Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 3 entitajiet li għandhom il-ftehim kollettiv tagħhom skadut. Dawn huma:
· Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi (FTZD)
· Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)
· Kummissjoni Maltija għal Films.
Bħalissa għaddejjin in-negozjati biex isir qbil fuq ftehim kollettiv ġdid, bl-MCCAA u Kummissjoni għal Films jinsabu fi stadju avvanzat. Inżid li hi l-prassi li kull fejn hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesiġu li dan jibda jgħodd propju minn meta jieqaf ta’ qablu.
Wara t-traħħis fil-prezzijiet ta' mediċini li kien imħabbar f'Mejju 2019, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi roħs ieħor u jekk iva, jagħti lista ta' dawk il-mediċini qabel ma raħsu u llum? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-prezz illum ta' dawk il-mediċini li kienu roħsu f'Mejju 2019?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ roħs tal-mediċini mħabbra f’Mejju tal-2019 u l-prezz attwali hija elenkata hawn taħt.
Name of Medicine
Old Price
€
Revised
Price
(as at May 2019)
Price as at February 2021
€
Price Difference
€
Change
in Price
%
Cialis 5mg tablets x 28
98.9
86.9
86.9
-12
-12%
Strattera 10mg tablets x 7
29.9
26.9
26.9
-3
-10%
Strattera 18mg tablets x 7
29.9
26.9
26.9
-3
-10%
Loceryl 5% w/v nail lacquer x 5ml
69.76
44.5
44.5
-25.26
-36%
Instillagel gel x 11ml
3.47
2.76
2.76
-0.71
-20%
Celebrex 100mg capsules x 60
31.54
23.29
23.29
-8.25
-26%
Celebrex 200mg capsules x 30
29.72
25.82
25.82
-3.9
-13%
Lyrica 150mg capsules x 56
96.42
51.53
51.53
-44.89
-47%
Lyrica 25mg capsules x 56
75.44
25.19
25.19
-50.25
-67%
Lyrica 300mg capsules x 56
106.94
65.65
65.65
-41.29
-39%
Lyrica 75mg capsules x 56
85.96
39.51
39.51
-46.45
-54%
Xalatan eye drops 50mcg/ml x 2.5ml
26.22
14.45
14.45
-11.77
-45%
Viagra 100mg tablets x 4
44.54
31.16
31.16
-13.38
-30%
Viagra 25mg tablets x 4
31.45
22.02
22.02
-9.43
-30%
Viagra 50mg tablets x 4
40.32
28.22
28.22
-12.1
-30%
Eliquis 2.5mg tablets x 20
35
31.97
31.97
-3.03
-9%
Eliquis 2.5mg tablets x 60
105
81.86
81.86
-23.14
-22%
Eliquis 5mg tablets x 56
98
80.4
80.4
-17.6
-18%
Pharmaton capsules x 100
30.95
29.5
29.5
-1.45
-5%
Xarelto 15mg tablets x 42 tablets
127.6
110.5
110.5
-17.1
-13%
Xarelto 20mg tablets x28 tablets
85.07
80.4
80.4
-4.67
-5%
Prolia 60mg solution for injection
251.83
249.83
249.83
-2
-1%
Clopidogrel 75mg Consilient tablets
x28
10.94
9.84
Item discontinued due to Brexit, alternative generic product available
-1.1
-10%
Levonelle 1500mcg tablet x 1
19.9
18.5
18.5
-1.4
-7%
Voltaren 50mg tablets x 20
9
8.1
8.1
-0.9
-10%
Voltaren 100mg tablets x 10
9.71
8.7
8.7
-1.01
-10%
Lescol XL 80mg prolonged release
tablets x 28
30.96
27.85
27.85
-3.11
-10%
Pregabalin 75mg capsules TEVA x 56
39.9
33.9
33.9
-6
-15%
Pregabalin 150mg capsules TEVA x56
41.9
37.7
37.7
-4.2
-10%
Kif wieħed jinnota ma kienx hemm ċaqliq fil-prezzijiet minkejja l-isfidi rigward l-aċċessibilità tal-mediċini fl-Ewropa riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 u l-effetti tal-Brexit. L-Awtorità dwar il-Mediċini taħdem mil-qrib mal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) li ssegwi x-xenarju tal-prezzijiet sabiex fis-suq Malti jkun hawn kompetizzjoni xierqa li tassigura mediċini bi prezz ġust. Ta’ min issemmi l-ħidma li qed issir mill-Gvern li qed iżid in-numru ta’ mediċini li jingħataw b’xejn f’mard kroniku.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — konsulenti maħtura
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sodod reġistrati f'Malta, maqsuma fis-South, fin-North, il-Belt u ż-Żona ta' San Ġiljan:
a. f'lukandi;
b. f'appartamenti;
c. f'AirBnB;
d. f'hotels
e. f'boutique hotels
f. f'kull kategorija oħra liċenzjata?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ sodod licenzjati f’Malta skont ir-reġjuni u l-lokalitajiet imsemmija huma kif murija fit-tabella hawn taħt. Il-lokalitajiet għar-reġjuni msemmija ttieħdu skont kif imqassmin fil-Kunsilli Reġjonali. AirBNB u Boutique Hotels ma je¿istux bħala kategoriji ta’ akkomodazzjoni fir-regolamenti li jirrigwardaw l-akkomodazzjoni turistika.
Collective Accommodation
Private Accommodation
Locality
Hotels
Guesthouses
Hostels
Tourist Village
Host Family
Holiday Furnished Premises
Northern Region
(Mellieħa, Mġarr, Mosta, Naxxar, Saint Paul’s Bay, Attard, Balzan, San Ġwann, Mtarfa)
16277
274
7
738
950
2776
Southern Region (
Qormi,Żejtun, Birżebbuġa, Għaxaq, Santa Venera, Marsascala, Marsaxlokk, Santa Luċija, Ħamrun, Luqa, Marsa)
154
395
30
348
1323
Valletta
707
456
16
86
606
St Julian’s
10085
260
107
245
1503
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18364 fis-seduta tas-26 ta’ Jannar 2021, jista’ l-Ministru jispjega għalfejn il-prattika msemmija, ma tistax tikkonstitwiex prattika kummerċjali mhux ġusta li allura timmerita investigazzjoni mid-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) u dan tenut kont ta’ dan li jingħad fit-Taqsima VIII tal-Kap. 378?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dispożizzjonijiet relatati mal-prattiċi kummerċjali mhux ġusti jew żleali li jinsabu fil-Parti VIII tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378 tal-Liġijiet ta’ Malta) ma jirregolawx il-kontroll ta’ tariffi in ġenerali jew ta’ tariffi speċifiċi kemm fil-kamp bankarju u kif ukoll fi kwalunkwe kamp ieħor.
It-tariffi in kwistjoni ġew mħabbra u notifikati lill-konsumaturi ferm qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom u għalhekk f’din is-sitwazzjoni huma neqsin l-elementi ta’ qerq jew ta’ falsita’. Sabiex prattiċi kummerċjali jikkwalifikaw bħala mhux ġusti jew bħala żleali, dawn għandhom jgħawwġu l-imġieba ekonomika tal-konsumaturi permezz ta’ qerq jew ta’ falsita’.
Il-prattiċi kummerċjali li jqarrqu jkopru dawk il-prattiċi, inkluż ir-reklamar qarrieqi, li jżommu l-konsumatur milli jagħmel għażla għaqlija u effiċjenti u dan mhuwiex il-każ fir-rigward tal-mod kif dawn it-tariffi ġew introdotti peress li l-konsumaturi huma mgħarrfa u għandhom żmien suffiċjenti sabiex jiddeċiedu b’mod informat u konsapevoli.
B’referenza għall-avviż tal-Gvern Numru 87 li deher fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta’ Jannar 2021 fir-rigward tal-ħatra tal-Bord tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), jista’ l-Ministru jispjega għalfejn dawn il-ħatriet, li huma għal sena, saru issa diġà la huma backdated għat-13 ta’ April 2020 u terminu tal-ħatriet jiskadi ftit xhur oħra?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-avviż li deher fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern imsemmija fir-rigward tal-ħatra tal-Bord tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), kien ippublikat biss, biex jiġi retifikat żball li kien hemm fl-avviż tal-Gvern Numru 878 li deher fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tal-31 ta Lulju 2020, u li ġie nnutat riċentament.
F’dik il-ħarġa kien hemm Membru tal-Bord li kien identifikat bħala Segretarju tal-Bord meta fil-verita` din il-persuna kienet fil-fatt maħtura bħala Membru skond il-liġi li tirregola l-ħatriet fuq dan il-Bord, jiġifieri l-Att dwar l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17948, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet ambjentali li jirristrinġu milli jsir multi-level parking fil-parkeġġ eżisteni ta’ Wied iż-Żurrieq, meta dan il-parkeġġ ilu asfaltat is-snin? Jista’ jgħid ukoll xahar b'xahar minn meta beda jopera dan is-servizz sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm individwi li użaw is-servizz ċirkulari b'vetturi tat-trasport pubbliku minn u lejn Wied iż-Żurrieq peress li fir-risposta tiegħu qalli li dan is-servizz qed jintuża minn eluf ta' ċittadini u turisti?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex isir multi-level parking fil-parkeġġ eżistenti ta’ Wied iż-Żurrieq ikollu jsir skavar biex l-impatt viżwali fuq iż-żona jkun limitat. Apparti minn hekk, skavar f’żona li hija ambjentalment sensittiva, u li għandha importanza nazzjonali, kif ukoll kulturali, huwa kemm projbit, kif ukoll ta’ riskju għaliex jista’ jkollu impatt fuq il-ġeoloġija, il-flora u l-fawna ta’ din iż-żona. L-aħħar iżda mhux l-inqas, din l-art tinstab f’żona ODZ, u b’hekk mhux permess żvilupp ta’ dan it-tip.
Rigward is-servizz ċirkolari Destinazzjoni Wied iż-Żurrieq, dan kien proġett pilota li sar bejn Lulju u Settembru 2020 u li minnu gawdew aktar minn 5500 persuna.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17949, peress li fir-risposta tiegħu l-Ministru qal li bħala embellishment taż-żona ta' Wied iż-Żurrieq diġà twaħħlu bankijiet u railings ġodda kif wkoll manutenzjoni ta' bankijiet u mwejjed eżistenti u tibdil ta' bozoz maqtugħa, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol huwiex l-unika xogħol ta' embellishment li ser isir fiż-żona? Jista’ jgħid ukoll jekk servizzi infrastrutturali oħra li huma neqsin minn din iż-żona, bħad-drenaġġ, humiex ser isiru mill-Gvern fil-ġranet u xhur li ġejjin? Jista’ jgħid jekk din iż-żona, bħala waħda miż-żoni turistiċi prinċipali tan-naħa t'isfel ta' Malta, hux ser isir fiha investiment qawwi bħal ma sar f'żoni oħra turistiċi, biex jingħata 'facelift' ġenerali taż-żona u b'hekk tibda tattira aktar turisti u ċittadini lejha?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b’referenza għall-ewwel u t-tielet mistoqsija, il-Ministeru, bl-għajnuna tal-FTZD, l-MTA u d-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni, jaħdem b’mod kontinwu matul is-sena fuq il-manutenzjoni ta’ żoni turistiċi bħal ma huwa Wied iż-Żurrieq, fost bosta oħrajn. Minn dak inhar tlesta wkoll ir-restawr tat-taraġ li huwa mqatta` fil-blat u ingħata wkoll servizz ta’ first aid għall-għawwiema għall-ewwel darba fis-Sajf 2020. Dawn l-entitajiet fil-Ministeru, huma f’kuntatt kontinwu mal-istakeholders taż-żona u ser jibqgħu jagħtu l-appoġġ tagħhom. Nemmnu bis-sħiħ fir-riġenerazzjoni taż-żoni turistiċi u qed naħdmu fuq dan l-aspett fuq iż-żoni turistiċi kollha. Meta jasal il-mument opportun se nkunu qed inħabbru inizjattivi f’dan ir-rigward.
B’referenza għat-tieni mistoqsija, is-servizzi tad-drenaġġ huma parti mil-mandat tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma (WSC) u b’hekk ġentilment nitolbok sabiex tagħmel il-mistoqsija tiegħek lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — lista ta' proġetti kapitali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħtu sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
L-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl.
Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità.
Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn.
Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.
Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm tourist swabbing centre li tkun separata għal dawk it-turisti li jistgħu jagħżlu Malta b’din l-inizjattiva ġdida u peress li dan l-swab test hu neċessarju biex jerġgħu jirritornaw f’pajjiżhom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Għawdex – Bed capacity għat-turiżmu estern u intern
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18382 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-bed capacity għat-turiżmu estern u għat-turiżmu intern fil-lukandi, fl-appartamenti u fil-farmhouses rispettivament f’Għawdex?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda distinzjoni fil-liċenzji bejn turiżmu intern u turiżmu estern. Il-bed capacity ġewwa Għawdex tammonta għal 8,287 u hija maqsuma hekk kif ġej:
· Lukandi 1,438 il-sodda
· Hostels/Guesthouses 349 il-sodda
· Appartamenti 3,459 il-sodda
· Farmhouses u vilel 3,041 il-sodda
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħlasijiet ta' reġistrazzjoni imposti mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fuq bdiewa magħrufa bħala organic farmers? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għaliex qed tiġi imposta din it-tariffa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlasijiet ta' reġistrazzjoni imposti mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) (inkluż il-VAT) fuq bdiewa magħrufa bħala organic farmers huma dawn:
· €150 għall-ewwel tomna raba u €65 għal kull tomna oħra sa massimu ta’ €540. Dawn it-tariffi ilhom stabbiliti mill-2004 u ikkonfermati f’Ewros fl-2006.
Sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu isejħu l-prodotti tagħhom bħala prodott organiku, iridu jikkonformaw mal-Leġislazzjoni Ewropea 834/2007. Jeħtieġ li jsiru kontrolli minn korp rikonoxxut għal dan il-għan sabiex juru li huma konformi mal-Leġislazzjoni Ewropea. L-MCCAA hi rikonoxxuta mill-Aworita’ Kompetenti għal Biedja Organika u mill-Kummissjoni Ewropea bħala Aworita’ Kompetenti biex toffri dan is servizz ta-ċertifikazzjoni.
Dan is-servizz jsir bi ħlas sabiex jiġu koperti l-ispejjeż tal-kontrolli u testijiet meħtieġa minn dan ir-Regolament. Dan sabiex il-konsumatur jkun assigurat mill-ġenwinita’ tal-prodotti organiċi.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tiegħu hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-binja tal-Ministeru hija antika u ppjanata fuq livelli differenti. Fiċ-ċirkostanzi, bħalissa fil-binja tal-Ministeru jeżistu faċilitajiet għal persuni bi bżonnijiet speċjali fis-sular t’isfel u fit-tielet sular tal-binja. It-tielet sular jista’ jiġi aċċessat permezz ta’ lift.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-Regolatur responsabbli mid-Drittijiet tal-Konsumatur ġiex infurmat uffiċjalment bit-taxxa introdotta mill-HSBC fuq servizzi bankarji, qabel ma’ din kienet introdotta u jekk le, jista’ jinvestiga sabiex jara kemm dan il-ħlas li huwa forma ta’ taxxa fuq l-iktar persuni vulnerabbli, bħal pensjonanti u low income earners, huwiex legali u ġust?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bank m’għandux l-obbligu li jagħmel din in-notifika lill-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur (MCCAA). Il-liġi tal-konsumatur ukoll ma tkoprix dan l-aspett ta’ prezzijiet jew tariffi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur)fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tistax tinvestiga jekk l-aġir tal-HSBC fejn pensjonanti qed jintalbu jiddepożitaw €1,200 fi żmien tliet xhur jew inkella jinkorru tariffa ta’ ħames euros fix-xahar tikkonstitwix unfair commercial practice taħt l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur Kap. 378?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttur Ġenerali jinvestiga kull unfair commercial practice taħt l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378). L-aġir tal-HSBC imsemmi f’din il-mistoqsija parlamentari ma jikkonstitwix ksur taħt l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378).
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – tender/direct orders lil kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija toffri s-servizzi ta’ konsulenza lil Dar il-Mediterran għal Konferenzi. Dan is-servizz beda jingħata mis-sena 2019 u s’issa tħallset s-somma ta’ kważi €8000.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) mill-bidu ta’ Jannar 2020 s’issa maqsuma, xahar b’xahar? F’kull każ jista’ jgħid jekk dawn sarux b’mod virtwali u jekk iva meta? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm saru laqgħat tal-Kunsill għall-Affairjiet tal-Konsumatur mill-bidu ta’ Jannar 2020 s’issa, maqsuma xahar b’xahar? F’kull każ jista’ jgħid jekk dawn sarux b’mod virtwali u jekk iva meta?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor/ Interpellant li l-Bord tal-Gvernaturi iltaqa’ 11-il darba minn mindu nħatar f’April 2020. Dawn il-laqgħat saru kollha b’mod virtwali.
Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur iltaqa’ 8 darbiet, bi 3 laqgħat minnhom ikunu b’mod virtwali.
Parkeġġ ta' ħdejn il-Freeport — sular għar-residenti ta' Birżebbuġa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-parkeġġ ta' maġenb il-Freeport, li żewġ sulari minnu ser ikunu jistgħu jintużaw mill-pubbliku, jistax ikollu sular minnhom riservat għar-residenti ta' Birżebbuġa bla ħlas?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni tal-Awtorità Maltija tal-Kompetizzjoni u tal-Affarijiet tal-Konsumatur, il-grad tagħhom u xi kwalifiċi akkademiċi għandhom? Jista’ jassigura lill-Kamra li dan l-Uffiċċju għandu numru adekwat ta' impjegati sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fl-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni hemm disa’ impjegati li jokkupaw il-grad ta’ Direttur Ġenerali, żewġ Diretturi, Senior Legal Officer, Senior Economist Officer, żewġ ekonomisti, avukat u persuna f’post amministrattiv. Minn fost dawn hemm erba’ persuni bi kwalifika fil-qasam tal-ekonomija u tlett avukati.
L-Uffiċċju qed jagħmel ħidma sfieqa u kellu diversi investigazzjonijiet għaddejjin f’diversi oqsma tas-suq. Ipproċessa tmien talbiet għall-approvazzjoni ta’
mergers
, fi żmien stipulat mir-Regolamenti dwar il-kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet. Fl-istess waqt, ra li fi żmien tal-pandemija x-xogħol jibqa’ għaddej.