Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — ċifra ta' flus għall-elettriku ġġenerat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37817 u 37644 u jgħid kemm hi ċ-ċifra tal-flus globali li l-Korporazzjoni Enemalta għandha tħallas llum bħala kumpenss għall-elettriku ġġenerat permezz tas-sistemi fotovoltajici lill-familji li zviluppawha u bdew joperaw fid-djar privati u jew stabilimenti kummercjali ? Jista’ jgħid meta fil-fatt se jitħallsu? Għaliex fil-fatt għadhom ma tħallsux?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Intepellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Privatizzazzjoni — fondi ġenerati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37827 u jgħid kemm kien l-ammont ta' fond li l-gvern daħħal mill-proċessi terzi ta' privatizzazzjoni bejn l-1998 u l-2012 sena b'sena? Kemm kien l-ammont ta' revenue iġġenerat a favur il-gvern minn bejgħ ta' proprjetà pubblika u minn amnestiji fiskali sena b'sena bejn l-2000 u 2012?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

fabbrika Braziljana li topera f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37842 u jgħid liema hija l-fabbrika Braziljana li se tibda topera f'Malta dalwaqt u li diġà trasferiet l-operat tagħha f Malta? Kemm hemm ħaddiema ngaġġati magħha sal-lum? Kemm huwa l-investiment produttiv li ġie investit minnha f'Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fi żmien il-kriżi tal-Libja ħafna kumpaniji għaddew minn Malta biex marru lura pajjiżhom wara r-rivoluzzjoni fil-Libja. Din il-kumpanija għa¿let li tibda topera f’pajjiżna għaliex kellha prospetti illi se tibqa’ miexja effettivament bl-operazzjoni tagħha fil-Libja. Il-kumpanija fetħet f’Malta u kien hemm mumenti meta kienet timpjega 35 ruħ. Sfortunatament is-sitwazzjoni fil-Libja ma tjibitx u allura din il-kumpanija għażlet li la l-kuntratti li kellha ma tistax tkomplihom, għażlet li ma tkomplix f’pajjiżna. Fl-aħħar 4 snin kellna aktar minn 10,000 kumpanija li ġew reġistrati f’pajjiżna, 55% minnhom b’investiment barrani. Żdied ukoll l-investiment fil-fabbriki tant li aktar minn 160 fabbrika ddeċidew li jiftħu jew jespandu f’Malta b’investiment ta’ aktar minn €350 miljun.

Extra Budgetry Units

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37813 u 37562 u jagħti lista tal-Extra Budgetry Units inkluż magħhom korporazzjonijiet u entitajiet governattivi kollha? Jista' jagħti dettalji dwar kemm irċevew fondi mingħand il-gvern f'forma ta' sussidju u/jew transfers oħra sena b'sena bejn 2004 u 2012? Jista' jagħti lista sena b'sena minn min dawn EBUs kollha li kkontribwew flus lill-gvern mir-revenue tagħhom sena b'sena bejn 2005 u 2012 cioè ma ħadux sussidju imma ikkontribwew lill-gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

liġi finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37814 u 37569 u jgħid kemm-il liġi finanzjarja li tolqot is-settur finanzjaru fl-intier tiegħu ġo pajjiżna ġew approvati mill-Parlament b'mod unanimu sena b'sena bejn 2000 u 2012?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Baħrija — Kontijiet tad-dawl u ilma li għadhom pendenti għal divesri xhur

Question

Billi l-kontijiet tad-dawl u l-ilma tar-resident tal-Baħrija waqgħu lura għal aktar minn tmien xhur milli jintbagħtu, jista’ l-Ministru jinforma x’qed jikkaża dan id-dewmin? Jista’ jinforma ukoll liema bliet u rħula f'Malta, li bħar-residenti tal-Baħrija, l-kontijiet waqgħu lura daqstant? Jista’ jinforma raħal b’raħal, belt b’belt, meta se jintbagħtu dawn il-kontijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Air Malta — tnaqqis ta' slots fir-rotot

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37845 u cioè: B’referenza għall-Commission Decision on the State Aid No SA.33015 which Malta is planning to implement for Air Malta plc datata 27 ta' Ġunju 2012 C(2012) 4198 Final, u speċifikatament b’referenza għall-klawsola 17 tal-istess deċiżjoni li tipprovdi li by 2013, slots pairs will be surrendered at coordinated airports such as London-Gatwick, Manchester, Amsterdam, Frankfurt, Geneva, Catania, Stuttgart, London-Heathrow and Munich. Through the withdrawal or reduced frequency other airlines will be able to benefit from potentially increasing their load factors and/or yields, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux previst, in vista ta’ dak li qed jingħad f’din il-klawsola, jekk l-Air Malta se tiġix kostretta ċċedi u/jew tnaqqas xi slots fuq xi rotot li bħalissa qiegħda topera?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Lukandi u ristoranti — rendikont lill-Enemalta u l-WSC

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37853 u jagħti rendikont ta' kemm ħallsu l-lukandi u ristoranti f'Malta u f'Għawdex f'kirjiet u konsum tad-dawl u ilma lill-Korporazzjoni Enemalta / Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u ARMS Ltd għas-snin bejn l-2003 u Lulju 2012 sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Intepellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — pendenzi fil-pagamenti għal xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum kemm huma l-pendenzi tal-pagamenti f’ċifra ta’ flus globali li l-gvern u l-entitajiet, dekasteri, awtoritajiet eċċ. jridu jħallsu għal xogħlijiet li ġew approvati b’riżultat ta’ tenders u direct orders approvati uffiċjalment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Enemalta — Gas Division - art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37882, 37619, 37382, 36680, 36308, 36223, 35975 u 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Street lights fit-toroq ta' Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37812 u 37584 u jinforma l-Kamra kemm huwa n-numru ta' street lights ġewwa t-toroq ta' Malta u Għawdex separatament? Kemm hu l-konsum ta' elettriku? Kemm tiswa l-maintenance ta' dawn il-bozoz? Kemm jinbidlu bħala medja kull sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

entitajiet li ġew privatizzati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36845, 37626 u 37931 u jgħid kemm entitajiet ġew privatizzati mill-1999 sa Diċembru 2011? Liema huma? Kemm kienu jħaddmu nies magħhom kull waħda minnhom f’Malta u f’Għawdex separatament meta ġew privatizzati? Liema huma l-entitajiet privati li twaqqfu minflok l-entitajiet li ġew privatizzati? Kemm qed iħaddmu nies magħhom illum f’Malta u f’Għawdex separatament kull waħda minnhom l-entitajiet privati li twaqqfu minflok l-entitajiet li ġew privatizzati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Intepellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Enerġija ġġenerata mill-panelli solari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37023 u jgħid kemm ġiet iġġenerata enerġija permezz tal-pannelli solari minn mindu l-gvern beda jwaħħal l-smart metres u jagħti indikazzjoni ta' dawn l-ammonti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

residential rates għall-ċittadini mill-pajjiżi ewropej

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37570 u jgħid jekk il-gvern hux se jonora dak li qiegħed jingħad fl-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u partikolarment dak mistqarr li in so far as all EU citazens resident in Malta may indeed qualify for the residential rate without any discrimination on the basis of nationality' fil-verità qiegħed jiġi attwat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Intepellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

ERDF Innovation — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu jew le li applikanti taħt l-ERDF Innovation (Environment Grant Scheme) Tat-3 ta' April 2012 li applikaw fiż-żmien stipulat, ġew mgħarrfin li l-Malta Enterprise kienet qiegħda toħroġ approvals u/jew tweġibiet li uħud biss mill-applikanti? X’qed isir min-naħa tal-Malta Enterprise biex kull applikant ikollu moħħu mistrieħ li l-proċess huwa wieħed trasparenti u mhux diskriminatorju mal-applikanti kollha kkonċernati? Fuq liema kriterji qed jiġu mgħarrfa ċerti kumpaniji qabel kumpaniji oħrajn? Kif tispjega l-fatt li ċerti applikanti ngħataw x’jifhmu li kienu se jieħdu tweġiba fi żmien 3 xhur u issa jingħad li għaddew 'il fuq minn sitt xhur u għadhom bla tweġiba? Min se jġorr ir-responsabilità għal kull dewmien eċċessiv jekk dak kollu allegat huwa minnu?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi numru ta’ grant agreements diġa nħarrgu u beda l-proċess mal-benefiċjarji konċernati. Minħabba li kien hemm numru ta’ applikazzjonijiet li setgħu kellhom xi kwistjoni teknika jew li kienu borderline, dawn l’applikazzjonijiet qed jiġu awditjati indipendentament sabiex jkun hemm deċiżjoni finali. Dan il-proċess qed isir sabiex ikun żgurat li ma jkunx hemm każijiet ta’ applikazzjonijiet li ma jibbenefikawx mill-iskema purament fuq bażi ta’ interpretazzjoni teknika jew fuq xi ġudizzju suġġettiv. Dan il-proċess ta’ verifika jinsab fl-aħħar stadju. Ta’ min ifakkar li applikanti li ma jinagħatawx il -grant taħt l-iskemi ERDF ser ikollhom l-opportunita’ li jappellaw. Dan l-appell jinstema’ minn bord tekniku indipendenti. Fejn ikun applikabbli, tingħata direzzjoni għal xi assistenza alternattiva bħal m’huma l-Microinvest jew l-Investment Aid.

Online shops lokali — ħlas ta' VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġi żgurat li l-online shops lokali jiġbru u jħallsu l-VAT kif suppost?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma l-Onorevoli Nterpellant li kemm-il darba l-online shops ikunu qegħdin jagħmlu provvisti ta’ servizzi u prodotti li fuqhom hemm l-obbligu li titħallas il-VAT, id-dipartiment juża dawk il-metodi ta’ monitoraġġ ġeneralment applikabbli fuq persuni oħra reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT biex jassigura li dawn jħallsu l-VAT kif suppost.

talba għar-refund mit-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jara każ li ilu żmien rigward refund mit-taxxa li kull meta jkellimhom jgħidulu li dalwaqt jirċievi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-refund in kwistjoni m’huwiex dovut qabel il-31 ta’ Diċembru, 2012. Ninsab infurmat ukoll li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-Dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata.

talba għas-servizz tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-mara li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li qatgħulha s-servizz tad-dawl?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 37155.

Ħlas tal-liċenzja tat-triq mill-persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-massimu taż-żmien ta' l-eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq mill-persuni b'diżabilità?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fuq karozzi rreġistrati wara l-1 ta’ Jannar 2009, ma tithallas l-ebda liċenzja fl-ewwel ħames snin mis-sena ta’ manifattura jew fl-ewwel ħames snin mis-sena ta’ reġistrazzjoni fil-każ ta’ karozzi li jsirulhom modifikazjonijiet. Mis-sitt sena, titħallas 50 fil-mija tal-liċenzja fuq karozzi sa emissjonijiet li lhaħħqu 180g/Km CO2 fil-każ ta’ karozza petrol u 150g/Km CO2 fil-każ ta’ karozza diesel . Il-liċenzja titħallas kollha l’fuq minn dawn il-livelli ta’ emissjonijiet. Fuq karozzi li huma wheelchair accessible , ma titħallas l-ebda liċenzja. Karozzi li huma rregistrati sal-31 ta’ Diċembru 2008 huma eżentati mill-liċenzja.

tender tal-electric vehicles

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal it-tender tal-electric vehicles? Kemm kien hemm bidders? Saret l-aggudikazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi għas-sejħa għall-offerti b’referenza CT3003/2012 kien hemm offerta waħda għal Lot 1, offerta waħda għal Lot 2, u żewġ offerti għal Lot 3. Bħalissa għaddejja l-evalwazzjoni ta’ l-offerti li ntefgħu.