Tista' l-Ministru tgħid kemm inħolqu impjiegi fil-qasam ambjentali f'Malta li wieħed jista' jiddeskrivihom bħala green jobs mill-2008 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant illi s'issa għad m’hemmx klassifikazzjoni eżistenti jew qbil fuq definizzjoni ta’ “green jobs” fl-Ewropa. Għaldaqstant il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ ma tistax tagħti l-informazzjoni mitluba fin-nuqqas ta’ definizzjoni ċara.
Ġaladarba ġejjin l-interactive boards fl-iskejjel, tista' l-Minsitru tgħid jekk l-għalliema hux se jkollhom xi tip ta' training? Jekk iva, dan it-training/courses se jkunu restritti għall-għalliema tal-Gvern? Jistgħu japplikaw għal dawn il-courses, għalliema tal-Ingliż għall-barranin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-gradi tal-għalliema kollha fl-iskejjel tal-istat se jkollhom taħriġ fl-użu tal-interactive whiteboard. Dawn il-gradi jinkludu kindergarten assistants, Għalliema, learning support assistants u membri tal-management tal-iskejjel. Huwa ppjanat li jiġu mħarrġa 5,200 persuna f’dan l-eżerċizzju u se jingħataw minn tlieta sa erbgħa sigħat ta’ taħriġ lil kull persuna.
Dan it-taħriġ jagħmel parti minn proġett ESF 1.123 li huwa ko-sponsorizzat mill-Fond Soċjali tal-Unjoni Ewropeja. Il-qbil li ntlaħaq mal-awtoritajiet responsabbli mill-fondi Ewropej f’Malta jkopri l-gradi tal-għalliema fl-iskejjel tal-istat u jistipula eżatt kemm għandhom isiru sessjonijiet, f’kemm żmien u kemm għandhom jiġu mħarrġa persuni. Persuni li mhumiex għalliema mal-gvern ma jistgħux jipparteċipaw f’dan it-taħriġ inkluż dawk l-għalliema tal-Ingliż għall-barranin li għalihom irrefera l-Onorevoli Interpellant.
Birgu — Kumpless Aċċess - persuni li jmorru jirreġistraw għax-xogħol
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuni li jmorru jirreġistraw għax-xogħol fil-Kumpless Aċċess ġewwa l-Birgu qed jirreġistraw fil-bitħa, u qed jagħmlu ħin twil esposti għall-elementi ta' barra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Inħasset il-ħtieġa li jiżdiedu s-servizzi fil-komunità tal-Kottonera. Dan hu proġett ta’ titjib tal-faċilitajiet għan-nies fl-istess komunità. Peress li l-ispazju tal-uffiċċji huwa wieħed limitat jidher li l-aħjar soluzzjoni hi li l-magna tar-reġistrar tiġi allokata f’post li ma jkunx ta’ interfrenza għal servizzi fuq bażi individwali u personalizzati li jingħataw lil-individwi. Din il-magna ġiet mwaħħla ġol-vojt ta’ bieb fl-istess bini li ma jintużax. Wieħed għandu jifhem li l-bini huwa wieħed skjedat mill-awtoritajiet konċernati.
Għalkemm il-proċess tar-reġistrar isir effetivament fil-miftuħ, l-istess ċentru tal-korporazzjoni dejjem jibqa bil-bieb miftuħ biex jopera s-servizzi l-oħra kollha li jingħataw. Jekk persuna tħoss li għandha tibqa fl-istess centru sakemm jasal il-waqt li tirreġistra mhux ser issib problema li tagħmel dan. Barra minn hekk fuq l-istess magna hemm tinda fissa li hi madwar 5 jew 6 piedi wiesgħa u madwar 40 pied twila.
Peress li atleti li jipparteċipaw f'sport organizzat fi klabb ta' assoċjazzjonijiet nazzjonali huma f'riskju ta' korriment li jista' jirrikjedi kura kirurgika ta' natura urġenti u li fis-settur privat jirrikjedi spejjeż kbar, tista' l-Ministru tgħid jekk jistax:
a) isir reġistru ta' dawn l-atleti li bih ikunu intitolati benefiċċju bħal injury on duty; u
b) ikun hemm speċjalisti fl-Isptar Mater Dei li jieħdu ħsieb lil dawn l-atleti biex jonqos il-piż finanzjarju fuq l-għaqdiet/klabb sportivi u min imexxihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsijsiet lill-Ministri konċernati.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tfal tal-iskejjel żaru xi wieħed mis-siti storiċi ta' pajjiżna fis-snin 2009, 2010 u 2011, sena b'sena? Tista' tagħti din l-informazzjoni wkoll skont jekk hux minn skejjel tal-istat, tal-Knisja jew indipendenti? Liema kienu dawn is-siti storiċi li żaru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 30145, tista' l-Ministru tgħid x'sar minnu l-Outside Broadcasting Unit li kellha l-Public Broadcasting Services? Dan għadu jiġi użat? Jekk m'għadux, tista' tgħid x'sar minnu? Jekk għadu jintuża, għal liema tip ta' trasmissjonijiet jista' jintuża?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-PBS għandha żewġ OB vans. Wieħed antik u mhux vijabbli li jintuża u għalhekk il-PBS se tinvesti f’OB van diġitali. L-OB van l-ieħor bħalissa qed jiġi upgraded u dan jintuża regolarment. Minn Jannar s’issa kien hemm ‘il fuq minn 60 avveniment fejn intużaw faċilitajiet tal-PBS. Il-PBS tikri biss meta jkollha bżonn faċilitajiet partikolari.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew integrati persuni b'diżabilità severa fis-snin 2009 u 2010 separatament, kemm bil-għajnuna tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kif ukoll bil-għajnuna tal-Aġenzija Sapport? Tista' tagħti definizzjoni ta' persuni b'diżabilità severa? Tista' tgħid ukoll kemm hemm persuni b'diżabilità severa li huma reġistrati mal-Kumitat Nazzjonali tal-Persuni b'Diżabilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-2009 il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali flimkien mal-ETC u l-KNPD nidiet il-programm ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea bl-isem ta’ Me2 – programm immirat lejn l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilita’ fid-dinja tax-xogħol. Permezz ta’ dan il-programm, fl-2010, 12-il persuna b’diżabilita’ tpoġġew fi placements ta’ Job Exposure. Fl-2011 56-il persuna tpoġġew fi placements, 31 klijent instabilhom xogħol fuq bażi part/full time, kif ukoll 21 persuna ġew mogħtija sapport sabiex ikomplu jistudjaw u bħalissa qed isegwu l-Pathway course tal-MCAST.
Barra min hekk l-Aġenzija Sapport permezz tal-programmi tagħha fis-servizzi residenzjali, fis-servizz tal-komunità u dawk ta’ matul il-jum tapplika kunċett ta’ inklużjoni fil-komunita għal dawk kollha li jużaw dawn is-servizz. Il-livell ta’ inklużjoni jiddependi minn ħafna fatturi bħal aċċessibilità f’postijiet fil-komunita’; ix-xewqat tal-persuni li jużaw is-servizz u r-risorsi kemm finanzjarji kif ukoll umani disponibbli biex dawn it-tip ta’ programmi jitwettqu.
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) jiddefenixxi "persuna gravement disabilitata" bħala
“ persuna li għad għandha tul ta’ ħajja raġonevoli u li ma tkunx tista’ żżomm lilha nnifisha b’impieg jew xogħol għal rasha
full-time
, jew li ssir hekk inkapaċi meta jkollha l-età li tagħmel hekk, minħabba disabilità permanenti li jirriżulta -
(
a
) minħabba li tkun truxa u muta għal kollox; jew
(
b
) minn
achondroplasia, hypopituitarism, osteogenesis imperfecta
jew xi xort’oħra ta’ nanuiżmu; jew
(
ċ
) minn waħda mill-mard li ġejjin, jiġifieri:
Multiple Sclerosis
Muscular Dystrophy
Spina Bifida
Systemic Lupus Erythematosus
Haemophilia
jew disordnijiet permanenti simili oħra tad-demm karatterizzati bi tnixxija ta’ demm kronika jew ripetuta
Hydrocephalus
Huntington’s Chorea
Cystic Fibrosis
T C II Deficiency
Cerebellar Ataxia
;
Chronic-Granulomatous Disease
;
Leopard’s Syndrome
; jew
(
d
) minn paralisi totali permanenti jew malfunzjoni gravi totali permanenti jew marda totali permanenti, sew jekk inhi kawżata b’amputazzjoni jew mod ieħor, taż- żewġ idejn jew riġlejn; jew
(
e
) epilepsija bi frekwenza ta’ attakki f’għadd ta’ iktar minn erbgħa fix-xahar, b’dan li din il kundizzjoni tiġi konfermata b’investigazzjonijiet xierqa inkluża elettroenċefalogramma u li tiġi hekk ċertifikata minn newrologu jew psikjatra li jkun jaħdem mal-Gvern kemm-il darba li dik il-persuna investigata ma jkollhiex liċenza tas-sewqan;
(
f
) indifferenza konġenitali lejn l-uġigħ;
Persuna li tkun iċċertifikata bħala “persuna gravement disabilitata" tista’ tikkwalifika għal Pensjoni għal Diżabilita’ jekk tissodisfa d-disposizzjonijiet ta’ Artiklu 27 tal-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap 318).
Mall-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilità hemm 10 713 persuni reġistrati.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li applikat bosta ġimgħat ilu biex ikollha l-kartuna s-safra, għadha tistenna? X'qed iżżom lid-dipartiment biex jieħu azzjoni fl-interess ta' din il-persuna li qed tħossha diskriminata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tara każ ta' mara separata b'żewġt itfal, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qatgħulha r-relief bi żball min-naħa tad-Dipartment tas-Sigurtà Soċjali għax kien hemm numru tal-karta tal-identità kważi l-istess? Tista' l-Ministru tara l-urġenza ta' dan il-każ peress li din l-omm ilha ma tirċievi ċekk minn Settembru u kull darba li ċċempel lid-dipartiment dejjem jgħidulha li dalwaqt tirċevih?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna kkonċernata qed tiġi nfumata dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tara l-każ ta' persuna b'diżabilità li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għalkemm dehret quddiem il-bord biex ikollha għajnuna finanzjarja, xorta waħda għadha ma rċeviet xejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna indikata f’din il-Mistoqsija Parlamentari mhix reġistrata mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B’Diżabilità.
Madankollu, fl-istess indirizz hemm reġistrata persuna oħra li l-applikazzjoni għal eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq vettura ġiet ipproċessata fl-4 ta’ Ottubru 2011.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — impjegati
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati fil-Ministeru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha, maqsuma settur settur? Tista' tgħid ukoll il-gradi tas-salarji u benefiċċji oħra ta' kull kategorija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tivverifika rapporti li fis-7 ta' Novembru 2011 rappreżentant tad-ditta Yorkie dar l-ewwel klassi tal-iskola primarja A ta' San Ġwann biex jiddentifika tfal, li għalkemm kienu lebsin qalziet griż bħall-kulur tal-uniformi tal-iskola, ma kenux inxtraw mid-ditta Yorkie? Tista' tivverifika rapporti li tfal li nstabu mhux lebsin uniformi provduti mill-Yorkie ġew mhedda li mhux se jiġu aċċettati l-iskola nhar il-Ħamis li ġej? Jekk dawn ir-rapporti huma minnhom, taħseb li huwa aċċettabli li t-tfal u l-ġenituri tagħhhom jiġu stmati hekk? Jistgħu jew ma jistgħux ġenituri jixtru l-uniformi jew partijiet minnha mhux bilfors mingħand kumpanija partikolari li tkun ħadet il-kuntratt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mhux veru li rappreżentant tad-ditta Yorkie dar l-ewwel klassi tal-Iskola Primarja A ta’ San Ġwann biex jiddentifika tfal, li għalkemm kienu lebsin qalziet griż bħall-kulur tal-uniformi tal-Iskola, ma kenux inxtraw mid-ditta Yorkie.
Ħadd ma ġie mhedded li mhux se jiġi aċċettat l-iskola. Dawn ir-rapporti m’humiex minnhom.
Għall-fini tal-uniformità importanti li l-kuluri jkunu dawk stabbiliti fl-espressjoni ta’ interess li ħarġet, irrilevanti minn liema kumpanija jinxtraw.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' nurseries kollha reġistrati, kemm dawk tal-gvern kif ukoll dawk tal-privat? Il-liċenzja tan-nursery tispeċifika l-ammont tat-tfal li jistgħu jinżammu fiha? Isiru spezzjonijiet regolari biex jiġi aċċertat li dawn in-nurseries qegħdin jiġu operati b'mod responsabbli u dan billi ma jkunx hemm overcrowding kif ukoll billi jiġu segwiti policies li jiżguraw li m'hemmx periklu għat-tfal li jużaw dawn il-faċilitajiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mad-Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali hemm tlieta u ħamsin (53)
child care facilities
reġistrati proviżorjament. Hemm ukoll tmien (10)
child care facilities
reġistrati temporanjament.
Standard Numru 2 tal-Istandards Nazzjonali għall-faċilitajiet ta’ matul il-jum jeżiġi li għandu jkun hemm spazju biżżejjed ta’ ħames (5) metri kwadrati għal kull tifel u tifla kemm l-area fuq ġewwa u kif ukoll dik fuq barra.
It-Team tal-Assessuri tal-Welfare Services Assessment Unit tad-Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali jagħmel spezzjonijiet ta’ sikwit f’dawn iċ-child care facilities biex jiżguraw li t-tfal li jattendu dawn il-faċilitajiet ikunu f’idejn responsabbli hekk kif jeżiġu l-Istandards Nazzjonali għall-faċilitajiet ta’ matul il-jum.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta’ ċentri ta’ Ħarsien tat-tfal li huma reġistrati mad-dipartiment.
Tista' l-Ministru tgħid min fid-Direttorat tal-Edukazzjoni huwa obbligat li jilbes uniformi? Xi skala huma u għaliex fl-istess taqsima magħhom hemm min jitħalla jilbes kif irid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dawk li huma fil-grad ta’ messaġġier jew jagħmlu xogħol ta’ messaġġier huma obligati jilbsu l-uniformi. Dawn il-ħaddiema huma mitluba li jilbsu l-uniformi. Hemm sezzjonijiet klerikali oħra li qed jilbsu uniformi għax din hija l-għażla tal-ħaddiema.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — karozzi mikrija
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi mikrija li għandu l-Ministeru, dipartimenti, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtha llum? Kemm hija l-ispiża globali f'ċifra ta' flus li titħallas kull xahar għal dawn il-vetturi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-twegiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 29368, tista’ l-Ministru tgħid x’kienu r-raġunijiet li wasslu lill-Public Broadcasting Services biex jikru s-servizzi tal-Outside Broadcasting Unit ta’ din il-kumpanija minflok għamlu użu mill-Outside Broadcasting Unit tal-Public Broadcasting Services stess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kumpanija qiegħda fil-proċess li tinvesti f’OB van diġitali. Dan mistenni li jkun l-aktar wieħed avvanzat teknikament f’Malta. Sakemm isir dan l-investiment, il-PBS tikri faċilitajiet għal numru żgħir ta’ avvenimenti matul is-sena meta jkollha bżonn apparat partikolari.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari W445 u W446, tista' l-Ministru tgħid jekk sarx l-eżerċizzju tal-weeding tal-kotba skaduti mill-friegħi Għawdxin fergħa b'fergħa? Jekk iva, kemm tneħħew kotba f'kull fergħa mill-kollezzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
tfal li qed jingħataw attenzjoni individwali fl-iskejjel primarji
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hemm tfal, li ġejjin mil-lokalitajiet ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u l-Imġarr li qed jingħataw attenzjoni individwali fl-iskejjel primarji governattivi? Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk dawn l-istess tfal jibqgħux jingħataw attenzjoni partikolari, personali, meta jispiċċaw mill-iskejjel primarji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tara każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qed tirċievi karti mid-Dipartiment li għandha tagħti xi flus, imma hi għandha karta li turi li m'għandhiex tagħti, imma min-naħa taċ-cheque tal-pensjoni qed inaqqsulha l-flus? Jista' dan il-każ jiġi nvestigat u din il-familja tiġi kunttatjata jew informata bil-miktub dwar dan il-każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuna kkonċernata qed tiġi nfurmata dwar il-każ tagħha.