Jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-pixxina tal-waterpolo ġewwa Marsaxlokk? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-proġett għadux ser isir u jekk fl-affermattiv jindika t-timeline għal dan il-proġett tant bżonnjuż, mhux biss għax-Xlukkajri iżda għan-naħa t'isfel kollha ta' Malta li tant hi nieqsa minn proġetti bħal dawn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset l-organizzazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex ittella' attività tal-Ħadd 17 ta' Marzu fl-iskola statali tal-Qawra? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra evidenza ta' dan? Jista' jgħid ukoll min ħareġ dan il-permess, jekk hux il-Ministeru għall-Edukazzjoni, il-Kap tal-Kulleġġ jew l-amministrazzjoni tal-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dokument għall-konsultazzjoni dwar it-tagħlim tal-Malti għall-Barranin
Question
Peress li fl-2019 kien ħareġ dokument għall-konsultazzjoni dwar it-tagħlim tal-Malti għall-Barranin (MLB), jista’ l-Ministru jgħid jekk dan id-dokument ġiex finalizzat jew le?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument imsemmi ġie ffinalizzat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jissewwa l-forn bil-ħsara (li jintuża għall-fuħħar mill-istudenti tal-Life-Long Learning) fl-Iskola tal-Imrieħel (Sekondarja Kulleġġ Santa Tereża)?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment kapitali fl-Iskola Nazzjonali tal-Arti Viżwali u Performattiva (MVPA), sena b’sena, minn mindu twaqqfet u jelenka wkoll fiex kien jikkonsisti l-investiment?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li matul is-snin, fl-iskola msemmija, saru x-xogħlijiet neċessarji bħar-rinovazzjoni tal-faċċatta, tal-klassijiet u tal-kuruturi. Sar it-tiling tad-daħla tal-iskola u tal-blokk amministrattiv kollu, ġiet miżbugħa l-bitħa l-kbira, saret sejħa għall-offerti għall-Kiln u mistennija tiġi nstallata fix-xhur li ġejjin.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu / huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ingħataw xi kuntratt ta' konsulenza miċ-ċivil, servizz pubbliku, jew minn kumpaniji / banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, minn aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat x'tip ta' konsulenza kienu qed jagħtu, fejn kienu qegħdin iservu, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu ingaġġati (jekk hux b’sejħa pubblika, direct order, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma ta l-ebda kuntratt ta' konsulenza miċ-ċivil, servizz pubbliku, jew minn kumpaniji / banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju lill-individwi msemmijja.
Jista' l-Ministru jgħid x’kien il-baġit għar-riċerka fl-Università ta’ Malta mis-snin 2020 sa 2023?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bejn l-2020 u l-2023 l-Universita kellha baġit ta’ madwar 7 miljun ewro, apparti line items oħrajn idedikati lill-Universita.
Mandankollu, apparti dan il-baġit, l-Università ġabet ukoll fondi għar-riċerka minn sorsi oħrajn liema ammonti annwali minn l-2020 sal-2023 huma kif jidhru fit-tabella li jmiss:
Sena
Ammont (eur)
2020
6.67 miljun
2021
10.33 miljun
2022
12.31 miljun
2023
13.32 miljun
Apparti minn hekk ġew investiti total ta’ €39 miljun fuq TRAKE (Transdisciplinary Research and Knowledge Exchange) labs.
Jista' l-Ministru jgħid jekk barra t-taħriġ tal-isport, fl-Iskola tal-Isport f'Malta, hemmx xi tipi oħra ta' sport li għalih l-istudenti jridu jħallsu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti ma jħallsu għall-ebda dixxiplina li jitħarġu għalih fl-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid x'riċerka u x’innovazzjoni saret mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx konklużjonijiet tar-riċerka u kemm hu maħsub li din ir-riċerka ġiet tiswa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ħal Kirkop — Kulleġġ San Benedittu – Attività politika
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset l-organizzazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex ittella' attività tal-Ħadd 10 ta' Marzu fl-iskola statali ta' Ħal Kirkop? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra evidenza ta' dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relatat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Direttorat għandux politika speċifika dwar l-użu ta' swali fl-iskejjel statali jew partijiet minn skejjel statali għal attivitajiet politiċi mtellgħa minn partiti politiċi? Jekk iva, jista' jqiegħed dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra, u jekk le, jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni tad-Direttorat fil-konfront ta' attivitajiet politiċi mtellgħa fl-iskejjel tal-poplu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’każ li ma jkun hemm xejn li jfixkel l-andament tal-iskola, u l-faċilità rikjesta tkun tippermetti, l-ispazju jkun jista’ jinkera lil terzi bi flus.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu tablets lill-Iskejjel tal-Gvern matul dawn l-aħħar 12-il xahar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qasam total ta’ 5,648 tablet fl-iskejjel ta’ Malta li jinkludu kemm dawk tal-Istat u kif ukoll mhux tal-Istat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tablets li tqassmu lill-iskejjel privati u tal-Knisja, kinux ġodda jew jekk dawn kinux diġà użati minn studenti oħra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li ma ssir l-ebda distinzjoni bejn skejjel tal-Istat, tal-Knisja jew dawk Indipendenti. Peress li din is-sena kienet “bridging year”, dawk it-tablets li kienu għadhom f’kundizzjoni tajba, l-Ministeru nkariga lis-supplier jgħamel “wiping” tagħhom sabiex ikunu jistgħu jitqasmu.
Matul is-sena skolastika li jmiss, il-Ministeru kommess li jqassam tablets ġodda mgħamrin b’teknoloġija li tirrifletti n-neċessitajiet tal-llum il-ġurnata anke skont l-istrateġija Diġitali tal-Edukazzjoni l-ġdida.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ wasal għand il-Ministeru dwar tablets second hand li tqassmu lil studenti oħra u li dawn it-tablets kellhom ritratti fihom ta' studenti li kienu jużaw l-imsemmija tablets qabilhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddeja verifika nterna sabiex jiġi identifikat kemm ġew u jekk ġew reġistrati każijiet. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-Ministeru ħa l-prekawzjonijiet neċessarji sabiex is-supplier jgħamel “wiping” tas-sistema sħiħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni li kienu jaħdmu fl-Information Management Unit (IMU) telqu, kemm irriżenjaw u kemm talbu għal transfer biex jiċċaqalqu f'Dipartimenti oħra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.