħu sal-lum? Jista' jagħti breakdown dettaljat dwar kemm ġie proċessat skart mill-biċċerija, skart kliniku u skart kimiku f’termini ta’ volumi sena b’sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiza tax-xiori, stallar u kummisonar tal-inċinertur tal-Marsa kienet ta' kwazi €9.32 miljun liema finanzjament sar bħala parti mill-protocol taljan. Rigward l-upgrade tal-impjant li sar biex dan ikun jista' jiproċċesa skart kimiku u skart ieħor li oriġinarjament ma kienx maħsub li jista' jittratta (skont l-ogħla standard possibli ta' saħħa u sigurtà partikolarment dwar dak li jirigwarda l-inkwinament) sar investiment addizjonali iffinanzjat mill-gvern malti b'total ta' kwazi €2.3 miljun. Minn mindu kien istallat l-inċineratur f'Novembru 2007, kien hemm 15-il darba li dan twaqqaf għall-aġġustamenti meħtieġa waqt li l-impjant kien qed jiġi commissioned. Filwaqt għal skopijiet ta' manutenzjoni l-impjant twaqqaf 14-il darba. L-ispejjeż tal-operat tiegħu (operational cost) kienu kif ġej: Sena Ammont 2008 €2,081,085 2009 €2,229,388 Matul l-istess perjodu, kienu inċinerati dawn it-tipi ta' skart Tip ta' skart Kwantita f'Tunnellati 2008 2009 Skart mill-biċċerija 4,863.03 6,528.41 Skart kliniku 260.11 265.05 Skart kimiku 81.00 146.35 Skart ieħor 481.29 228.15 Dan juri li fl-2008, kienu inċinerati 5,685.43 tunellata filwaqt li fis-sena ta' wara (2009) kienu inċinerati 7,167.96 tunellata u li jġib it-total ta' skart inċinerat għal aktar minn 12,850 tunellata. Meta wieħed iħares sew lejn l-ammonti inċinerati wieħed jista faċilment jikkonkludi li kien hemm żieda ta' kwazi 26% fit-tunnellat inċinerat, filwaqt li l-ispiża telgħet biss b 7% li alura tiriżulta fit-tnaqqis tal-ispiża ta' 15% għal kull tunellata inċinerata. Ta' min jgħid l-ispiża tal-fuel din is-sena kienet ta €900, 000 (VAT inkluż) Ta min ifakar li d-disinn oriġinali tal-inċiniertatr li kien inxtara għal; biċċerija kien stmat li se jaħraq kemm jiswew €2.8 miljun fi fuel. Dan iffiser li min hemm biss ġew ifrankati €2 miljun mill-użu tal-fuel u dan peress li l-streamsdifferenti ta' wastesqed jinħarqu f'dan l-inċineratur. dan mingħar ma nsemmu il-flejjes iffranktati f'xiri ta' inċineraturi oħrajn għal Mater Dei u special waste incinerator għall-industrija li kien ikalkulat li kellu jiswa €7.5 miljun addizjonali apparti mil-operational cost addizjonali ta' €830,000 fis-sena.

Salina, Qawra u Kennedy Grove — tlestija ta' xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema se jkunu l-fażijiet li jmiss isiru fix-xogħol li qed isir fl-inħawi tas-Salina, Qawra u Kennedy Grove, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Meta hu mistenni li x-xogħol kollu jkun lest?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fazi li jmiss fil-proġett tas-Salini huwa ir-restawr tas-Salt Pans u tax-Ximenes Redoute. Dawn qed nistennew il-permessi meħtiega mill-MEPA wara diversi laqghat ta informazzjoni u coordinazzjoni ma din l-entita’ fuq il-proġett. Wara dawn iż-żewġ fażijiet, jibda ir-restawr tal-'huts' u restawr tal-'marsh land' li hemm fil-vicin. Barraminhekk qed tiġi studjata ukoll l-possibilita' ta estensjoni ta l-art bis-sigar. Qed isiru diskussjonijiet ukoll ma' TransportMalta minħabba li l-estensjoni tiddependi fuq in-network tat-toroq fl-inħawi Ix-xogħol kollu hu mistenni li jitlesta sar-raba kwart ta’ l-2012.

Energy Performance on Buildings,

Question

Dwar l-Energy Performance on Buildings fir-rigward tan-non dwellings, hemm xi ħsieb li jibdew jingħataw it-taħriġ il-persuni interessati biex ikollna assessors għal din it-tip ta' certification ukoll bħalma għandna għall-preparazzjoni ta' EPC ta' dwellings? Peress li s-sistema se tibda taħdem f'April li ġej, il-gvern għamel xi studju biex jara x'impatt ekonomiku se jkollhom dawn iċ-ċertifikati neċessarji? Jekk iva, kemm huwa antiċipat li se jiġu jiswew għal kull tip ta' bini li jeżisti (bħal appartamenti, maisonettes, terraced houses eċċ.)? Dawn l-ammonti kif jikkomparaw ma' pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea? Kemm huwa antiċipat li se jkun qed idaħħal il-gvern mingħand iċ-ċittadini għal kull ċertifikat li jkun maħruġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nikkonferma li l-Gvern għandu pjanijiet biex jingħata t-taħriġ meħtieġ lill-persuni interessati biex ikollna assessors għal din it-tip ta' certification. Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li l-korsijiet diġà ġew imfassla u qegħdin fil-fażi tal-konferma tal-metidoloġija. L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija inġabret iżda għadha qed tiġi evalutata

containers ta' recyclable wastes

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li xi containers ta' recyclable waste esportati minn Malta lejn Singapore kellhom fihom numru kbir ta' bales li kienu jinkludi waste li ma kienx separat kif suppost tant li kien jinkludi municipal solid waste u li b'hekk ġie esportat lejn Singapore taħt il-pretest li kien jikkonsisti f'karta għar-riċiklar jew plastik għar-riċiklar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nikkonferma li dwar l-esportazjoni ta' recyclable waste lejn Singapore, l-WasteServe għamlet rapport formali lill-Pulizija kif ukoll infurmat lill-MEPA b'dan il-każ. Għaldaqstant, f'dan l-istadju, mhux opportun li ngħaddi aktar informazzjoni.

applikazzjonijiet għal photovoltaics u solar water heaters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-photovoltaics u solar water heaters f’Malta u Għawdex taħt l-iskema l-ġdida li ġew skwalifikati? Jista' jagħti lista sħiħa ta’ dawk li ġew skwalifikati, u jekk kien hemm xi kunsilli lokali involuti jagħti dettalji dwarhom ukoll?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Taħt l-iskema l-ġdida s'issa kienu skwalifikati għaxar applikazzjonijiet għal għotja fuq xiri ta' pannelli fotovoltajċi. Dettalji jinsabu fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma kien hemm ebda Kunsill Lokali li ħa sehem fl-iskema. Rigward l-iskema tas-solar heaters, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema għadha miftuħa.

Ministeru għar-riżorsi u affarijiet rurali — kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15379 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant li risposta għall-mistoqsija Parlamentari 9051.

Laqgħat/Konferenzi tal-FAO

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-laqgħat/konferenzi eċċ tal-FAO fejn ipparteċipaw l-uffiċjali Maltin matul l-2009 rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninstab infurmat li kien hemm wieħed u għoxrin laqgħa/konferenza eċċ. tal-FAO fejn ipparteċipaw l-uffiċjali Maltin matul l-2009. Breakdown ta' dawn il-laqgħat/konferenzi ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Strateġija dwar it-tibdil tal-klima

Question

Billi l-istrateġija nazzjonali dwar it-tibdil tal-klima ġiet finalizzata f’Settembru 2009, jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar dan li ġej: a) fiex waslu l-istudji dwar dawk il-proposti kollha speċifikati fir-rapport li skont l-istess daħla kien għad iridu jiġi approfonditi aktar? b) il-pjanijiet għall- awareness campaign mudellata fil-kampanja tal-introduzzjoni tal-ewro? ċ) it-twaqqif tal- climate change division fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi? d) it-twaqqif tal- climate change consultative council ? e) l- inter ministerial committee on climate change and energy taħt ic- chairmanship tal-Prim Ministru? f) il-ħatriet ta’ climate change policy analysts fid-diversi korporazzjonijiet tal-Gvern? g) jekk il-Gvern għadux marbut li b’seħħ mill-1 ta' Lujlu 2010 jesiġi li l-provedimenti dwar bjar f’residenzi privati jiġu infurzati? ġ) sarux taħdidiet mal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta biex jiġu introdotti middle third lane għal bi - directional use ? h) billi sa Lulju kellu jiġi introdott national shadow price for carbon , fiex waslu l-pjanijiet tal-gvern jekk jirriżulta li l- climate division għadha lanqas twaqqfet? ħ) ir-riżultati miksuba s’issa mill-pjan dwar effiċjenza fl-użu tal-enerġija? għ) il-wegħda li jiġi introdott ‘ a market incentive mechanism ’ għall- users industrijali u intraprizi li skont id-dokument għandu jkun ferm aktar attraenti milli huwa sal-lum fl-użu tal-enerġija alternattiva? i) l-applikazzjoni u l-użu ta’ low grade geothermal technology ? j) il- carbon footprint reduction plans fl-entitajiet governattivi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.

Ħsarat fuq il-Monument tas-Sette Giugno

Question

Jista' l-Ministru jaċċerta lill-Kamra li l-ħsara li ġralu l-Monument tas-Sette Giugno, kapulavur tal-bravu skultur Malti Anton Agius, illum mejjet, hija minima? Jista' jgħid jekk ġietx kwantifikata din il-ħsara, meta sejjer jissewwa dan il-monument u xi prekawzjonijiet qegħdin jittieħdu biex dan il-monument, li hu parti mill-wirt storiku, ma jibqax jiġrilu aktar ħsara?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13417 ngħarrfu li l-post fejn jinstab mhux qed jiġrilu ħsara. Ninsab infurmat li l-istat ta' dan il-monument mhux wieħed ħażin.

South Embellishment Committee — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15437 u jgħid jekk għadux kostitwit is-South Embellishment Committee? Min huma l-membri u kemm-il darba tlaqqa'? X'xogħol sar li kien fir-responsabbiltà ta' dan il-kumitat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumitat imsemmi ma baqax jiġi kostitwit wara 1998. Il-Funzjonijiet li kien iwettaq dan il-kumitat issa qed jitwettqu minn entitajiet oħrajn bħalma huma: • L-Environment Landscaping Consortium, • L-Environment Upgrade Committee, • Diviżjoni tax-Xogħlijiet, • Dipartiment tal-Cleansing.

Lift fi Project House fil-Furjana

Question

B'referenza għal-lift li hemm imwaħħal fi Project House fil-Furjana, jista' l-Ministru jgħid kemm ilu stallat dan il-lift? Kemm kien inxtara u jekk għadux bil-garanzija? Peress li dan il-lift dejjem bil-ħsara, jikkonsidra li jinbidel b'wieħed ġdid meta wieħed iqis l-ispejjeż kontinwi ta' manutenzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-lift in kwestjoni ġie stallat wara s-sajf tal-2009 u beda jintuża fil-bidu ta' Novembru tal-istess sena. Dan il-lift ġie ttestjat minn notified body skont regolament 95/16/EC tal-Unjoni Ewropea: kif jidher fid-dokument uffiċjali li jġib id-data tas-7 ta' Jannar 2009. Il-lift, li jesa' sa 10 persuni u jieqaf f'ħames sulari, sewa €28,105. Dan il-prezz ikopri l-istallazzjoni, ċertifikazzjoni tal-bidu kif imsemmija hawn fuq u ċertifikazzjoni kull sitt xhur għal sentejn sħaħ għal fini tar-regolamenti ta' health and safety.Il-prezz ikopri ukoll manutenzjoni regolari (erba' visti fis-sena) għal sentejn. Il-lift hu kopert b'garanzija għal sentejn li jibdew jgħoddu minn Novembru tal-2009. Il-lift waqaf bi ħsara 3 darbiet f'dawn l-aħħar 5 xhur li ilu jaħdem. Madankollu kien hemm drabi meta ma kienx qed jaħdem minħabba xi settings li kienu qed isiru jew għal raġunijiet ta' manutenzjoni.

renumbering ta' toroq f'Ħ'Attard

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema toroq għad iridu jiġu renumbered ġewwa Ħ'Attard? Meta se jitlesta dan ix-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li t-toroq f'Ħ' Attard li għandhom jiġu renumbered huma: Triq Ferdinandu Inglott Triq Ħemsija Triq l-Imdina, Sptar Monte Carmeli Triq il-Linja Triq Lorenzo Manchè Triq Ġdida fi Triq Lorenzo Manchè Triq Nutar Zarb Triq Peter Paul Rubens Triq il-Pitkali Triq il-Patikali, Dar Santa Katerina Triq Sanat Katerina, Kunvent Santa Katerina Triq is-Sardinaella Triq is-Sewda Triq Sant' Anton Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-eżerċizzju ta' rinumerar tat-Triq Sant' Anton diġà sar u r-riżultat se jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern u nqassam lir-residenti fil-ġimgħat li ġejjin. Rigward it-toroq l-oħra msemmija, huwa ttamat li l-eżerċizzji jitlestew sal-aħħar ta' din is-sena.