Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika – Kuntratti ma’ kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda kuntratt lill-kumpanija msemmija.

Raħal Ġdid – Triq u żona ta’ Santa Ubaldesca — Rapporti ta’ rwejjaħ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16615, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni ulterjuri fir-rigward l-ilment ta’ rwejjaħ persistenti fi Triq Santa Ubaldesca Raħal Ġdid?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhuwiex kompitu tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni li tinvestiga każijiet simili.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Servizzi minn persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ma tqabditx biex tagħti s-servizzi tagħha lil xi entità fi ħdan il-Ministeru.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W91.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2024?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W91.

Permessi għal twaqqigħ u skavar fis-sajf 2024

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema ħa jkun il-perjodu meta mhux ser ikun permessibbli li jsir twaqqigħ u skavar matul is-sajf 2024?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif stabbilit fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 623.08, xogħlijiet ta’ twaqqigħ jew skavar m’għandhomx ikunu permissibbli f’żoni turistiċi fil-perjodu ta’ bejn il-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista ta’ toroq li fihom ma jistax isir twaqqigħ u skavar fis-sajf 2024.

Clean Malta – impjegati li jagħtu servizz lil kunsilli lokail

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ persuni impjegati ma’ Clean Malta, jew ma’ kuntratturi li jagħtu servizz lil Clean Malta u li qegħdin jagħtu servizz lil kull kunsill lokali, separatament għal kull kunsill lokali?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra, ninforma lill-Onor. Interpellant lid-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni se twessa’ l-operat tagħha b’aktar investiment fir-riżorsi umani u makkinarju biex jitnaddfu toroq residenzjali f’għadd ta’ lokalitajiet. Fil-jiem li għaddew ġie ffirmat ftehim ma’ 12-il Kunsill Lokali għall-ħames snin li ġejjin.

Paceville, Tas-Sliema u l-Gżira — Spezzjonijiet mill-MTA dwar ġbir ta’ skart

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18636, dwar spezzjonijiet li saru mill-Enforcement Unit tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fuq entitajiet kummerċjali li għandhom liċenzja ta’ bars/restoranti, u li huma obbligati li jkollhom kuntrattur privat tal-iskart f’Paceville, Tas-Sliema u l-Gżira, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bars/restoranti li mhumiex konformi mal-liċenzja tagħhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-eżerċizzju msemmi f’dawn il-lokalitajiet għadu għaddej. Sad-data li saret il-mistoqsija, instabu 117-il stabbiliment f’Paceville/San Ġiljan, 30 stabbiliment f’Tas-Sliema u 9 stabbilimenti fil-Gżira li ma kienux konformi u għalhekk ġew imwissija b’dan in-nuqqas. Jekk jirriżulta li stabbilimenti ma rrimedjawx kif mitlub, l-Awtorità tieħu passi ulterjuri b’multi amministrattivi jew azzjoni legali jekk ikun il-każ.

Amplified music — Permessi maħruġa mill-MTA

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18637 fejn intalab jgħid kemm hemm entitajiet kummerċjali f’Tas-Sliema, San Ġiljan, Paceville u l-Gżira li għandhom liċenzja għal amplified music, jista’ jagħti lista sħiħa tat-38 stabbiliment li għandhom dan il-permess? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-permess huwiex għal amplified music fuq barra jew inkella fuq ġewwa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu mhijiex l-entità kompetenti li toħroġ permessi ta’ amplified music fuq barra ta’ entitajiet kummerċjali.

Mellieħa – Proġett tal-bajja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu approvax li jsiru l-kurduni tal-metall madwar is-soft areas tal-proġett il-ġdid tal-bajja tal-Mellieħa u jekk dawn hux ser jitħallew peress li huma ta’ periklu kbir??

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Mellieħa –Master Plan dwar imwejjed u siġġijiet fil-Pjazez

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix master plan, u jekk iva, jipprovdi kopja tiegħu - dwar imwejjed u siġġijiet fil-Pjazza tal-Mellieħa, u Pjazza Papa Ġwanni Pawlu II, il-Mellieħa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tal-Pjazza tal-Mellieħa, hi konsegwenza naturali li jibda l-proċess biex issir applikazjoni mal-Awtorità għall-Ippjannar sabiex tinkludi impostament aħjar tal-elementi li jagħmlu parti mill-Pjazza, inkluż ‘Outside Catering Areas’. Rigward Pjazza Papa Ġwanni Pawlu II, l-MTA qatt ma kienet involuta f’dan il-proġett.

L-Għadira — Proġett ta’ restawr - Safety audit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx safety audit fuq il-proġett ta' restawr tal-Għadira? Jista' jgħid ukoll jekk ir-ritratti ta' strutturi tal-ħadid mehmuża kinux ikkonfermati sikuri u minn min saru u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-awditjar jew rapporti ta' sigurtà li saru?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Baħar iċ-Ċagħaq – Latrina Pubblika

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika jgħid għaliex il-latrina li qiegħda max-xatt ta’ Baħar iċ-Ċagħaq ilha snin ma tinfetaħ u tinsab fi stat tant diżastruż? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan li ssir il-manutenzjoni neċessarja fuqha?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ippjanat li tinfetaħ latrina pubblika oħra fil-viċinanza peress li l-latrina pubblika msemmija mhux iċċertifikata li jistgħu jidħlu persuni fiha minħabba li għandha problemi strutturali.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Reklami fuq gazzetti - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

San Pawl il-Baħar — Triq San Publiju - Tender

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14512 dwar il-proġett fi Triq San Publju, San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tat-tender li nħareġ għal dan il-progett?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija pubblika. (Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 3740 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 242 ta' nhar it-Tlieta, 14 ta' Mejju 2024)

San Pawl il-Baħar — Triq San Publiju - Permessi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15615 dwar il-proġett fi Triq San Publju, San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qed isir hux kopert b'DNO jew xi permess ieħor mill-Awtorità tal-Ippjanar? Jekk iva, jista' jgħid liema huma dawn id-DNOs jew permessi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15615.

MTA – Applikazzjonijiet pendenti għal-liċenzja ta’ lukanda

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-applikazzjonijiet li hemm pendenti għand l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal liċenzja ta’ lukanda f’Malta u f’Għawdex u għal kull applikazzjoni jagħti: i. L-isem tal-lukanda; ii. Il-lokalità li tinsab fiha; iii. In-numru ta’ kmamar/sodod liċenzjati; iv. Il-kategorija (i.e. numru ta’ stilel); v. Id-data tal-applikazzjoni?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Birżebbuġa – Wied il-Buni – Proġett tal-promenade

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħareġ l-aħħar tender relatat mal-proġett tal-promenade ta' Wied il-Buni, Birżebbuġa u jikkonferma li ma nbidel xejn mid-disinn imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14792? Kemm ser ikun hemm bankijiet li fuqhom ikunu jistgħu jpoġġu n-nies, speċjalment l-anzjani? Jista’ jgħid ukoll meta huwa mistenni li jibda dan il-proġett?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14792 u 18646, ninfurmah li l-proġett mistenni jibda lejn l-aħħar kwart tas-sena u fih se jkun hemm madwar 75 bank.