Legislature:
Category:
Reset
Active:

Learning support assistant

Question

Tista' l-Ministru tara li l-istudent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament jingħata learning support assistant peress li skont l-istatementing board dan it-tifel għandu bżonn tal-għajnuna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istudent li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament ingħata l-għajnuna ta’ learning support assistant skont kif ordnat l-Istatementing Board.

Għawdex — Skola Ninu Cremona - għalliem tal-matematika

Question

Peress li l-istudenti tal-Form 4 grupp 4 tal-iskola tas-subien Ninu Cremona f'Għawdex m'għandhomx għalliem tal-matematika, tista' l-Ministru tara kif din is-sitwazzjoni tiġi riżolta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istudenti tal-Form 4 grupp 4 fil-Kulleġġ t’Għawdex, Skola Sekondarja Subien, Rabat għandhom għalliema tal-matematika, iżda din kienet assenti għal xi ġranet minħabba mard.
Leg 11 PQ #36833 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

informazzjoni dwar academic staff

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati academic staff minn 2005 sa 2012? Minn dawn li ġew impjegati kemm minnhom għandhom PhD u f'liema grad (senior, lecturer, assistant lecturer, visiting, part-time) daħlu? Minn dawn li ġew impjegati kemm minnhom għandhom Masters Degree u/jew First Degree u f'liema grad daħlu? Minn dawk li daħlu mingħajr PhD kemm minnhom attwalment bdew id-dottorat u f'liema sena bdew vis-à-vis f'liema sena ġew impjegati? Minn dawk li daħlu mingħajr PhD kemm minnhom lestew id-dottorat? Minn dawk li daħlu mingħajr PhD kemm minnhom għadhom ma bdewx id-dottorat? Minn dawk li daħlu mingħajr PhD kemm minnhom applikaw għal scholarship intern mill-Università? Kemm minnhom ingħataw il-fondi? Kemm minnhom ġew rifjutati? Tista' l-Ministru tagħti din l-informazzjoni mingħajr il-ħtieġa ta' tismija ta' ismijiet f'dan il-format; sena b' sena, grad (senior lecturer, lecturer, assistant lecturer, visiting lcturer u part-time lecturer), dipartiment jew istitut u status (full-time, part-time, visiting)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

trasferiment ta' teacher librarian

Question

Tista’ l-Ministru tagħti spjegazzjoni l-għala teacher librarian li d-dettalji dwar qed jintbagħtu separatament, b’esperjenza qed jitlef id-dritt tiegħu li jiġi trasferit minn skola għal oħra anki meta kien hemm post vakant fl-iskola li talab biex jiġi trasferit fiha, u kif xi ħadd ġdid jiġi magħżul jimla dak il-post?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Minn dak iż-żmien inħolqot vakanza u l-għalliem in kwistjoni beda jservi bħala għalliem-librar fi skola sekondarja. Dan bi qbil mal-istess għalliem
Leg 11 PQ #36539 Sitting 505 2012-10-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Drama Teachers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikanti għal Drama Teachers to serve in the Peripatetic Service in State Colleges and at the Drama Unit, li ngħataw l-appointment wara l-aħħar sejħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kien hemm 29 applikant għas-sejħa interna ta’ Drama Teachers to serve in the Peripatetic Service in State Colleges and at the DramaUnit. Minn dawn 25 kienu eleġibbli u għaddew mill-intervista. Fil-preżent hemm 22 għalliem tal-Peripatetic Drama.

Technical Staff fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm technical staff f'kull skola ta' Malta u Għawdex u tgħid kemm suppost ikun dan l-istaff tekniku sabiex ikun jista' jaqdi l-bżonnijiet skont it-tibdil li sar fil-kurrikulu għal kull skola rispettivament u f'liema qasam tekniku?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tiċċara x’qed tifhem b’ technical staff peress li fl-iskejjel hemm diversi ħaddiema b’funzjonijiet tekniċi.

skejjel speċjali — staff

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hi l-istaff ratio f'kull skola speċjali li għandna f'Għawdex u f'Malta rispettivament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Direttorat għal Servizzi Edukattivi — kwalifika ta' supply learning support assistant

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat bħala supply learning support assistant fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u ftit taż-żmien ippruvat tissottometi aktar kwalifikazzjonijiet mal-istess direttorat, dawn naqsu milli jirrikonxu dan it-taħriġ tal-MCAST?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kors provdut mill- MCAST ‘Working with children with additional needs’ jrid jkun rikonoxxut mill-Kunsill Malti ġħall-Kwalifiki. Il-persuna indikata fil-mistoqsija attendiet għall-Interview u r-riżultat ta’ Frar ġie ppublikat.

Għajnuna lill-bands mużikali lokali

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn liema tip t'għajnuna jistgħu jibbenefikaw bands mużikali lokali sabiex ikollhom l-opportunità ta' esperjenza barra minn Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #36655 Sitting 505 2012-10-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ċentri tar-Riżorsi — studenti b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid hemm studenti b'diżabilità li għandhom aktar minn 16-il sena li jinsabu fl-iskejjel sekondarji jew fl-iskejjel speċjali li llum qed jissejħu ċentri tar-riżorsi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Government Scholarships Post-Graduate Scheme

Question

B'referenza għal Malta Government Scholarships Post-Graduate Scheme, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, tista' l-Ministru tikkonferma jekk applikanti li ma jiġux magħżula jistgħux jappellaw dwar il-marki li jkunu ngħataw? X'inhuma r-raġunijiet li minħabba fihom ir-riżultati tal-awards ma joħroġux aktar dettaljati, per ezempju juru wkoll l-areas of interest/priority ta' kull applikant u l-marki li jkunu ngħataw għall-istess areas, biex ikun hemm aktar trasparenza? B'riferenza għall-Awards 2012 (Dottorat), tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra x'kienu l-areas of interest/priority ta' kull applikant li jidher fir-riżultat uffiċjali u x'kienu l-marki li l-applikanti ngħataw għal kull area of interest/priority? B'referenza għall-Awards 2012 (Dottorat), tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra liema minn dawk li ngħataw scholarship qed jew se jsegwu d-Dottorat fuq bażi full-time u kemm fuq bażi part-timeu tgħid liema huma dawk li qed jew se jsegwu l-kors fl-Università ta' Malta u liema huma dawk li se jew qed isegwu l-kors f'Università barra minn Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

diskussjonijiet biex jinfetħu medical schools

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk għadhomx għaddejjin diskussjonijiet mar-Royal College of Surgeons tal-Irlanda, St George's Medical School u John Hopkins University separatament, biex dawn jiftħu medical schools Malta? Jekk iva fiex waslu dawn id-diskussjonijiet? Jekk le, x'inhi r-raġuni għaliex dawn id-diskussjonijiet sfaw fix-xejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 36755 li ġiet imwieġba mill-Onor. Ministru Cassar.
Leg 11 PQ #36759 Sitting 505 2012-10-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Non European Union Nationals — work permit

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn non-Eurpoean Union nationals li għandhom work permit biex jaħdmu xogħol ta' accountants u partly qualified accountants u/jew trainee accountants ma' audit firms u accountancy firms Maltin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta` non-European Union nationals li għandhom work permit biex jaħdmu xogħol ta` accountants u partly qualified accountants u/jew trainee accountants ma` audit firms u accountancy firms Maltin, huwa dak ta` 21.

DES — għalliema li rriżenjaw

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm irriżenjaw għalliema fl-aħħar erba' xhur mid-DES? Liema suġġett kienu jgħallmu u kemm kien ilhom fis-servizz?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tindika kemm irreżenjaw għalliema fl-aħħar erba’ xhur mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u liema suġġetti kienu jgħallmu dawn l-għalliema. F’dawn l-aħħar erba’ xhur 15-il għalliem irriżenja minn mad-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi. 4 - marru jgħallmu f’iskejjel oħra 2 - marru jaħdmu barra minn Malta 1 - sab xogħol ieħor 1 - sab it-tagħlim difiċli (kien supply) 7 - raġunijiet oħra

kwestjoni dwar persuna li trid tattendi r-resource centre

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif din il-persuna b'diżabilità li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li tattendi fir-resource centre tal-Wardija ma tħallitx tattendi f'din l-iskola kif tagħmel kull sena fl-ewwel ġurnata skolastika fejn il-ġenituri ma kenux infurmati li kien se jkun hemm xi tibdil? Tista' tagħti raġuni għalfejn din il-familja sofriet dan l-atteġjament min-naħa tal-amministrazzjoni tal-iskola fejn diversi tfal oħra li kienu notifikati li mhux se jiġu aċċettati ntlaqgħu mill-ġdid wara diversi protesti mill-ġenituri? Tista' tgħid f'liema skola speċjali din il-persuna se tibda tattendi din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuna b'diżabilità li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li kien jattendi fir-resource centre tal-Wardija spiċċa minn dan iċ-ċentru minħabba l-età tiegħu. Għaldaqstant din il-persuna ġiet irreferuta lill-Aġenzija Sapport u se jibda jattendi f’wieħed mic-Ċentri ta’ Matul il-Jum.

Bachelor of Education in Early Childhood Education and Care — kors part-time

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-kors Bachelor of Eduction (Honours) In Early Childhood Education and Care m'għadux jiġi offrut fuq bażi part-time għall-istudenti fl-Università?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kors li jwassal għal grad ta’ B.Ed.(Hons.) fil-qasam tat-tfulija bikrija (Early childhood education & care) infetaħ fl-2009, fl-2010 u fl-2011 dejjem bħala evening course li jtul għal ħames snin. L-għan għal dan kien li jintlaħqu nies li diġà kienu bdew u bnew/qed jibnu karriera f’dan il-qasam imma riedu jtejbu l-grad tagħhom fid-dawl tal-ftehim bejn il-Gvern u l-MUT (2007) li minn 2015 ’l quddiem, nies li jaħdmu f’dan il-qasam u għandhom grad universitarju fil-qasam, jitqiesu bħala għalliema kwalifikati. Fil- cohorts ta’ tliet snin, in-numru ta’ nies li qed japplikaw u jidħlu għall-kors li huma diġà impjegati fil-qasam dejjem naqas. Rajna ukoll żieda ta’ numru ta’ studenti li qed ifittxu bidla fil-karriera tagħhom. Għalhekk, din is-sena, il-Fakultà mhux se toffri l- evening course fuq bażi part-time biex (a) tirrevedi l-kors u tagħmel reviżjonijiet meħtieġa (b) issir diskussjoni dwar il-possibilità li dan il-kors jibda jsir full-time biex b’hekk jibdew jitħarrġu studenti żgħażagħ f’dan il-qasam. Minkejja l-fatt li din is-sena l-Università mhix ser toffri dan il-kors fuq bażi part-time , mhix teskludi l-possibilità li dan jiġi offrut minn żmien għal żmien fil-futur.
Leg 11 PQ #36467 Sitting 503 2012-10-02 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — studenti li gradwaw bħala learning support assistants

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm fl-aħħar snin iggradwaw student mill-MCAST mill-kors li jħejji studenti biex isibu impjieg bħala learning support assistants? Kemm minn dawn sabu impjieg u fejn fis-sens jekk huwa mas-settur privat jew mas-settur pubbliku?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-MCAST ma joffri l-ebda kors li jħejji studenti biex isibu mpjieg bħala Learning Support Assistants .
Leg 11 PQ #36468 Sitting 503 2012-10-02 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Settur pubbliku — LSAs impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm LSAs impjegati fil-preżent mas-settur pubbliku? Kemm huwa l-ammont ta' tfal li dawn qed jaħdmu magħhom u kemm hemm applikanti li għadhom qed jistennew li jingħatw dan is-servizz fl-iskejjel tal-istat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Sal-1 t’Ottubru 2012 kien hemm 1615 Learning Support Assistants impjegati mas-settur pubbliku. In-numru ta’ tfal li qegħdin jieħdu l-għajnuna tal-LSAs jammonta għal 2657. Applikanti li ġew approvati mill-bord u li s’issa għadhom qed jistennew li jingħataw dan is-servizz fl-iskejjel tal-Istat jammontaw għal 33. Bħalissa qed isir l-ingaġġ biex l-istudenti kkoncernati jingħatw dan is-servizz.

provvediment ta' play therapy

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-gvern ma jipprovdiex play therapy għat-tfal li għandhom ċerti diffikultajiet ta' behaviour? Tista' tgħid hux ippjanat min-naħa tal-gvern li jibda jipprovdi din it-tip ta' terapija? Jekk iva, meta u jekk le għaliex mhux ippjanat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istudenti li għandhom bżonn għajnuna minħabba ċerti diffikultajiet ta’ mġieba jiġu mogħtija l-għajnuna meħtieġa minn diversi professjonisti. Il-professjonisti jużaw diversi metodi u teknika waqt it-terapija jew counselling sessions skont it-taħriġ li jkollu l-professjonist li jkun qed jaħdem / taħdem ma’ l-istudenti. Illum il-ġurnata, il-professjonisti għandhom diversi kwalifiki u oħrajn li qegħdin jiġu mħarrġa, biex juzaw metodu / teknika / teoriji diversi waqt il-ħidma tagħhom mat-tfal. Għalhekk waqt is-session ma jintużax metodu wieħed biss imma metodu / teknika / teoriji differenti skont il-bżonn ta’ l-istudent fejn il-professjonist jagħraf xi tkun l-aħjar metodu għal ġid ta’ l-istudent.

Naxxar — Higher Secondary School - practical sessions fis-suġġett tal-fiżika

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-practical sessions fis-suġġett tal-fiżika bi tħejjija għall-eżami fil-livell ordinarju ma jsirux fil-Higher Secondary School, in-Naxxar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kors ta’ reviżjoni tal-Fiżika li jsir fl-Iskola Giovanni Curmi Higher Secondary bit-tħejjija għall-eżami fil-livell ordinarju huwa wieħed qasir ta’ seba’ xhur biss, minn Ottubru sa April. L-intenzjoni tal-kors huwa illi ssir reviżjoni tal-materjal meħtieġ għall-eżami tas-SEC. Wieħed jixtieq li l-practical sessions jsiru mat-teorija, imma ż-żmien għar-reviżjoni huwa qasir ħafna. Ħafna drabi l-istudenti li jattendu dan il-kors u li joqogħdu għall-ezami tas-SEC jippreżentaw l-esperimenti li jkunu għamlu fis-snin tas-sekondarja u s-SEC jieħdu dik il-marka għall-prattiku.