Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5397 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Foundation for Social Welfare Services — Vacancies

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju jinsab l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-vacancies għall-post ta' social workers mal-Foundation for Social Welfare Services?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Socjali ipproċessat l-applikazzjonijiet tal-vacancies għall-post ta’ social workers u l-proċess tal-għażla huwa lest. Il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali bdiet il-proċess fejn qiegħdha timpjega l-ħaddiema soċjali biex jimtlew il-postijiet vakanti.

Ħal-Farruġ — Xogħlijiet mill-Awtorità tad-Djar

Question

Jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet li kellhom isiru skond il-każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, min-naħa tal-Awtorità tad-Djar fil-qasam tad-Djar ta' Ħal Farruġ jitlestew minħabba problemi ta' ħsarat li qed isofru r-residenti fil-proprjetà tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħijiet meħtieġa jinvolvu landscaping works madwar il-proprjeta’ msemmija li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Luqa mhux taħt l-Awtorita’ tad Djar. Il-persuna li għamlet l-ilment diġa ġiet infurmata li dawn ix-xogħlijiet qed isiru mill-Kunsill Lokali.

Applikazzjonijiet pendenti għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni alternattiva li huma pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar u li ġejjin minn dawn il-lokalitajiet: Qormi, Siggiewi, Luqa. Jista' jgħid kemm huwa l-ammont f'kull lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li bħalissa l-Awtorita' tad-Djar għandha total ta 175 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva. Dawn huma maqsuma hekk : Qormi - 108 Siġġiewi - 37 Luqa - 30.

Waiting list — surgical u gynaecology operations

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li hemm persuni li kienu fil-waiting list fis-surgical u gynaecology operations register għas-sena 2009 u li a) laħqu mietu b) emigraw minn pajjiżna ċ) m'għadhomx b'saħħithom biżżejjed biex issirilhom operazzjoni d) m'għadhomx iridu jagħmlu l-operazzjoni e) laħqu għamlu l-operazzjoni fi klinika/sptar privat? Liema operazzjoni kienet se ssir f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sptar Mater Dei — Customer Care

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 4643, fil-każ ta' complaints għal long waiting time outpatients (1132) u long waiting time operations (135), jista' l-Ministru jagħti breakdown, dipartiment b'dipartiment f'tal-ewwel (subspecialists fejn jeżistu) u operazzjoni b'operazzjoni f'tal-aħħar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5428 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Trasferiment ta' persuna b'diżabilità

Question

B'referenza għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li bħalissa qed tattendi ċ-ċentru ta' Kordin, jista' l-Ministru jgħin lill-familja tagħha li jixtiequ li jekk huwa possibbli din tintbagħat iċ-ċentru għal persuni b'diżabilità ta’ Santa Venera?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5467 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Monte Carmeli — Ħarbiet minn pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm kien hemm ħarbiet minn pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli fl-aħħar sentejn? Kemm minn dawn il-pazjenti spiċċaw f'disgrazzja? Saret inkjesta fuq il-każijiet li spiċċaw f'disgrazzja? X'passi ttieħdu wara li saru dawn l-inkjesti fil-mod kif jaħdem l-Isptar Monte Carmeli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5468 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tobba u speċjalisti

Question

Jista' l-Ministru jindika sena b'sena fl-aħħar għaxar snin: 1) Kemm iggradwaw studenti bil-grad ta' M.D. mill-Università ta' Malta 2) Kemm tobba marru jaħdmu barra minn Malta 3) Kemm speċjalizzaw tobba, f'liema grad u minn liema università 4) Kemm mit-tobba li speċjalizzaw telqu barra minn Malta 5) Kemm mit-tobba, speċjalizzati u m'humiex, li telqu barra minn Malta reġgħu ġew lura?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Studenti — National Diploma u Journeyman's certificate

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3270 u 2607 u jgħid minn l-istudenti li ġabu l-BTec National Diploma, dejjem matul dawn l-aħħar ħames snin u minn kull istitut, kemm kienu l-istudenti kull sena li għamlu t-test tal- ETC biex jakwistaw l- Journeyman’ s certificate u jgħid kemm għaddew u kemm weħlu minn dan it-test? Jista' jagħti breakdown ta’ kull sena f’kull istitut?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Journeyman’s Certificate huwa certifikat li jinghata lil dawk il-persuni li jkunu kkonkludew l-apprendistat taghhom b’success. Konkluzjoni b’success tfisser li wiehed joqghod ghall-Final Trade Test u jghaddi minn dan it-Test. It- Test minnu nnifsu huwa maghmul minn erba’ elementi. It-teorija (ezami ta’ kitba), il-prattika, l- interview u l-logbook. Persuna trid tghaddi minn kull element. Jekk dan ma jsehhx il-persuna tinghata c-cans toqghod ghal resit ghal element li minnu ma tkunx ghaddiet. Fil-kaz ta’ l-apprendistati ghabbinati ma programmi fi hdan l-MCAST (f’dan il-kaz il- BTEC National Diploma ) il-Bord li jkun qed jaghmel l-ezami finali jista’ jiddeciedi ghalih innifsu li ma’ jitlobx ic-Certifikat ghabbinat ma din id-Diploma biex wiehed jaghmel tajjeb ghall-Kitba. Il-Bord jista’ jiddeciedi li jghamel il-karta tieghu.

L-Isptar Mater Dei — Ammont ta' nurses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hu l-ammont ta' nurses li hemm bżonn biex l-Isptar Mater Dei jaħdem fil-livell t'effiċjenza mixtieqa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li fl-iSptar Mater Dei hemm bżonn ta' 140 nurse fuq in-numru ta' nurses preżenti.

Ħlas tal-Ħaddiema mill-Kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4024 u jgħid kemm jħallas il-Gvern lil kull kuntrattur li jiprovdi is-servizzi, ta' kull ħaddiem li jħaddem miegħu f'kull livell li jimpjega? Kemm dawk tad-tindif, sigurtà u kull tip ta' servizz ieħor li l-Gvern jixtri minn għand il-kuntrattur?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

St. Vincent de Paul Residence

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4034 u jgħid kemm hemm korsiji f'St Vincent de Paule Residence? Kemm ilhom korsija kull persuna li hemm? Jekk tista' tqis li f'residenza li tgħix ħajtek fiha, korsija hijiex ideali? Xi pjanijiet hemm għal futur ħalli jakkomodaw lil dawn l-anzjani aħjar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kuntratturi li joffru servizz lill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4023 u jipprovdi l-informazzjoni ta' kemm hawn kuntratturi li qed joffru s-servizzi tagħhom lill-Gvern? Min huma? Fejn qed joffru dawn is-servizzi? Kemm hemm ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur imma qed joffru s-servizz tagħhom lill-Gvern? Dawn il-ħaddiema jaħdmu fuq bażi full-time jew part-time? Dawn il-ħaddiema għandhom l-istess kundizzjonijiet ta' xogħol jekk ikunu qed jagħmlu l-istess xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi kuntrattur jiġi mqabbad mill-Gvern biex jagħti servizz u allura l-ħaddiema li jagħtu dan is-servizz m’humiex ħaddiema tal-Gvern. Dwar il-kundizzjonijiet ta’ xogħol ta’ dawn il-ħaddiema jiddependu fuq il-ftehim milħuq u ffirmat bejn il-Gvern u l-kuntrattur li jħaddimhom. It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni dwar id-Dipartiment tas-Saħħa għada qed tinġabar. Il-Ministeru tiegħi beda prattika li fis-sejħa għall-offerti li qed joħorġu biex jiġu proveduti servizzi bħal dawn, il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tkun waħda mill-kriterji li fuqha jiġu ġġudikati l-offerti mitfugħa.

Dipartiment tas-Saħħa — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3709 u jgħid kemm daħlu ħaddiema mad-Dipartiment tas-Saħħa fl-aħħar 6 xhur ta' qabel l-Elezzjoni Ġenerali ta' Marzu 2008? F'liema dipartiment/sezzjoni qed jaħdmu dawn u f'liem skala jinsabu? Kemm ingħataw promozzjonijiet fl-istess dipartiment fl-istess żmien? Minn liema skala għal liema skala ġew issa dawn il-ħaddiema?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5193 Sitting 74 2009-01-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Welfare Committee

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4565 u 4069 u jgħid kemm daħħal flus il-Gvern minn Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1999 ‘l hawn taħt kull Artiklu 93, 94 u 95 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Kemm minn dawn il-flus għaddew għand il-Welfare Committee kull sena? Kemm intefqu flus, kull sena minn dan il-kumitat f’Malta u f'Għawdex separatament u fuqiex?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5196 Sitting 74 2009-01-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Casual Social Assistants

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4566, 4071 u 2783 u jgħid kemm hemm casual social assistants fil-Ministeru tiegħu u jaqsamhom (i) skond ix-xogħol li kienu jagħmlu fl-aħħar ta’ Awwissu 2007 u fl-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena u (ii) skond is-sigħat fil-ġimgħa li kienu jaħdmu f’Awwissu 2007 u f’Awwissu ta' din is-sena? Jista’jgħid kemm hemm anzjani f’Malta li qed jingħataw servizz ta’ kura fi djarhom? Jista’ jgħid hemmx applikanti anzjani għal servizz ta’ kura fi djarhom u li għadhom ma nagħtawx dan is-servizz? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjoni? Hemm anzjani li m'għandhomx is-sigħat ta’ servizz li approvalhom il-bord? Kemm huma? Kemm sigħat approva l-bord u kemm sigħat ta’ servizz għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3524 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Allowance tat-tfal b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministu jgħid f'liema każijiet tingħata l-allowance tat-tfal b'diżabilità? Din tingħata wkoll f'każijiet ta' Dyslexia?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-allowance tat-tfal b’dizabilta’ tingħata “lil-kap tal-familja, li jkollu l-kura u l-kustodja ta’ dak it-tifel li jkun ċertifikat li jkun qed ibati minn palsy ċerebrali jew minn subnormalità mentali severa jew li jkun persuna gravement disabilitata jew persuna b’vista batuta skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali.” Tifsir skond l-Att dwar is-Sigurta Socjali: "persuna b’vista batuta" tfisser persuna li l-vista tagħha tkun ċertifikata minn oftalmologu li tant tkun baxxa li ma tħallix li dik il-persuna tagħmel xi xogħol li għalih il-vista tkun essenzjali; "persuna gravement disabilitata" tfisser persuna li għad għandha tul ta’ ħajja raġonevoli u li ma tkunx tista’ żżomm lilha nnifisha b’impieg jew xogħol għal rasha full-time , jew li ssir hekk inkapaċi meta jkollha l-età li tagħmel hekk, minħabba disabilità permanenti li jirriżulta - ( a ) minħabba li tkun truxa u muta għal kollox; jew ( b ) minn achondroplasia, hypopituitarism, osteogenesis imperfecta jew xi xort’oħra ta’ nanuiżmu; jew ( ċ ) minn waħda mill-mard li ġejjin, jiġifieri: Multiple Sclerosis, Muscular Dystrophy, Spina Bifida, Systemic Lupus Erythematosus, Haemophilia jew disordnijiet permanenti simili oħra tad-demm karatterizzati bi tnixxija ta’ demm kronika jew ripetuta, Hydrocephalus, Huntington’s Chorea, Cystic Fibrosis T C II Deficiency, Cerebellar Ataxia ; Chronic-Granulomatous Disease ; Leopard’s Syndrome ; jew ( d ) minn paralisi totali permanenti jew malfunzjoni gravi totali permanenti jew marda totali permanenti, sew jekk inhi kawżata b’amputazzjoni jew mod ieħor, taż-żewġ idejn jew riġlejn; jew ( e ) epilepsija bi frekwenza ta’ attakki f’għadd ta’ iktar minn erbgħa fix-xahar, b’dan li din il-kundizzjoni tiġi konfermata b’investigazzjonijiet xierqa inkluża elettroenċefalogramma u li tiġi hekk ċertifikata minn newrologu jew psikjatra li jkun jaħdem mal-Gvern kemm-il darba li dik il-persuna investigata ma jkollhiex liċenza tas-sewqan; ( f ) indifferenza konġenitali lejn l-uġigħ.” F’kazijiet ta’ Dyslexia ma tinghatax din l- Allowance .