Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dikjarazzjonijiet tal-assi tal-ministri

Question

B’referenza għar-rakkomandazzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jippubblika d-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-ministri?

Response (ABELA, ROBERT)

Id-dikjarazzjonijiet tal-assi ta’kull membru parlamentari jiġu sottomessi kull sena u l-pubbliku u l-media jistgħu jaċċessaw dawn id-dikjarazzjonijiet wara li jagħmlu talba lill-Uffiċċju tal-Ispeaker. Il-Gvern preżenta riforma sabiex (i) jikkonsolida u jsaħħaħ l-obbligu ta’ kull deputat parlamentari li jiddikjara l-assi tiegħu, u (ii) jingħata aċċess aħjar għal dawn id-dikjarazzjonijiet lill-pubbliku, fost oħrajn. Din hija parti minn riforma usà li tintroduċi wkoll reġistru tal-interessi ġdid u Kodiċi tal-Etika tal-Membri tal-Kamra tad-Deputati aġġornat li wkoll għandhom l-għan li jsaħħu t-trasparenza, il-kontabbiltà u l-integrità tal-membri parlamentari kollha.

Segretarji permanenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hawn segretarji permanenti bħalissa?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill Onor. Interpellanta għas-sit elettroniku: https://publicservice.gov.mt/en/personnel-page fejn kopja ta’ dan it-tagħrif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Fornituri Taljani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar (Housing Authority) tużax kwalunkwe fornitur Taljan għal spare parts, manutenzjoni jew servizz tekniku tal-lifts fil-housing estates?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-Awtorità tad-Djar taħdem direttament ma’ kuntratturi tal-lifts u mhux ma’ fornituri għall-ispare parts, manutenzjoni jew servizz tekniku tal-lifts.

Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Offerti minn kumpaniji barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-għadd ta’ kumpaniji barranin li bagħtu offerta għall-forniment ta’ lifts għall-housing estates, u jgħid għal liema kuntratti eżatt?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li kien hemm inċidenza waħda ta’ Joint Venture, jisimha ‘Lift Joint Venture’ li membru tagħha jidher li hu ta’ nazzjonalita Taljana. Is-sejħa pubblika kienet referenza CT2243/2020. Minn din is-sejħa ntrebbħu s-segwenti Call-Offs: SPD4/2021/083 SPD4/2021/082 SPD4/2022/022 SPD4/2022/035 SPD4/2023/086 SPD4/2023/108 SPD4/2023/109 SPD4/2023/002 SPD4/2023/067 SPD4/2023/069 SPD4/2023/079 SPD4/2023/079 SPD4/2023/003 SPD4/2023/004 SPD4/2023/005 SPD4/2022/018 SPD4/2022/038 SPD4/2024/030

Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Parteċipazzjoni ta’ kumpaniji barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm kumpaniji barranin, inkluż kumpaniji Taljani, li pparteċipaw jew rebħu kuntratti relatati mal-lifts fil-housing estates?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li kumpaniji barranin, inkluż kumpaniji Taljani, li pparteċipaw jew rebħu kuntratti relatati mal-lifts fil-housing huma dawk rebbieħa in segwitu għas-sejħa pubblika bir-referenza CT2243/2020. Minn din is-sejħa intrebbħu s-segwenti Call-Offs: SPD4/2021/083 SPD4/2021/082 SPD4/2022/022 SPD4/2022/035 SPD4/2023/086 SPD4/2023/108 SPD4/2023/109 SPD4/2023/002 SPD4/2023/067 SPD4/2023/069 SPD4/2023/079 SPD4/2023/079 SPD4/2023/003 SPD4/2023/004 SPD4/2023/005 SPD4/2022/018 SPD4/2022/038 SPD4/2024/030 L-Awtorità tad-Djar tfakkar li peress li Malta hi membru tal-Unjoni Ewropeja, japplika s-suq miftuħ u allura operaturi minn kwalunkwe Stat Membru huma liberi li jissottomettu offerti fis-sejħa pubblika.

Housing Estates – Kuntratti tal-lifts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratti tal-lifts fil-housing estates ngħatawx permezz ta’ sejħiet pubbliċi għall-offerti, negotiated procedure jew direct orders?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-kuntratti tal-liftijiet fil-housing estates ingħataw permezz ta’ sejħiet pubbliċi, bl-eċċezzjoni ta’ każ partikolari, u dan wara taħditiet mal-uffiċċju tal-Ombudsman biex l- Awtorità tad-Djar issib soluzzjoni immedjata.

Housing Estates – Kuntratti tal-lifts

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista bil-kuntratti kollha relatati mal-lifts fil-housing estates, flimkien mad-data tal-għoti, il-valur tal-kuntratt u t-tul tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-kumpaniji li ngħataw il-kuntratti għall-installazzjoni, it-tiswija jew il-manutenzjoni tal-liftijiet fil-housing estates tal-Awtorità tad-Djar fl-aħħar għaxar snin huma dawk rebbieħa in segwitu għas-sejħiet pubbliċi  li r-referenzi  tagħhom qed jitpoġġew fuq l-Mejda tal-Kamra.

Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kumpaniji ngħataw il-kuntratti għall-installazzjoni, it-tiswija jew il-manutenzjoni tal-lifts fil-housing estates tal-Awtorità tad-Djar (Housing Authority) fl-aħħar għaxar snin?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-kumpaniji li ngħataw il-kuntratti għall-installazzjoni, it-tiswija jew il-manutenzjoni tal-lifts fil-housing estates tal-Awtorità tad-Djar fl-aħħar għaxar snin huma dawk rebbieħa in segwitu għas-sejħiet pubbliċi li r-referenzi  tagħhom qed jitpoġġew fuq l-Mejda tal-Kamra.

Att dwar il-Kirjiet Residenzjali Privati (Kap. 604) - Każijiet ta’ żgumbrament

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid wara li ħarġet il-liġi tal-2020 - Att dwar il-Kirjiet Residenzjali Privati (Kap. 604), kemm kien hemm anzjani li ġew żgumbrati minn djarhom, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-Att dwar il-Kirjiet Residenzjali Privati, KAP 604, jitlob li l-kirjiet residenzjali privati kollha, ħlief għal dawk il-kirjiet ta’ qabel l-1 ta’ Ġunju 1995 jew dawk il-kirjiet li ġejjin minn enfitewsi qabel l-1 ta’ Ġunju 1995, jiġu reġistrati mal-Awtorità tad-Djar bħala regolatur. Għalhekk l-Awtorità għandha biss informazzjoni dwar ir-relazzjoni kuntrattwali li tiġi rreġistrata magħha. Żgumbramenti minn propjetajiet li qed jinkrew taħt dan l-Att, mhumiex fir-responsabiltajiet tal-Awtorità bħala regolatur ai termini ta’ dan l-istess Att.

Segretarjat għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34159, 34435, 34802, 35051 u 35388 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt d-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Bormla - Housing Estate - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq il-bini l-ġdid tal-Housing Estate f’Bormla, li bħalissa jinsab sospiż?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ Akkomodazzjoni Soċjali f'Bormla ser jitkompla fiż-żmien li ġej.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34143, 34290, 34646, 34879 u 35314 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Awtorità tad-Djar – Attività soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jgħid jekk kienx hemm xi attività soċjali waqt il-ħin tax-xogħol, fejn tqassmu xi vouchers, fis-17 ta’ Marzu? Jista’ jgħid ukoll x’kienet l-ispiża totali ta’ din l-attività u jekk kinitx imħallsa mill-Awtorità tad-Djar?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li fil-ġurnata msemmija ma ġiet organizzata ebda attività ta’ team building jew attività soċjali mill-Awtorità tad-Djar waqt il-ħin tax-xogħol. Għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda spiża marbuta ma’ tali attività u lanqas ma ġiet imħallsa mill-Awtorità.

Is-Servizz Pubbliku – Sejħa għal Administration Officer

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li applikaw għas-sejħa ta’ Administration Officer fis-Servizz Pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li din is-sejħa għadha fil-proċess.

Kemmuna - Pjattaforma ankrata - Permessi/awtorizzazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew xi dipartiment, awtorità, entità jew aġenzija li taqa’ taħtu, ta jew approva xi permess, awtorizzazzjoni, clearance, kunsens, ftehim, konċessjoni, lease, No Objection Certificate (NOC), encroachment permit, jew kwalunkwe approvazzjoni oħra, diretta jew indiretta, dwar użu tal-baħar, qiegħ il-baħar, foreshore, żona marittima, moll, slipway, jew faċilità pubblika relatata mal-pjattaforma/floating island ankrata viċin Kemmuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament; u jekk jirriżulta fl-affermattiv, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawn il-permessi jew awtorizzazzjonijiet, u jindika b’mod ċar id-dati, l-awtorità li ħarġet tali permessi jew awtorizzazzjonijiet u l-kundizzjonijiet imposti?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill- Ministeru kkonċernat.