B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9465 u b'referenza għall-iskema 'Irrestawra Darek' tal-2023 maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar li għalqet fit-30 ta' Mejju 2023, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-applikazzjonijet bdew bin-numru 201 u mhux bin-numru 001? Jista’ jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet li ġew aċċettati u li se jingħataw il-finanzjament biex issirilhom il-manutenzjoni/restawr tal-faċċata?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel ma nfetħet l-iskema 'Irrestawra Darek' 2023, l-aħħar darba li kienet infetħet skema simili kien fl-2021. Fil-bidu ta’ dik is-sena kienet għadha miftuħa l-iskema ‘Valletta Marsamxett Grant Scheme 2020’, u għalhekk l-ewwel ftit numri ta’ riferenza tal-2021 kienu ntużaw għal applikazzjonijiet għal dik l-iskema li kienu daħlu fl-2021. Meta ġiet biex titniegħeda l-iskema ‘Irrestawra l-Faċċata Restoration Grant Scheme 2021’, kien ġie deċiż li dawn jibdew jingħataw in-numru 201 il-quddiem. Dan is-setting kien għadu fis-sistema fejn jinżammu id-dettalji kollha tal-iskemi kollha li toħroġ l-Awtorità tal-Ippjanar, u b’hekk is-sistema, b’mod awtomatiku, anke din is-sena bdiet tassenja in-numri ta’ riferenza bl-istess mod.
Sa meta fassalna din ir-risposta, ma kien għadu ġie referut l-ebda każ għand il-kumitat li jiddeċiedi fuq dawn it-talbiet. Il-proċess jinvolvi li nies tekniċi jevalwaw il-proposti u l-kumitat jitlaqqa' biss meta jkun hemm numru sostanzjali ta’ talbiet li l-kumitat ikun jista’ jikkonsidra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni kienet sottomessa għall-Iskema 'Irrestawra Darek' 2023 għal dawk il-binjiet li qed jintużaw bħala residenza f'żoni UCA? Kemm hi t-talba totali għal fondi għal kull applikazzjoni? Jista’ jgħid liema applikazzjonijiet kienu aċċettati biex ikun jista’ jsir ix-xogħol neċessarju u liema applikazzjonijiet qegħdin fuq il-lista ta' riżerva?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tat-391 applikazzjoni li ntlaqgħu bħala parti mill-iskema 'Irrestawra Darek' 2023, fl-ordni li dawn waslu għand l-Awtorità tal-Ippjanar, bid-dettalji kollha mitluba. Fil-mument li ngħatat din ir-risposta, l-ebda talba ma kienet għadha tressqet quddiem il-kumitat biex tiġi determinata d-deċiżjoni tat-talbiet.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — rata ta’ pagi lill-ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata tal-paga fis-siegħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol imħallsa lill-ħaddiema kollha (elenkati skont ix-xogħol jew kif ġew ippubblikati l-offerti) li huma impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u jipprovdu servizz għall-Ministeru u l-awtoritajiet kollha, entitajiet tal-Gvern u kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Awditur intern tal-Awtorità tal Ippjanar, x'inhi r-remunerazzjoni tiegħu għal dan ir-rwol u jagħti rendikont ta’ xogħlu u jipprovdi kopja tar-rapporti li għamel f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4817, inżid li minn mindu l-persuna bdiet tokkupa l-kariga sal-lum, ħadet ħsieb 14 investigazzjonijiet dwar każi separati.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — persuni li għandhom car allowance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom car allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9592, ninformah li hemm 15-il persuna li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Rwol ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru/Segretarju Parlamentari? Jekk iva, liema hu l-bord, x’inhu r-rwol ta’ dan l-individwu, x’inhuma l-kwalifiki li għandu biex ikun fuq il-bord imsemmi u kemm qed jitħallas fis-sena biex ikun fuq dan il-bord?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament mhuwiex membru ta’ Bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct ordes u kemm kien l-ammont totali tal-valur tagħhom, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul l-2022, xahar b'xahar?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għall kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
San Ġiljan – spezzjonijiet mit-Taqsima tal-Infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mit-Taqsima tal-Infurzar fuq siti ġewwa San Ġiljan, minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm kienet il-medja tal-istennija sakemm il-każi rrapportati ngħalqu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru sitta u tletin (36) spezzjoni f’San Ġiljan fuq każijiet rappurtati (Complaints) mill-1 ta’ Jannar 2023 sat-23 ta’ Ġunju 2023.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9764 jista’ l-Ministru jgħid mit-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) min jaħtar dawn il-membri u lil min iwieġbu? Jista’ jgħid jekk iċ-Chairman tal-bord huwiex impjegat mal-istess Awtorità tal-Ippjanar?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żewg persuni li bħalissa jokkupaw il-kariga ta’ Chairman tat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT), mhumiex impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar u li jiġu maħtura skont il-Kap. 551.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9764, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm timeline/timeframes minn meta każ jibda jinstema sakemm jingħalaq? Dan huwa parti mill-best practices mitluba minn kull amministrazzjoni pubblika?
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni fil-latrina pubblika Ta' Skorba fl-Imġarr, Malta, meta din ilha f'dan l-istat is-snin u hija ta' periklu għal dawk li jiffrekwentawha?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Urban Improvement Fund u Development Planning Fund
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2906 u 9973 u jgħid kemm daħlu flus fl-Urban Improvement Fund u fid-Development Planning Fund, fond b’fond u sena b’sena, mill-1 ta' Jannar 2013 sal-aħħar ta' Diċembru 2022, u liema kienu l-proġetti li ġew iffananzjati minn dawn il-fondi? X'kien l-ammont ta' finanzjament proġett b'proġett, fejn sar kull proġett u x'inhu l-istatus ta' kull proġett?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onr. Interpellant li qed inpoġġi t-tweġiba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tal-Ippjanar – żviluppi mhux koperti b’permess ta’ żvilupp
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9975, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-każijiet fejn l-Awtorità tal-Ippjanar sabet illi żvilupp li mhux kopert b’permess ta’ żvilupp għadu ma tneħħiex u qed tikkonsidra u/jew qed tieħu passi oħra skont il-proċedura li hemm stabbilita fl-artikolu 100 tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, Kap. 552?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw bħala għajnuniet, fondi għar-restawr tal-knejjes, djar antiki, ħitan tas-sejjieħ, mid-Direttorat tar-Restawr u jekk minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt liema programm jaqgħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nistieden lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Proposti minn Sindki Għawdxin dwar żvilupp f’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm minn aktar minn 30 proposta li saru mis-Sindki kollha Għawdxin f'rapport li ppreżentaw lill-predeċessur tiegħu dwar l-iżvilupp f'Għawdex fil-bidu ta' April 2021, fil-fatt ġew attwati sal-lum? Jista' jgħid ukoll f'kull każ fejn wasal ix-xogħol fuq kull waħda minn dawn il-proposti u meta hu mistenni li jitwettqu? Jekk hemm minn dawn il-proposti li ma ġewx aċċettati mill-Gvern, jista' jgħid liema huma u x’inhi r-raġuni li ma ġewx aċċettati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-Xatt tal-Imsida (isem proprju x-Xatt ta' Ta' Xbiex) huwiex se jkun lest sal-Festa ta' San Ġużepp fit-tielet ġimgħa ta' Lulju?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tqegħid ta’ pajpijet għas-sistema l-ġdida tal-ilma tax-xita li qed issir minn kuntrattur inkarigat mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi Triq ix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex, l-Imsida jinsab fi stadju avvanzat. Huwa pjanat li jkun lest sad-data indikata. Xogħlijiet ta’ tarmac tat-toroq għandu jsir minn entità oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi għamel talba lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi biex ir-rampa tingħata wiċċ ġdid bl-istess materjal li kien hemm għal ħafna snin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu amnestiji mill-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-amnestiji, meta daħlu fis-seħħ, jekk kienx hemm terminu għal dawn l-amnestiji, min seta’ japplika għal dawn l-amnestiji u kif wieħed seta’ japplika għal dawn l-amnestiji?
Awtorità tal-Ippjanar – permessi għal blokki ta’ residenzi ta’ housing
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA, sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, għall-blokki ta' residenzi ta' Housing? Kemm hemm permessi pendenti, f'liema lokalità u x'inhi r-referenza ta' kull applikazzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — impjegati minn ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-lum?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 10169.